Aqbeż għall-kontentut

Mużew Nazzjonali tal-Montenegro

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Mużew Nazzjonali tal-Montenegro.

Il-Mużew Nazzjonali tal-Montenegro (bil-Montenegrin: Народни музеј Црне Горе, b'ittri Rumani: Narodni muzej Crne Gore) huwa l-ikbar mużew fil-Montenegro. Il-mużew ġie stabbilit fl-1896 u jinsab f'Cetinje, il-Montenegro.

Il-mużew huwa maqsum f'ħames dipartimenti:[1]

  • il-Mużew Storiku tal-Montenegro;
  • il-Mużew Etnografiku tal-Montenegro;
  • il-Mużew Artistiku tal-Montenegro;
  • il-Palazz tar-Re Nikola;[2]
  • Biljarda, il-Mużew ta' Petar II Petrović Njegoš.

Wieħed mill-iżjed artefatti famużi tal-mużew huwa l-Oktoih Prvoglasnik, opra stampata sinifikanti mill-aħħar tas-seklu 15. Fih ukoll l-ikona oriġinali tal-Madonna ta' Philermos, li kienet fil-pussess tal-Ordni ta' San Ġwann minn żmien il-Kruċjati.[3]

Id-dokumentazzjoni fil-mużew bdiet tiġi miżmuma bir-reqqa mill-1976.[4]

Madwar 3,000 artefatt li kienu taħt is-sjieda tal-mużew ma jistgħux jinstabu u x'aktarx li nsterqu matul is-snin.[5]

  1. ^ "Narodni muzej Crne Gore - National Museum of Montenegro / Infokiosk". web.archive.org. 2020-09-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-09-30. Miġbur 2025-03-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Dvorac kralja Nikole na Cetinje". web.archive.org. 2020-03-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-03-27. Miġbur 2025-03-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ de Giorgio, Cynthia (2007). St John's Co-Cathedral – Valletta. Santa Venera: Heritage Books (fergħa ta' Midsea Books Ltd). ISBN 9789993271710. p. 21.
  4. ^ Živković, Mirjana; Todović, Milenko (1995). Krađa kulturnog i nacionalnog blaga Jugoslavije. Beograd: Vojska, Dečje novine. p. 126.
  5. ^ Šćepanović, Lela; Janković, Srđan (2017-11-21). "Tajna pohare Narodnog muzeja Crne Gore" (bis-Serbo-Kroat). Miġbur 2025-03-24.