Aqbeż għall-kontentut

Muħammed XII ta' Granada

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Muħammed XII
Sultan

Ritratt minn anonimu, seklu 17, kollezzjoni privata.
Renju 1482-1483 (l-ewwel renju), 1487-2 ta' Jannar 1492 (it-tieni renju)
Isem sħiħ

Bu Għabdilla Muħammed XII

(Għarbi: أبو عبد الله محمد الثاني عشر, Abū Għabdillāh Muħammad ath-Thānī Għaxar)
Twelid madwar 1460[1][2]
Post tat-twelid Alhambra, Granada
Mewt 1533, ta' 73 sena[3]
Post tal-mewt Fes, Saltnet il-Marokk taħt il-Wattasin[3]
Predeċessur Muħammed XIII (l-ewwel renju), Bu l-Ħasan Għali (it-tieni renju)
Suċċessur Bu l-Ħasan Għali (l-ewwwl renju), Pożizzjoni abolita (it-tieni renju)
Miżżewweġ lil Mrajma
Dar Irjali Dinastija Nasrija
Missier Bu l-Ħasan Għali
Omm Għajxa ta' Granada
Tfal Aħmed
Għajxa (Sor Isabel de Granada)
Jusef
Twemmin reliġjuż Iżlam

Bu Għabdilla Muħammed XII (bl-Għarbi: أبو عبد الله محمد الثاني عشر, b'ittri Latini: Abū Għabdillāh Muħammad ath-Thānī Għaxar; c. 1460 –1533), magħruf fl-Ewropa bħala Boabdil (Bu Għabdilla) jew Boabdil el Chico (Bu Għabdilla ċ-Ċkejken),[a] u magħruf mill-poplu ta' Granada bħala ż-Żugħabi (l-isfortunat jew iż-żawwali), kien it-22 u l-aħħar ħakkiem Nasri tal-Emirat ta' Granada fl-Iberja. Huwa l-aħħar re tal-Andalus taħt il-Misilmin li b'laqam ta' l-Għalib b'Alla (ir-rebbieħ b'rieda t'Alla).

Dinar dehbi ta' Muħammed XII.

Muhammad XII kien iben Bu l-Ħasan Għali, Sultan ta' l-Emirat ta' Granada u laħaq warajh bħala sultan fl-1482, riżultat kemm ta' intriċċi tal-qorti kif ukoll ta' inkwiet fost il-popolazzjoni inġenerali.[4]

Muħammed XII malajr fittex li jikseb prestiġju billi jinvadi Kastilja, iżda kien meħud priġunier f'Lucena fl-1483. Missier ta' Muħammed imbagħad reġa' sar bħala ħakkiem ta' Granada, biex jiġi sostitwit fl-1485 minn zijuh Muħammed XIII, magħruf ukoll bħala Għabdalla ż-Żagħal.

Muħammed kiseb il-libertà u l-appoġġ Kristjan biex jirkupra t-tron tiegħu fl-1487, billi aċċetta li jżomm Granada bħala renju tributarju taħt il-monarki Kattoliċi. Huwa impenja ruħu wkoll li ma jintervjenix fl-Assedju ta' Málaga, li fih Málaga ttieħdet mill-Insara.

Wara l-waqgħa ta' Málaga u Baza fl-1487, Almuñécar, Salobreña u Almería ttieħdu mill-Insara s-sena ta' wara. Sal-bidu tal-1491, Granada kienet l-unika belt immexxija mill-Misilmin fl-Iberja.

Konsenja ta' Granada

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1491, Muħammed XII ġie msejjaħ minn Isabella I ta' Kastilja u Ferdinandu II ta' Aragona biex iċedu l-belt ta' Granada, li kienet assedjata mill-Kastiljani. Eventwalment, fit-2 ta' Jannar 1492, Granada ġiet ċeduta. Il-purċissjoni rjali mxiet minn Santa Fe għal post ftit aktar minn mil minn Granada, fejn Ferdinandu ħa l-pożizzjoni tiegħu ħdejn ix-xatt tal-Genil. Ittra privata miktuba minn xhud lill-Isqof ta' León sitt ijiem biss wara l-avveniment tiddokumenta din ix-xena:[bżonn referenza]

Il-Kapitulazzjoni ta' Granada minn Francisco Pradilla Ortiz, 1882: Muħammed XII jċedi lil Ferdinandu u Isabella.

Is-sultan tal-Mori, b'madwar tmenin jew mija fuq iż-żiemel u liebes tajjeb ħafna, ħareġ ibus id l-Altezzi tagħhom. Skont il-kapitulazzjoni finali ċ-ċavetta għal Granada se tgħaddi f'idejn l-Ispanjoli mingħajr ma Muħammed XII ikollu jbus idejn Los Reyes, hekk kif saret magħrufa l-koppja rjali Spanjola Isabella u Ferdinandu. L-omm indomita ta' Muħammed XII insistiet li teħles lil binha din l-umiljazzjoni finali li tbus l-id ta' Isabella.

Kristofru Kolombu jidher li kien preżenti; jirreferi għall-konsenja:[5]

Wara li l-Altezzi tagħkom temmew il-gwerra tal-Mori li ssaltan fl-Ewropa, u spiċċaw il-gwerra tal-belt kbira ta' Granada, fejn din is-sena preżenti 1492 fit-2 ta' Jannar rajt il-bandalori rjali tal-Altezzi Tiegħek jitħawlu bil-qawwa tal-armi fuq it-torrijiet tal-Alhambra.

L-Awlimenti tar-Re Boabdil fi Granada (Les Adieux du roi Boabdil à Grenade) minn Alfred Dehodencq (1822–1882).
Is-sejf ta' Boabdil, Musée de Cluny.

Il-leġġenda tgħid li hekk kif Muħammed XII mar fl-eżilju, huwa laħaq prominenza tal-blat li tat l-aħħar dehra tal-belt. Hawnhekk waqqaf iż-żiemel tiegħu u ra għall-aħħar darba l-Imdinet il-Ħamra (Alhambra) u l-wied aħdar li jinfirex taħt. Il-post fejn allegatament seħħ dan illum hu magħruf bħala s-Suspiro del Moro, "it-tnehid tal-Moro". Muħammed beda jibki fuq it-telfa tiegħu, u kompla l-vjaġġ tiegħu lejn l-eżilju akkumpanjat ma' ommu li suppost qaltlu,

 Ibki bħan-nisa fuq is-saltna li ma tiddefendix bħar-raġel. 

Muħammed XII ingħata proprjetà f'Laujar de Andarax, Las Alpujarras, żona muntanjuża bejn is-Sierra Nevada u l-Baħar Mediterran. Qasam il-Mediterran fl-eżilju, telaq f'Ottubru 1493 minn Adra u niżel f'Cazaza.[6] Huwa stabbilixxa nnifsu f'Fes, akkumpanjat ma' madwaru minn 1,130 tal-palazz (courtiers) u qaddejja. Għadd kbir tal-popolazzjoni Misilma ta' Granada kienet diġà ħarbet lejn l-Afrika ta' Fuq, u ħadet vantaġġ minn klawżola fl-artikoli ta' konsenja li kienet tippermetti l-passaġġ ħieles.[4]

Ittra lis-Sultan il-Marini tal-Marokk

[immodifika | immodifika s-sors]

Ftit wara l-proklama tiegħu, Boabdil Muħammed bagħat ittra twila lill-ħakkiem Marini tal-Marokk biex jitlob għal kenn. L-ittra tibda b'poeżija twila li tfaħħar lill-Marinin, segwita minn silta ta' proża fejn jilmenta t-telfa tiegħu u jitlob maħfra għall-għemil ħażin mill-passat ta' missirijietu kontra l-Marinin. It-test kollu kien irrappurtat mill-Maqqari:

 ...Is-sinjur ta’ Kastilja ppropona għalina residenza rispettabbli u tana assigurazzjonijiet ta’ sigurtà li wegħedhom bil-kitba tiegħu stess, biżżejjed biex jikkonvinċi l-erwieħ. Imma aħna, bħala dixxendenti ta’ Bni l-Aħmar, ma kkonċentrawx b’dan u l-fidi tagħna f’Alla ma tippermettilniex noqogħdu taħt il-protezzjoni tan-nuqqas ta’ twemmin. Irċevejna wkoll mil-lvant ħafna ittri mimlijin rieda tajba, li jistednuna morru f’arthom u joffrulna l-aqwa vantaġġi. Imma ma nistgħux nagħżlu għajr darna u d-dar ta’ missirijietna, nistgħu biss naċċettaw il-protezzjoni tal-qraba tagħna, mhux minħabba l-opportuniżmu imma biex nikkonfermaw ir-relazzjoni ta’ fratellanza ta’ bejnietna u biex inwettqu t-testment ta’ missirijietna, li jgħidilna ma nfittxux xi għajnuna għajr mill-Marinin u li ma nħallu xejn ifixkelna milli niġu għandkom. Allura aħna naqsmu l-artijiet vasti u nbaħħru l-baħar imqalleb u nittamaw li aħna ma nerġgħux lura u li għajnejna jkunu sodisfatti u l-erwieħ imweġġgħin u mnikktin tagħna se nfiqu minn dan l-uġigħ kbir... 

Bu Għabdilla Muħammed, [7]

Eżilju u mewt fl-Afrika ta' Fuq

[immodifika | immodifika s-sors]

L-istoriku tas-seklu 17, Aħmed il-Maqqari kiteb li Muħammed XII qasam il-Mediterran għal Melilla imbagħad mar Fes fejn bena palazz. Huwa baqa' hemm sal-mewtu fl-1518 jew fl-1533.[8] Jingħad li kien midfun f'qabar żgħir bil-koppla ħdejn imsalla (post tas-sala, it-talb ta' kuljum tal-Misilmin), li jinsab barra minn Bieb Maħruq (Bab Mahrouk) f'Fes.[3] Muħammed XII kellu żewġ subien wara mewtu; Jusef u Aħmed.[3] Il-Maqqari ltaqa' mad-dixxendenti tiegħu fl-1618 f'Fes; għexu fi stat ta' faqar u jiddependu fuq iż-Żaka.[3]

  1. Morrow, John Andrew (2020). Shi‘ism in the Maghrib and al-Andalus, Volume One: History (bl-Ingliż). Cambridge Scholars Publishing. p. 279. ISBN 978-1-5275-6284-4.
  2. Civantos, Christina (2017). The Afterlife of al-Andalus: Muslim Iberia in Contemporary Arab and Hispanic Narratives (bl-Ingliż). State University of New York Press. p. 166. ISBN 978-1-4384-6671-2.
  3. 1 2 3 4 5 "نفح الطيب من غصن الاندلس الرطيب" p. 1317. احمد المقري المغربي المالكي الاشعري
  4. 1 2 Drayson, Elizabeth (30 April 2017). The Moor's Last Stand How Seven Centuries of Muslim Rule in Spain Came to an End (First ed.). Northampton, MA. p. 11. ISBN 978-1-56656-004-7. OCLC 969827670.
  5. Olson, Julius E.; Bourne, Edward Gaylord; John Boyd Thacher Collection (Library of Congress) DLC (1906). The Northmen, Columbus, and Cabot, 985–1503. p. 89.
  6. Bravo, Antonio (2004). "Melilla en la política africana de los Reyes Católicos" (PDF). El Gran Capitán y la Historia de los Reyes Católicos. Exposición El Gran Capitán y la España de los Reyes Católicos. ISBN 84-607-9984-0. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2022-05-28. Parametru mhux magħruf |access-date= injorat (għajnuna)
  7. "نفح الطيب من غصن الاندلس الرطيب" p. 1325. احمد المقري المغربي المالكي الاشعري
  8. Harvey, Leonard Patrick (1992). Islamic Spain, 1250 to 1500. Chicago: University of Chicago Press. p. 327. ISBN 0-226-31962-8.
  1. Spanish rendering of the name Abu Abdallah
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketti <ref> jeżistu għal grupp bl-isem "lower-alpha" imma l-ebda tikketta <references group="lower-alpha"/> rispettiva ma nstabet