Mrajma
Mrajma (مُرَيْمَةَ, Murajma, lit. "Marjam ċkejkna") jew Marjam[1] bint Għali l-Għattar (bl-Għarbi: مريم بنت علي العطّار, 1467-1493) magħrufa wkoll bħala kienet l-aħħar sultana ta' Granada bħala l-konjuġi ta' Muħammed XII ta' Granada. Hija ġiet użata bħala ispirazzjoni minn ħafna awturi u spiss murija fil-finzjoni.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Kienet bint tal-Emir Għali l-Għattar, gvernatur ta' Granada f'Loja u uffiċjal tal-qorti. L-emir hu kien wieħed mill-eroj tal-aħħar kunflitt bejn il-Misilmin u l-Kastiljani fl-Andalus, u kien il-kmandant tal-gwarniġġjon tal-belt ta' Loja meta l-belt kienet attakkata mill-Kastiljani f'Lulju tal-1482.[2]
Mrajma hi deskritta bħala sabiħa u reliġjuża. It-tieġ tagħha sar fl-1482. Ftit wara, hija u żewġha ġew il-ħabs minn missier ta' żewġha. Inħelsu mir-Renju ta' Kastilja fl-1483, iżda wliedhom inżammu bħala ostaġġi. Ma tarax lil uliedha ħlief wara l-waqgħa ta' Granada fl-1492.
Mrajma segwiet lill-żewġha fl-eżilju lejn Andarax Laujar iżda mietet qabel waqt qasir minn tluqhom lejn Fes fl-1493.[1]
Ulied
[immodifika | immodifika s-sors]- Għajxa, aktar tard magħrufa bħala Sor Isabel de Granada.
- Aħmed
- Jusef
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b محمد عبد الله عنان: دولة الإسلام في الأندلس، ج 7: نهاية الأندلس وتاريخ العرب المتنصرين، مكتبة الخانجي، ص 273، 274
- ^ محمد عبد الله عنان: دولة الإسلام في الأندلس، ج 8: الآثار الأندلسية الباقية في إسبانيا والبرتغال، ص 335