Aqbeż għall-kontentut

Moskea Antika ta' Edirne

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-faċċata tal-Moskea Antika ta' Edirne.

Il-Moskea Antika ta' Edirne (bit-Tork: Eski Camii), magħrufa wkoll bħala l-Moskea l-Kbira ta' Edirne (bit-Tork: Ulucami), hija moskea Ottomana tal-bidu tas-seklu 15 li tinsab f'Edirne, it-Turkija.[1]

Il-Moskea Antika ta' Edirne nbniet skont l-ordni tal-Emir Süleyman, u tlestiet taħt it-tmexxija ta' ħuh, is-Sultan Mehmet I. Il-moskea tinsab fiċ-ċentru storiku tal-belt, qrib is-suq u moskej storiċi prominenti oħra bħall-Moskea ta' Selimiye u l-Moskea ta' Üç Şerefeli. Il-Moskea Antika ta' Edirne hija msaqqfa b'9 koppli mirfuda fuq erba' kolonni. Oriġinarjament, il-moskea kellha minaret wieħed; l-itwal minaret inbena iktar 'il quddiem minn Murat II. Il-moskea m'għandix bitħa interna u hija aċċessibbli minn tliet daħliet. Il-moskea minn ġewwa hija mżejna b'opri kbar tal-kalligrafija.[1]

  • Goodwin, Godfrey (1971). A History of Ottoman Architecture. New York: Thames & Hudson. pp. 55–57. ISBN 0500274290.
  • Kuban, Doğan (2010). Ottoman Architecture. Tradott minn Mill, Adair. Antique Collectors' Club. pp. 138–141. ISBN 9781851496044.
  • Öney, Gönül; Bulut, Lale; Çakmak, Şakir; Daş, Ertan; Demir, Aydoğan; Demiralp, Yekta; Kuyulu, İnci; Ünal, Rahmi H. (2010). "VIII. 1. c Eski Mosque". Early Ottoman Art: The Legacy of the Emirates. Islamic Art in the Mediterranean (2nd ed.). Museum With No Frontiers. ISBN 9783902782212.
  1. ^ a b Akcil, Nesrin Gul (2012). "Edirne Grand Mosque". Islam Ansiklopedisi (bit-Tork). Vol. 42. Istanbul: Turkish Diyanet Foundation. pp. 97–98.