Monumenti u Siti Storiċi ta' Hiraizumi

Il-Monumenti u s-Siti Storiċi ta' Hiraizumi, uffiċjalment iddeżinjati bħala Hiraizumi – Tempji, Ġonna u Siti Arkeoloġiċi li Jirrappreżentaw l-Art Pura tal-Buddiżmu, huma raggruppament ta' ħames siti f'Hiraizumi mill-aħħar tas-seklu 11 u mis-seklu 12, fil-Prefettura ta' Iwate, il-Ġappun, li tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011.[1]
Hiraizumi
[immodifika | immodifika s-sors]Għall-erba' ġenerazzjonijiet mill-ħabta tal-1087 W.K., meta Fujiwara no Kiyohira ttrasferixxa l-kwartieri ġenerali u r-residenza tiegħu mit-Tramuntana, sal-1189, meta l-armata ta' Minamoto no Yoritomo temmet it-Tramuntana ta' Fujiwara, Hiraizumi serviet bħala ċentru politiku, militari, kummerċjali u kulturali importanti.[2][3] Ġew stabbiliti u ngħataw b'donazzjoni diversi tempji ewlenin assoċjati mal-Art Pura tal-Buddiżmu, iżda l-mewt tal-benefatturi tagħhom u sensiela ta' nirien ikkontribwew għad-deklin sussegwenti tagħhom. Meta Bashō żar fl-1689 huwa tant baqa' mqanqal li kiteb, f'Oku no Hosomichi: ħaxix tas-sajf... fdalijiet tal-ħolm tas-suldati.[4][5] Sensiela ta' skavi minn nofs is-seklu 12 'il quddiem, flimkien ma' referenzi f'Azuma Kagami, b'mod partikolari l-petizzjoni ta' Bunji-no-chūmon tal-1189, u x-Shōwa sojō jew l-"appell tal-patrijiet" tal-1313 mill-arkivji ta' Chūson-ji, ikkontribwew sew għall-biċċa l-kbira tal-fehim tas-siti u tal-perjodu.[6][7]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Hiraizumi – Tempji, Ġonna u Siti Arkeoloġiċi li Jirrappreżentaw l-Art Pura tal-Buddiżmu ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[1]
Komponenti inklużi
[immodifika | immodifika s-sors]Isem | Tip | Kummenti | Ritratt | Koordinati |
---|---|---|---|---|
Chūson-ji
中尊寺境内 Chūsonji keidai |
Tempju | Jingħad li ġie stabbilit minn Ennin fit-850; ġie rikostruwit minn Fujiwara no Kiyohira fil-bidu tas-seklu 12 b'pagoda u d-Daichōju-in, Sala Kbira ddedikata lil Amida; fl-1337 bosta binjiet u teżori tat-tempju nħakmu min-nirien; xi ħaġa pjuttost unika hi li l-katavri mmummifikat ta' Fujiwara no Kiyohira u tal-eredi tiegħu ġew midfuni f'Konjikidō, is-Sala tad-Deheb iddedikata lil Amida (fir-ritratt; Teżor Nazzjonali); il-kumpless huwa Sit Storiku Speċjali.[8][9][10] | ![]() |
39°00′07″N 141°06′00″E / 39.00186419°N 141.10007091°E |
Mōtsū-ji
毛越寺境内 Mōtsūji keidai |
Tempju | Jingħad li ġiet stabbilit minn Ennin fit-850; ġie rikostruwit minn Fujiwara no Motohira fis-seklu 12; il-qerda tiegħu fl-1226 ġiet deskritta f'Azuma Kagami bħala t-telfa ta' monument "bla paragun fi żminijietna"; il-ġnien tal-ġenna tas-seklu 12, b'nixxiegħa pavimentata bil-ġebel, għadira, bajja biċ-ċagħaq, peniżola, gżira u ġebel ornamentali huwa Post Speċjali ta' Sbuħija Xenika; il-kumpless u s-santwarju assoċjat miegħu huma Sit Storiku Speċjali.[11][12][13][14] | ![]() |
38°59′26″N 141°06′56″E / 38.99053116°N 141.11545706°E |
Kanjizaiō-in Ato
観自在王院跡 Kanjizaiōin ato |
Tempju | Stabbilit biswit Mōtsū-ji b'żewġ Swali ta' Amida mill-mara ta' Fujiwara no Motohira fis-seklu 12; inqered bin-nirien fl-1573; il-ġnien tal-ġenna tas-seklu 12 tiegħu b'nixxiegħa, għadir, bajja biċ-ċagħaq, gżira u kaskata b'arranġament tal-ġebel huwa Post ta' Sbuħija Xenika.[15][16][17] | ![]() |
38°59′17″N 141°06′37″E / 38.9881789°N 141.11037523°E |
Muryōkō-in Ato
無量光院跡 Muryōkōin ato |
Tempju | Stabbilit flimkien ma' statwa monumentali ta' Amida minn Fujiwara no Hidehira fis-seklu 12; immudellat fuq Byōdō-in qrib Kjoto; il-ġnien tal-ġenna tas-seklu 12 b'għadira, gżira u ġebel ornamentali huwa Sit Storiku Speċjali.[18][19][20] | ![]() |
38°59′35″N 141°06′57″E / 38.99293001°N 141.1158882°E |
Il-Muntanja Kinkeisan
金鶏山 Kinkeizan |
Muntanja | Il-quċċata tal-muntanja tintuża għal difniet sutra; il-fdalijiet ta' Sala identifikata bħala s-Sala ta' Zaō Gongen; assoċjata mas-setta ta' Miroku; sit storiku.[21][22][23] | 38°59′36″N 141°06′33″E / 38.99335037°N 141.10920153°E |
Komponenti esklużi
[immodifika | immodifika s-sors]In-nominazzjoni oriġinali tal-2006 ta' "Hiraizumi – Pajsaġġ Kulturali Assoċjali mal-Art Pura tal-Kożmoloġija Buddista" kienet tinkludi ħames siti oħra filwaqt li kienet tħalli barra l-komponent ta' Kanjizaiō-in.[24] Erba' siti tneħħew min-nominazzjoni wara li s-sit ma rnexxilux isir Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2008; il-komponent tal-Palazz ta' Yanagi ġie eskluż mid-deżinjazzjoni tal-2011, għalkemm għadhom isiru sforzi kontinwi biex jiġi inkluż permezz ta' xi estensjoni tas-sit fil-futur.[25][26]
Name | Type | Comments | Image | Coords |
---|---|---|---|---|
Yanagi-no-Gosho Site
柳之御所遺跡 Yanagi-no-gosho iseki |
Palazz | Fdalijiet tal-Palazz ta' Yanagi (Żafżafa) tal-klan ta' Ōshū Fujiwara; sit storiku.[27][28][29][30] | 39°00′25″N 141°05′58″E / 39.00694103°N 141.09936087°E | |
Takkoku-no-Iwaya
達谷窟 Takkoku-no-iwaya |
Tempju | Sit storiku fin-naħa tax-Xlokk ta' Hiraizumi li jinkludi tempju ddedikat lil Bishamonten, li huwa maħsub li jmur lura għal żmien Sakanoue no Tamuramaro.[31] | ![]() |
38°58′08″N 141°03′29″E / 38.96901282°N 141.0581363°E |
Shirotori-tate Site
白鳥舘遺跡 Shirotori-tate iseki |
Fdalijiet ta' kastell Ġappuniż | Jinsabu fil-Belt ta' Ōshū fit-Tramuntana ta' Hiraizumi; f'punt strateġiku tul ix-xmara Kitakami; ġeneralment huwa maħsub li dan kien is-sit ta' bosta strutturi bejn is-sekli 10 u 16. Eżattament x'kien l-istatus matul ir-renji tal-klan ta' Abe (l-antenati min-naħa ta' omm Fujiwara no Kiyohira) u tal-klan ta' Ōshū Fujiwara mhuwiex ċert, iżda bħala s-sit ta' diversi strutturi ta' kastelli marbuta magħhom, kien wieħed mill-ewwel komponenti li tressqu biex jitqiesu mill-Kumitat tal-Wirt Dinji; Sit Storiku.[32] | 39°01′30″N 141°08′05″E / 39.025018°N 141.134834°E | |
Chōjagahara Haiji Site
長者ヶ原廃寺跡 Chōjagahara Haiji iseki |
Tempju | Sit Storiku.[33] | 39°00′46″N 141°05′48″E / 39.012694°N 141.096611°E | |
Honedera-mura Shōen Site
骨寺村荘園遺跡 Honedera-mura shōen iseki |
Shōen | Sit Storiku; iż-żona tal-madwar hija Pajsaġġ Kulturali Importanti.[34] | 38°58′54″N 140°57′06″E / 38.9817021°N 140.95177743°E |
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ UNESCO World Heritage Centre. "Hiraizumi – Temples, Gardens and Archaeological Sites Representing the Buddhist Pure Land". whc.unesco.org (bl-Ingliż). Miġbur 2025-03-15.
- ^ Yiengpruksawan, Mimi Hall (1998). Hiraizumi: Buddhist Art and Regional Politics in Twelfth-Century Japan. Harvard University Press. ISBN 0-674-39205-1.
- ^ Shiveley, Donald H.; McCullough, William H. (1999). Cambridge History of Japan II: Heian Japan. Cambridge University Press. p. 678. ISBN 0-521-22353-9.
- ^ Yiengpruksawan, Mimi Hall (1998). Hiraizumi: Buddhist Art and Regional Politics in Twelfth-Century Japan. Harvard University Press. pp. 1–4. ISBN 0-674-39205-1.
- ^ Miner, Earl (1969). Japanese Poetic Diaries. University of California Press. p. 176f.
- ^ Yiengpruksawan, Mimi Hall (1998). Hiraizumi: Buddhist Art and Regional Politics in Twelfth-Century Japan. Harvard University Press. p. 26. ISBN 0-674-39205-1.
- ^ "Historical Study by the Historical Documents. Iwate Prefecture". web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-14. Miġbur 2025-03-15.
- ^ "国指定文化財等データベース". kunishitei.bunka.go.jp. Miġbur 2025-03-15.
- ^ Yiengpruksawan, Mimi Hall (1998). Hiraizumi: Buddhist Art and Regional Politics in Twelfth-Century Japan. Harvard University Press. pp. 67–76, 121–142. ISBN 0-674-39205-1.
- ^ Fukuyama, Toshio (1976). Heian Temples: Byodo-in and Chuson-ji. Weatherhill. ISBN 0-8348-1023-9.
- ^ "国指定文化財等データベース". kunishitei.bunka.go.jp. Miġbur 2025-03-15.
- ^ "国指定文化財等データベース". kunishitei.bunka.go.jp. Miġbur 2025-03-15.
- ^ "garden". mokuren.nabunken.go.jp. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-22. Miġbur 2025-03-15.
- ^ Yiengpruksawan, Mimi Hall (1998). Hiraizumi: Buddhist Art and Regional Politics in Twelfth-Century Japan. Harvard University Press. pp. 100–105. ISBN 0-674-39205-1.
- ^ "国指定文化財等データベース". kunishitei.bunka.go.jp. Miġbur 2025-03-15.
- ^ "Related Historical Sites | Motsuji Temple". web.archive.org. 2011-06-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-06-24. Miġbur 2025-03-15.
- ^ Yiengpruksawan, Mimi Hall (1998). Hiraizumi: Buddhist Art and Regional Politics in Twelfth-Century Japan. Harvard University Press. pp. 106f. ISBN 0-674-39205-1.
- ^ "国指定文化財等データベース". kunishitei.bunka.go.jp. Miġbur 2025-03-15.
- ^ "Related Historical Sites | Motsuji Temple". web.archive.org. 2011-06-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-06-24. Miġbur 2025-03-15.
- ^ Yiengpruksawan, Mimi Hall (1998). Hiraizumi: Buddhist Art and Regional Politics in Twelfth-Century Japan. Harvard University Press. pp. 107–111. ISBN 0-674-39205-1.
- ^ "国指定文化財等データベース". kunishitei.bunka.go.jp. Miġbur 2025-03-15.
- ^ "Mt. Kinkeisan | See Hiraizumi | Hiraizumi Tourism Association". archive.ph. 2012-07-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-14. Miġbur 2025-03-15.
- ^ Yiengpruksawan, Mimi Hall (1998). Hiraizumi: Buddhist Art and Regional Politics in Twelfth-Century Japan. Harvard University Press. p. 110. ISBN 0-674-39205-1.
- ^ "HIRAIZUMI". web.archive.org. 2006-05-17. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-05-17. Miġbur 2025-03-15.
- ^ "MEXT : Report on the 35th World Heritage Committee Session Decision Results for: "Hiraizumi- Temples, Gardens and Archaeological Sites Representing the Buddhist Pure Land"". web.archive.org. 2011-07-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-22. Miġbur 2025-03-15.
- ^ Times, The Japan (2025-03-16). "Search results". The Japan Times (bl-Ingliż). Miġbur 2025-03-15.
- ^ "国指定文化財等データベース". kunishitei.bunka.go.jp. Miġbur 2025-03-15.
- ^ "Yanagi no Gosho Site | See Hiraizumi | Hiraizumi Tourism Association". archive.ph. 2012-12-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-12-19. Miġbur 2025-03-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Yanagi no Gosho Museum - See Hiraizumi - Hiraizumi Tourism Association". web.archive.org. 2011-07-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-07-03. Miġbur 2025-03-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Yiengpruksawan, Mimi Hall (1998). Hiraizumi: Buddhist Art and Regional Politics in Twelfth-Century Japan. Harvard University Press. pp. 65, 99. ISBN 0-674-39205-1.
- ^ "国指定文化財等データベース". kunishitei.bunka.go.jp. Miġbur 2025-03-15.
- ^ "HIRAIZUMI". web.archive.org. 2011. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-23. Miġbur 2025-03-15.
- ^ "HIRAIZUMI". web.archive.org. 2007. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-07-15. Miġbur 2025-03-15.
- ^ "国指定文化財等データベース". kunishitei.bunka.go.jp. Miġbur 2025-03-15.