Monumenti Rumani, il-Katidral ta' San Pietru u l-Knisja tal-Madonna fi Trier

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Katidral ta' Trier

Il-Monumenti Rumani, il-Katidral ta' San Pietru u l-Knisja tal-Madonna fi Trier huma siti storiċi ta' importanza partikolari fi Trier, l-eqdem belt fil-Ġermanja, li tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986.[1]

Skont il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, "Trier hija eżempju ta' belt kapitali Rumana kbira wara li l-imperu nqasam. Il-fdalijiet tal-Palazz Imperjali, flimkien mal-Awla Palatina u l-Banjijiet Termali Imperjali, huma impressjonanti fid-dimensjonijiet tagħhom. Il-belt tħaddan xhieda eċċezzjonali taċ-ċivilizzazzjoni Rumana bis-saħħa tad-densità u tal-kwalità tal-monumenti li ġew ippreservati: il-pont, il-fdalijiet tas-sur iffortifikat, il-banjijiet termali, l-anfiteatru, l-imħażen, eċċ. B'mod partikolari, l-arti funebri u s-sengħa tal-ħaddiema tal-fuħħar, tal-ħġieġ, u ta' dawk li jizzekkaw il-flus iffjorixxew fil-belt".[1]

Fl-2009, is-sit deher fuq naħa ta' munita tad-deheb ta' 100 ewro.[2][3]

Komponenti[immodifika | immodifika s-sors]

Illustrazzjoni ta' Augusta Treverorum fi żmien ir-Rumani

Disa' siti fi Trier huma komponenti ta' dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO:[1]

  1. l-Anfiteatru
  2. il-Pont ta' Moselle
  3. il-Banjijiet ta' Barbara
  4. il-Kolonna ta' Igel
  5. il-Porta Nigra
  6. il-Banjijiet Imperjali
  7. l-Awla Palatina (Bażilika)
  8. il-Katidral
  9. il-Knisja tal-Madonna (bil-Ġermaniż: Liebfrauenkirche)

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Porta Nigra billejl

Il-Monumenti Rumani, il-Katidral ta' San Pietru u l-Knisja tal-Madonna fi Trier ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[1]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ d e Centre, UNESCO World Heritage. "Roman Monuments, Cathedral of St Peter and Church of Our Lady in Trier". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-18.
  2. ^ "100 Euro Trier Gold Coin Germany | CelticGold.eu". www.celticgold.eu. Miġbur 2022-03-18.
  3. ^ Welle (www.dw.com), Deutsche. ""UNESCO-Welterbe-Dom zu Speyer" prägt 100-Euro-Goldmünze | DW | 12.12.2018". DW.COM (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-03-18.