Aqbeż għall-kontentut

Marta Kos

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Marta Kos
ambaxxatur fl-Iżvizzera

2017 - 2020
ambaxxatur fil-Ġermanja

2013 - 2017
Ħajja
Twelid Šempeter pri Gorici, 1965, 28 Ġunju 1965 (59 sena)
Nazzjonalità Slovenja
Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja
Edukazzjoni
Lingwi Sloven
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni diplomatiku
politiku
għawwiem
ġurnalist
Premjijiet

Marta Kos (pronunzja Slovena: [ˈmáːrta ˈkóːs]; twieldet fit-28 ta' Ġunju 1965) hija diplomatika u politika Slovena. Hija kienet l-ambaxxatur ta' pajjiżha fil-Ġermanja mill-2013 sal-2017, u l-ambaxxatur ta' pajiżha fl-Iżvizzera mill-2017 sal-2020.[1] Minn Diċembru 2024, hija saret il-Kummissarju Ewropew għat-Tkabbir fit-tieni mandat tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.

Minn April sa Settembru 2022, hija kienet waħda mill-Viċi Presidenti tal-Moviment għall-Ħelsien.[2] Qabel l-elezzjoni Presidenzjali tal-2022, hija kienet il-kandidat tal-Moviment għall-Ħelsien biex issir il-President tas-Slovenja qabel ma rtirat f'Awwissu.[3] Wara li rtirat, hija rriżenjat bħala Viċi President tal-Moviment għall-Ħelsien. Wara r-riżenja ta' Tatjana Bobnar bħala Ministru għall-Intern, hija rriżenjat ukoll mill-Moviment għall-Ħelsien u stqarret li ma kienx il-partit tagħha iktar.[4]

Ħajja bikrija u karriera

[immodifika | immodifika s-sors]

F'żgħożitha, Kos kienet għawwiema Jugoslava u Slovena tar-rekords. Hija studjat il-ġurnaliżmu u ngħaqdet mad-diviżjoni tal-isport ta' RTV, qabel ma marret tgħix il-Ġermanja fejn ħadmet għal Deutsche Welle u korrispondent f'Bonn għal RTV fl-1993.[5] Mill-1997 sal-1999, hija kienet id-direttur tal-uffiċċju tal-informazzjoni tal-gvern Sloven u kelliema tal-gvern.[6] Fis-sena 2000 inħatret bħala Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija.

Fl-2013, il-gvern ta' Alenka Bratušek ħatarha bħala ambaxxatur ta' pajjiżha f'Berlin, il-Ġermanja, bħala parti minn kwota politika (diplomatiċi mhux tal-post).[7] Fl-2017 hija nħatret bħala ambaxxatur ta' pajjiżha f'Bern, l-Iżvizzera.[8] Fl-2020 hija rriżenjat minn ambaxxatur minħabba nuqqas ta' qbil mal-politika barranija tal-gvern, kif ukoll minħabba akkużi ta' mobbing u ta' kontroll intern fuq ix-xogħol tal-ambaxxata.[9]

Fl-2022 hija ħabbret il-kandidatura tagħha għal President tar-Repubblika.[10] Minħabba ċirkostanzi li qatt ma ġew spjegati, hija rriżenjat mill-kandidatura tagħha u rriżenjat bħala Viċi President tal-Moviment għall-Ħelsien.[11] Wara r-riżenja ta' Tatjana Bobnar bħala Ministru għall-Intern, minħabba kunflitt mal-Prim Ministru Robert Golob, hija rriżenjat ukoll mill-Moviment għall-Ħelsien fl-2023, fejn spjegat li ma kinitx tħossu iktar bħala l-partit tagħha, u b'hekk appoġġat lil Tatjana Bobnar.

F'Settembru 2024 ġiet proposta bħala kandidat għal Kummissarju Ewropew għat-Tkabbir, responsabbli biex tissorvelja r-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien tal-Lvant, minflok Tomaž Vesel, li rriżenja mill-kandidatura għal Kummissarju Ewropew.[12] Fis-17 ta' Settembru 2024, Ursula von der Leyen ħabbret li Kos kienet se tkun responsabbli għat-tkabbir Ewropew, ladarba tingħata l-approvazzjoni mingħand il-Parlament Ewropew, u b'hekk se tieħu ħsieb il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal sħubija fl-Unjoni Ewropea tal-Ukrajna u tal-Moldova kif ukoll ta' pajjiżi oħra.[13]

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Marta Kos hija miżżewġa lil Henri Gétaz, li huwa s-segretarju ġenerali tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA, European Free Trade Association).[14]

  1. ^ "Marta Kos Freedom Movement's candidate for president". sloveniatimes.com (bl-Ingliż). 2022-06-29. Miġbur 2025-03-27.
  2. ^ Roglič, Meta (2022-09-13). "Po umiku še odstop: kaj je zapisala Marta Kos in kaj naj bi se dogajalo pred tem". N1 (bl-Isloven). Miġbur 2025-03-27.
  3. ^ Z, G. C. , M. "Marta Kos se umika iz predsedniške tekme". rtvslo.si (bl-Isloven). Miġbur 2025-03-27.
  4. ^ S, A. "Marta Kos po dogajanju glede ministrice Tatjane Bobnar izstopila iz Gibanja Svoboda". rtvslo.si (bl-Isloven). Miġbur 2025-03-27.
  5. ^ "Marta Kos Marko: Predsednica? Morda čez štiri leta! | Sobotainfo.com". sobotainfo.com (bl-Isloven). 2025-03-27. Miġbur 2025-03-27.
  6. ^ "(PORTRET TEDNA) Marta Kos: Ne ženska iz ozadja, temveč iz ospredja zmagoslavja Goloba". vecer.com (bl-Isloven). Miġbur 2025-03-27.
  7. ^ "Uradno: Marta Kos Marko za veleposlanico v Berlinu". Finance (bl-Isloven). Miġbur 2025-03-27.
  8. ^ "Borut Pahor postavil Marto Kos Marko za veleposlanico v Švici". siol.net (bl-Isloven). Miġbur 2025-03-27.
  9. ^ "Zakaj je odstopila Marta Kos". Mladina.si. Miġbur 2025-03-27.
  10. ^ "Tudi Marta Kos napoveduje, da bo njeno delovanje drugačno od Pahorjevega - Svet24.si". Novice Svet24 (bl-Isloven). Miġbur 2025-03-27.
  11. ^ Roglič, Meta (2022-09-13). "Po umiku še odstop: kaj je zapisala Marta Kos in kaj naj bi se dogajalo pred tem". N1 (bl-Isloven). Miġbur 2025-03-27.
  12. ^ "Slovenia chooses new commissioner nominee as von der Leyen pushes for more women". POLITICO (bl-Ingliż). 2024-09-09. Miġbur 2025-03-27.
  13. ^ "What Europe's new enlargement czar, Marta Kos, means for Ukraine". POLITICO (bl-Ingliż). 2024-09-18. Miġbur 2025-03-27.
  14. ^ "Henri je moja skala in največja podpora! - Svet24.si". Novice Svet24 (bl-Isloven). Miġbur 2025-03-27.