Loranne Vella
Loranne Vella (imwielda fl-10 ta’ Lulju tal-1972) hi kittieba, traduttriċi u artista bbażata fi Brussell.[1] Hi rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-Aħjar Rumanz bil-Malti jew bl-Ingliż kemm għal Rokit (2018)[2] kif ukoll għal Marta Marta (2023).[3] Vella sservi wkoll bħala l-koeditur tal-ġurnal letterarju bil-Malti Aphroconfuso.[4]
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Loranne Vella twieldet ir-Rabat, Għawdex, Malta.
Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala għalliema tal-Ingliż u tad-Drama fil-Kulleġġ San Alwiġi, B'Kara (1995–2005). Telqet minn Malta fl-2005 u ħadmet bħala traduttriċi fil-Parlament Ewropew fil-Lussemburgu (2005–2008) u fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali fi Brussell (2009–preżenti).[5]
Edukazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Matul is-snin formattivi tagħha, hi rċiviet l-edukazzjoni tagħha f’diversi istituzzjonijiet, inklużi: Thi Lakin School, Ħ’Attard (1975–1976), St. Joseph School, Blata l-Bajda (1976–77), St. Joseph School, Raħal Ġdid (1977–1984), Sandhurst School (magħrufa bħala Sir Adrian School), Pembroke (minn Settembru sa Diċembru tal-1984), Maria Regina Junior Lyceum, Blata l-Bajda (1984–88), Ġan Franġisk Abela Sixth Form, Imsida (1988–1989), l-Università ta’ Malta: Foundation Course (1989–90), Baċċelerat fl-Istudji Teatrali bl-Unuri u l-Ingliż bħala suġġett sekondarju (1995–2000), u M.A. fl-Istudji Teatrali.[6]
Ħajja personali
[immodifika | immodifika s-sors]Kienet miżżewġa lil Simon Bartolo (1996–2011).[7]
Xogħlijiet u Kollaborazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Karriera artistika: Waqqfet l-Aleateia Group Theatre fl-1992 flimkien ma’ Simon Bartolo, Victor Debono u Russell Muscat. Barra minn hekk, hi ħadet sehem fi produzzjonijiet teatrali mal-Valletta Campus Theatre (dak iż-żmien magħruf bħala t-Teatru MITP – Il-Programm Teatrali tal-Istitut tal-Mediterran) sal-2005. Il-grupp twaqqaf meta studenti universitarji ħassew il-bżonn li mhux biss japplikaw it-teoriji u d-dixxiplini li ltaqgħu magħhom waqt l-istudji tagħhom, iżda wkoll li jiskopru l-metodoloġija personali tagħhom.[8] Fl-2013, hi kkollaborat mal-fotografu Ritty Tacsum [9] fil-wirja tagħha 4 Rooms.[10] Din kienet l-ewwel darba li Vella għaqdet flimkien il-letteratura, il-fotografija u t-teatru f’avveniment wieħed, eżerċizzju li rrepetiet fi tnedijiet oħrajn li kellha għall-kotba li ġew ippubblikati sussegwentament. Il-prinċipju li jinħolqu avvenimenti artistiċi f’kollaborazzjoni ma’ artisti li jużaw forom ta’ arti differenti, ispira lil Vella sabiex fl-2017 flimkien ma’ Sephora Gauci twaqqaf il-kollettiv tal-arti performattiva imsejjaħ Barumba Collective. [11]
Bejn l-2014 u l-2017, Vella traduċiet diversi stejjer tat-tfal mill-Franċiż għall-Malti (magħrufin bħala rumanzini) u storja waħda mill-Ispanjol għall-Malti, Vjoletta, li rebħet il-Premju Terramaxka fil-kategorija tar-Rumanzi tal-2016. [12] Fl-2019, ikkollaborat mal-artist Trevor Borg [13] u kitbet storja għat-tfal ispirata mix-xogħol li ppreżenta waqt waqt il-Biennale ta’ Venezja bħala parti mill-Padiljun ta’ Malta. L-istorja bit-titlu Smajna Isimna Taħt l-Art kienet ippubblikata fl-2019. [14]
Ir-rumanz tagħha Rokit, ippublikat minn Merlin Publishers fl-2017, rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Aħjar Rumanz bil-Malti jew bl-Ingliż.[15][2] Imbagħad fl-2024, il-ktieb tradott għall-Ingliż minn Kat Storace rebaħ premju tal-English PEN Translates. Ir-rumanz rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta’ Malta għall-Aħjar Rumanz bil-Malti jew bl-Ingliż is-sena ta’ wara.[2]
Il-ġabra ta’ novelli bit-titlu mill-bieb 'il ġewwa kienet finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2020. [16] It-traduzzjoni ta’ din il-ġabra għall-Ingliż miinn Kat Storace, what will it take for me to leave, kienet ippublikata minn Praspar Press fl-2021. Din it-traduzzjoni kienet finalista għat-TA First Translation Prize tas-Society of Authors għas-sena 2022. [17]
Fl-2022, ir-rumanz tagħha Marta Marta kien ippublikat minn EDE Books u rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Aħjar Rumanz bil-Malti jew bl-Ingliż. [18] Parti minn dan ir-rumanz, tradott minn Kat Storace, deher fir-Writing in Translation Anthology (2024) fir-rivista letterarja The White Review.
Fl-2023, Vella nediet il-ġurnal letterarju bil-lingwa Maltija Aphroconfuso flimkien ma’ Joe Gatt.[19]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Loranne Vella explained: going home a winner" (bl-Ingliż). September 2019. Miġbur 2024-04-18.
- ^ a b ċ "National Book Prize 2018 Award Ceremony" (bl-Ingliż). 29 November 2018. Miġbur 2024-04-18.
- ^ "Winners Of The 2023 National Book Prize Announced" (bl-Ingliż). 24 November 2023. Miġbur 2024-04-18.
- ^ "Kolofon · Aphroconfuso" (bil-Malti). Miġbur 2024-04-18.
- ^ "L-istudenti għandhom ikunu esposti wkoll għal-letteratura moderna – Loranne Vella – TVM". TVM Maltese (bl-Ingliż). 8 December 2018. Miġbur 2020-02-08.
- ^ Arts (2019-03-22). "A multi-disciplinary life". Think Magazine (bl-Ingliż). Miġbur 2020-02-08.
- ^ "60 Second interview – Simon Bartolo – The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2019-11-16.
- ^ "Drama group for Egyptian festival" (bl-Ingliż). 23 August 2002. Miġbur 2024-04-18.
- ^ "Ritty Tacsum". Ritty Tacsum – Visual Artist based in Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2019-11-16.
- ^ "Four Rooms – a visual journey by Ritty Tacsum – The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2019-11-16.
- ^ "Looking behind closed doors". Times of Malta (bl-Ingliż). 7 December 2018. Miġbur 2019-11-16.
- ^ "Winners of the Terramaxka Book Prize 2016 | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb" (bl-Ingliż). 2016-11-07. Miġbur 2024-04-18.
- ^ Malta, L.-Università ta'. "Dr Trevor Borg". L-Università ta' Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2019-11-16.
- ^ "Launch of storybook for children based on 'Venice Biennale' Maltese Pavilion – The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2019-11-16.
- ^ "Traipsing through space and time | Loranne Vella". MaltaToday.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2019-11-16.
- ^ "The National Book Prize And Terramaxka Prize 2020 – The Shortlist". 19 July 2020.
- ^ "Announcing the Translation Prizes 2022 shortlists – a 'diverse, impressive list' - The Society of Authors" (bl-Ingliż). 2022-12-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2024-04-18. Miġbur 2024-04-18.
- ^ "Winners Of The 2023 National Book Prize Announced | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb" (bl-Ingliż). 2023-11-24. Miġbur 2024-04-18.
- ^ "Aphroconfuso". aphroconfuso.mt (bil-Malti). Miġbur 2024-04-18.