Aqbeż għall-kontentut

Lino Cauchi (mużiċist)

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Lino Cauchi (mużiċist)
Ħajja
Twelid Bormla, 30 Novembru 1949
Nazzjonalità Malta
Mewt 17 Awwissu 2026
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni mużiċist
għalliem
kompożitur tal-kanzunetti
Moviment artistiku jazz
Strument/i tal-mużika pjanu

Lino Cauchi (1949–2026) kien mużiċist Malti magħruf l-aktar għad-daqq tal-pjanu.

Cauchi twieled fit-30 ta' Novembru 1949.[1] Huwa beda l-karriera tiegħu fl-1967 meta daħal idoqq il-pjanu mal-banda ta' Vinny Vella.[2]

Matul il-karriera tiegħu huwa daqq f'diversi formazzjonijiet f'lokalitajiet magħrufa f'Malta, fosthom fil-Palazzo Pescatore ma’ Charles Gatt is-City u Mario Abela, u l-Joe Cutajar Band fil-Mellieħa Bay Hotel.[1]

Fil-bidu tas-snin 80, Cauchi għażel lil Giodimaina biex ikanta żewġ kanzunetti tiegħu waqt il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija. Il-kanzunetti kienu Għalxejn (1982) u Għanja lill-Omm (1985).[3] Fl-1983 huwa kien il-pjanista residenti fil-BJ's Nighclub f'Paceville, qabel ma rrakkommanda lil Paul Giordimaina biex jieħu postu.[2][3]

Huwa daqq bosta drabi waqt programmi divertenti fuq TVM, b'mod partikolari meta kien il-pjanista residenti fil-programm televiżiv Ronda Weekend matul is-snin 90. Daqq ukoll f'operetti Taljani ppreżentati fit-Teatru Manoel madwar l-istess żmien.[2]

Waqt l-edizzjoni tal-2026 tal-Malta Jazz Festival indaqqet kompożizzjoni tiegħu waqt il-kunċert tal-ftuħ li kien iddedikat interament lill-kompożituri tal-jazz Maltin.[4]

Cauchi miet fl-età ta' 76 sena fis-17 ta' Awwissu 2026.[1]

  1. 1 2 3 Zammit, Frederick (17 Awwissu 2026). "Imut Lino Cauchi, wieħed mill-pijunieri tal-jazz Malti". Newsbook (bil-Malti).
  2. 1 2 3 "JA Exhibition 2025". NAPA (bl-Ingliż). Miġbur 2026-08-17.
  3. 1 2 Bayliss, Emil Calleja (2026-08-17). ""Mużiċist Rispettat Li Tani Kompożizzjonijiet Mill-Isbaħ" – Paul Giordimaina Isellem Lil Lino Cauchi". Gwida (bil-Malti). Miġbur 2026-08-17.
  4. ↑ "Day one of the Malta Jazz Festival 2026". SimplyJazzTalk (bl-Ingliż). 2026-07-07. Miġbur 2026-08-17.