L-ewwel seba' konċilji Ekumeniċi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Pittura tal-Ewwel Konċilju ta' Niċea fil-Monasteru ta' Ferapontov, ir-Russja

Fl-istorja tal-Kristjaneżmu, l-ewwel seba' konċilji Ekumeniċi kienu serje ta' konċilji li saru bejn is-snin 325 u 787 WK, u li d-deċiżjonijiet li ttieħdu minnhom huma aċċettati u adottati mill-knejjes Kristjani.

Matul l-istorja tal-Kristjaneżmu kien hemm ħafna laqgħat ta' isqfijiet u prelati biex jiddiskutu fuq xi tagħlim qarrieqi li jkunu ħarġu bih ċerti individwi anke mill-ġerarkija ekklesjastika. Dawn il-laqgħat jissejħu Konċilji. X'uħud minn dawn il-konċilji saru b'tentattiv li jintlaħaq qbil mal-Knisja Ortodossa biex terġa' tinkiseb il-paċi u biex ikun hemm Kristjaneżimu wieħed bejn l-Ortodossi Nsara tal-Lvant u dawk tal-Punent, il-Knisja tal-Lvant, il-Kattoliċi hekk imsejħa antiki, u l-Kattoliċi Rumani. Dawn kollha jsostnu li għandhom dixxendenza leġittima mill-appostli. Kemm il-Kattoliċi u kif ukoll l-Ortodossi tal-Lvant jirrikonoxxu l-ewwel s-seba' konċilji Ekumeniċi bħala validi.[1][2]

L-ewwel seba' konċilji[immodifika | immodifika s-sors]

Konċilju Data Imsejjaħ minn Attendenza Skop
L-ewwel Konċilju ta' Niċea (artiklu) 325 (25 ta' Mejju – 9 ta' Ġunju) Imperatur Kostantinu 318 Imsejjaħ biex jikkumbatti l-ereżija ta' Arjanu fuq in-natura ta' Kristu, imma kien hemm suġġetti oħra li ġew deċiżi f'dan il-Konċilju, bħaċ-ċelebrazzjoni tal-Għid, il-validità tal-Magħmudija mal-eretiċi u oħrajn.
L-ewwel Konċilju ta' Kostantinopli 381 (Mejju – Lulju) Imperatur Teodosju I 150 Imsejjaħ biex jikkumbatti diversi ereżiji li kienu nxterdu minn żmien għal żmien, fosthom l-Arjaniżmu, is-Sabelljaniżmu, u dawk kontra l-Ispirtu s-Santu.
Il-Konċilju ta' Efesu 431 (22 ta' Ġunju – 31 ta' Lulju) Ċirillu ta' Lixandra 200–250 Imsejjaħ biex jikkumbatti ereżiji ġodda bħal Nestorjaniżmu, dwar it-Teotokos, dwar il-Maternità Divina tal-Madonna u l-Pelaġjaniżmu.
Il-Konċilju ta' Kalċidonja 451 (8 ta' Ottubru – 1 ta' Novembru) Imperatur Marċjanu 520 Imsejjaħ biex jiffinalizza xi deċiżjonijiet li kienu ttieħdu fit-Tieni Konċilju ta' Efesu li sar fl-449 u li ma kienx meqjus bħala Konċilju Ekumeniku. Minbarra dan, sar ukoll biex jiddefinixxi r-relazzjoni bejn id-Divinità u l-Umanità ta' Kristu u kwistjonijiet oħra li jinvolvu ċerti isqfijiet partikulari.
It-Tieni Konċilju ta' Kostantinopli 553 (5 ta' Mejju – 2 ta' Ġunju) Imperatur Ġustinjanu 152 Imsejjaħ biex jikkumbatti n-Nestorjaniżmu li kien jgħallem diversi prinċipji żbaljati, sew fuq Ġesù, kemm fuq il-Madonna, u l-Monofisitiżmu li kien jgħallem li Ġesù kellu natura waħda, dik Divina.
It-Tielet Konċilju ta' Kostantinopli 680–681 (7 ta' Novembru – 16 ta' Settembru) Imperatur Kostantinu IV 300 Imsejjaħ biex jikkumbatti l-Monotelitiżmu li kien jgħid li Ġesù kellu żewġ naturi, imma volontà waħda.
It-Tieni Konċilju ta' Niċea 787 (24 ta' Settembru – 23 ta' Ottubru) Imperatur Kostantinu VI u mill-Imperatriċi Irene (reġġent) 350 Imsejjaħ biex jikkumbatti l-Ikonoklasti li kienu jipprietkaw kontra l-użu ta' immaġnijiet u ikoni reliġjużi.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Philip Schaff: NPNF2-14. The Seven Ecumenical Councils - Christian Classics Ethereal Library". www.ccel.org. Miġbur 2021-09-25.
  2. ^ "Quinisext Council" (bl-Ingliż). Encyclopedia Britannica. Miġbur 2021-09-25.