Aqbeż għall-kontentut

Sptar San Luqa, Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Sptar San Luqa
sptar, sptar defunt
Data meta nħoloq1930 Immodifika
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabTal-Pietà Immodifika
Koordinati35°53′36″N 14°29′39″E Immodifika
ArkitettCharles Holden Immodifika
Date of official closure2007 Immodifika
Deżinjazzjoni bħala wirtGrad 1 Immodifika
Map

L-Isptar San Luqa, huwa eks-sptar ġenerali li jinsab fuq l-għolja ta' Gwardamanġia, fil- Pietà, Malta.

Il-pedament tal-isptar tqiegħed fil-5 ta' April 1930 mill-Gvernatur ta' Malta, John Du Cane, fil-preżenza tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Gerald Strickland. Il-progress fil-kostruzzjoni tal-isptar kien bil-mod minħabba diffikultajiet tekniċi li nqalgħu. Sal-1939, fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, l-isptar kien għadu mhux komplut u x-xogħol kien sospiż.

Fl-1941, il-blokk prinċipali ġie kkonvertit fi sptar ta' iżolament għal mard infettiv. L-isptar, li sa dak iż-żmien ingħata t-titlu uffiċjali ta' Sptar ta' San Luqa, ittratta diversi epidemiji li jvarjaw minn ħosba sa tifojde, tifu, poljomajlite, skabbja u ħżież[1].

Sa tmiem l-1940ijiet l-isptar assuma r-rwol tiegħu bħala sptar ġenerali b'faċilitajiet għall-kura ta' każijiet mediċi ġenerali, kirurġiċi, ġinekoloġiċi u pedjatriċi. Fl-1948 infetaħ id-dipartiment tar-radjoloġija[2].

Il-bini tal-isptar huwa inkluż fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin[3].

Affiljazzjoni mal-Università ta' Malta

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Isptar kien iservi studenti li jattendu korsijiet tax-Xjenzi Mediċi u tas-Saħħa fi ħdan l-Università ta’ Malta. L-eks skola medika għadha fiha d-depożitorju tal-monografi ta’ qabel l-1965 u l-edizzjonijiet kollha ta’ ġurnali mediċi u tal-infermiera.

  1. Rjali, Tim Strada (2024-05-24). "Memorji mill-Isptar San Luqa" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2025-07-06. Miġbur 2025-07-06.
  2. Newsroom, N. E. T. (2014-03-28). "Filmat: L-Isptar San Luqa se jerġa' jibda jintuża' - qed jiġu trasferiti sodod biex jilqgħu l-pazjenti fuqhom". NETnews (bl-Ingliż). Miġbur 2025-07-06.
  3. Cassar, Simon (2021-12-12). "L-Isptar San Luqa f'telqa". NETnews (bl-Ingliż). Miġbur 2025-07-06.