Aqbeż għall-kontentut

Kumpless u l-Estancias tal-Ġiżwiti ta' Córdoba

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-Estancia ta' Alta Gracia.

Il-Kumpless u l-Estancias tal-Ġiżwiti ta' Córdoba (bl-Ispanjol: Manzana Jesuítica y Estancias de Córdoba) huma eks riduzzjoni tal-Ġiżwiti li nbniet mill-missjunarji fil-Provinċja ta' Córdoba, l-Argentina, u li tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000.[1]

Il-kumpless tal-Ġiżwiti jinkludi l-Università ta' Córdoba, waħda mill-eqdem fl-Amerka t'Isfel, l-Iskola Sekondarja ta' Monserrat, knisja u binjiet residenzjali. Sabiex ikunu jistgħu jwettqu dan il-proġett fl-imgħoddi, il-Ġiżwiti stabbilew sitt Estancias (residenzi) madwar il-Provinċja ta' Córdoba, magħrufa bħala l-Estancias ta' Caroya, ta' Jesús María, ta' Santa Catalina, ta' Alta Gracia, ta' Candelaria, u ta' San Ignacio.[2]

L-Estancias u l-kumpless, li ġew stabbiliti fl-1615, kellhom jitħallew mill-Ġiżwiti minħabba digriet tal-1767 decree tar-Re Karlu III ta' Spanja li keċċihom mill-kontinent.[3] Imbagħad ġew immexxija mill-Franġiskani sal-1853, meta l-Ġiżwiti reġgħu lura lejn l-Amerki. Madankollu, l-università u l-iskola superjuri ġew nazzjonalizzati sena wara.

Kull Estancia għandha l-knisja tagħha u sett ta' binjiet, u madwarhom kibru rħula bħal Alta Gracia, l-eqreb tal-kumpless. Il-kumpless u l-Estancias tal-Ġiżwiti huma miftuħin għall-viżitaturi; il-Mogħdija tal-Estancias tal-Ġiżwiti hija twila madwar 250 kilometru (160 mil).[4]

Jorge Mario Bergoglio, li sar il-Papa Franġisku, kien jgħix hemmhekk.[5]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kumpless u l-Estancias tal-Ġiżwiti ta' Córdoba ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

  • Il-Kumpless tal-Ġiżwiti (inkluż l-Università ta' Córdoba, l-Iskola Sekondarja ta' Monserrat, knisja u binjiet residenzjali);
  • l-Estancia ta' Alta Gracia;
  • l-Estancia ta' Jesús María;
  • l-Estancia ta' Santa Catalina;
  • l-Estancia ta' Caroya;
  • l-Estancia ta' La Candelaría.[1]
  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Jesuit Block and Estancias of Córdoba". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  2. ^ "RUINAS DE SAN IGNACIO | Córdoba Turismo". www.cordobaturismo.gov.ar (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-08-09. Miġbur 2025-08-17.
  3. ^ Manfred Barthel. The Jesuits: History and Legend of the Society of Jesus. Translated and adapted from the German by Mark Howson. William Morrow & Co., 1984, pp. 223-224.
  4. ^ "Argentina On View - News and Press". www.argentinaonview.com. Miġbur 2025-08-17.
  5. ^ 2013, ElLitoral.com -. "Biografía de Jorge Bergoglio  : : Diario El Litoral - Santa Fe - Argentina : :". www.ellitoral.com (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-03-15. Miġbur 2025-08-17.Manutenzjoni CS1: ismijiet bħala numri: authors list (link)