Aqbeż għall-kontentut

Kumpless Modern ta' Pampulha

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Kumpless Modern ta' Pampulha.

Il-Kumpless Modern ta' Pampulha (bil-Portugiż: Conjunto Moderno da Pampulha) huwa proġett urban f'Belo Horizonte, fl-istat ta' Minas Gerais, il-Brażil. Ġie ddisinjat madwar lag artifiċjali magħruf bħala l-Lag ta' Pampulha, fid-distrett ta' Pampulha, u jinkludi każinò, sala taż-żfin, il-Klabb tal-Jottijiet tal-Golf (attwalment l-eks Tênis Clube) u l-Knisja ta' San Franġisk ta' Assisi. Il-binjiet ġew iddisinjati mill-arkitett Oscar Niemeyer, b'kollaborazzjoni mal-arkitett pajsaġġistiku Roberto Burle Marx, artisti Brażiljani tal-Moderniżmu, u l-inġinier strutturali Joaquim Cardozo.

F'Lulju 2016, il-Kumpless Modern ta' Pampulha tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bis-saħħa tal-eżempji straordinarji tal-arkitettura moderna u l-importanza tiegħu fl-iżvilupp ta' identità arkitettonika Brażiljana.[1][2][3][4]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kumpless Modern ta' Pampulha ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2016.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

  1. 1 2 3 Centre, UNESCO World Heritage. "Pampulha Modern Ensemble". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  2. MG, Thais PimentelDo G1 (2016-07-17). "Conjunto da Pampulha ganha título de Patrimônio Mundial da Unesco". Minas Gerais (bil-Portugiż). Miġbur 2025-08-21.
  3. "Conjunto da Pampulha torna-se Patrimônio da Humanidade | VEJA.com" (bil-Portugiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-09-18. Miġbur 2025-08-21.
  4. "Conjunto da Pampulha é declarado Patrimônio Mundial da Humanidade - 17/07/2016 - Ilustrada". Folha de S.Paulo. 2025-08-21. Miġbur 2025-08-21.