Aqbeż għall-kontentut

Khorramabad

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Khorramabad
 Iran
Amministrazzjoni
Stat sovranIran
Province of IranLorestan Province (en) Translate
County of IranKhorramabad County (en) Translate
District of IranCentral District (en) Translate
Isem uffiċjali خرمآباد
Ġeografija
Koordinati 33°28′N 48°21′E / 33.47°N 48.35°E / 33.47; 48.35Koordinati: 33°28′N 48°21′E / 33.47°N 48.35°E / 33.47; 48.35
Khorramabad is located in Iran
Khorramabad
Khorramabad
Khorramabad (Iran)
Għoli 1,147 m
Demografija
Popolazzjoni 373,416 abitanti (2016)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 066
Żona tal-Ħin UTC+03:30
khoramabad.ir

Khorramabad (bil-Persjan: خرم‌آباد; [xoræmɒːˈbɒːd]) hija belt fid-Distrett Ċentrali tal-Kontea ta' Khorramabad, il-Provinċja ta' Lorestan, l-Iran, li hija l-belt kapitali tal-provinċja, tal-kotea u tad-distrett. Tinsab f'wied xeniku mdawwar bil-muntanji u hija madwar 100 kilometru (madwar 62 mil) fil-Lvant tal-fruntiera mal-Iraq.

Il-Wied ta' Khorramabad huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u jinkludi evidenza mill-perjodi Paleolitiċi Nofsanija u Superjuri, bi fdalijiet tal-kulturi Mousterjani u Baradostjani.[1]

Dinastija Hazaraspida

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-fundatur tad-dinastija Hazaraspida kien Abu Tahir ibn Muhammad, dixxendent tal-kap Shabankara, Fadluya. Inizjalment Fadluya kien kmandant tas-Salguridi ta' Fars u nħatar bħala gvernatur ta' Kuhgiluya, iżda eventwalment kiseb l-indipendenza f'Lorestan u estenda l-poter tiegħu saħansitra sa Esfahan.

Żmien is-Safavidi

[immodifika | immodifika s-sors]

Matul żmien is-Safavidi, Khorramabad kienet iċ-ċentru amministrattiv tal-provinċja ta' Lorestan.

Fid-dawl tal-waqgħa tas-Safavidi, wara l-iffirmar tat-Trattat ta' Kostantinopli fl-1724 mar-Russja Imperjali, it-Torok Ottomani ħakmu lil Khorramabad fis-6 ta' Settembru 1725.

Il-popolazzjoni tal-belt fil-biċċa l-kbira titkellem bil-Lur u hija l-ikbar belt fil-pajjiż fejn jiġi mitkellem il-Lur.

Il-kompożizzjoni lingwistika tal-belt hija kif ġej:

Kompożizzjoni lingwistika ta' Khorramabad (2022)
Lingwa Perċentwal
Luri 43%
Laki 25%
Persijan 25%
Silakhori 5%
Borujerdi 1%
Oħrajn 1%

Meta sar iċ-ċensiment nazzjonali fl-2006, il-popolazzjoni tal-belt kienet ta' 328,544 ruħ f'75,945 unità domestika. Fiċ-ċensiment nazzjonali ta' wara fl-2011, il-popolazzjoni tal-belt kienet ta' 348,216-il ruħ f'94,747 unità domestika. Fiċ-ċensiment nazzjonali tal-2016, il-popolazzjoni tal-belt kienet ta' 373,416-il ruħ f'109,231 unità domestika.

Khorramabad tinsab fil-Muntanji ta' Zagros. L-Ajruport ta' Khorramabad jinsab 3 kilometri fin-Nofsinhar tal-belt.

Khorramabad għandha klima Mediterranja semiumduża b'ammont kbar ta' xita matul ir-rebbiegħa u x-xitwa. Hija s-sitt belt fl-Iran bl-ogħla livell ta' xita fis-sena.

Khorramabad għandha klima li skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen (Csa) tikklassifika bħala klima Mediterranja bi sjuf sħan. L-elevazzjoni tagħha hi 1,147.8 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. Il-preċipitazzjoni annwali medja hi ta' 511.06 mm, filwaqt li t-temperatura annwali medja hi ta' 17.21 il-grad Celsius.

L-ogħla temperatura rreġistrata f'Khorramabad hi 47.0 °C (116.6 °F) fl-14 ta' Awwissu 1960 u fit-23 ta' Lulju 1961, filwaqt li l-iżjed temperatura baxxa rreġistrata hi ta' −14.6 °C (5.7 °F) fil-25 ta' Jannar 1990.

Data klimatika Khorramabad (1991–2020, extremes 1951-2020)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord °C (°F) 24.0
(75.2)
26.0
(78.8)
31.0
(87.8)
37.0
(98.6)
41.0
(105.8)
45.0
(113.0)
47.0
(116.6)
47.0
(116.6)
43.0
(109.4)
37.0
(98.6)
34.0
(93.2)
25.6
(78.1)
47.0
(116.6)
Medja massima kuljum °C (°F) 11.0
(51.8)
13.3
(55.9)
17.6
(63.7)
22.7
(72.9)
29.2
(84.6)
36.3
(97.3)
39.8
(103.6)
39.6
(103.3)
34.9
(94.8)
27.7
(81.9)
18.5
(65.3)
13.0
(55.4)
25.3
(77.5)
Medja kuljum °C (°F) 4.5
(40.1)
6.5
(43.7)
10.4
(50.7)
15.0
(59.0)
20.7
(69.3)
26.9
(80.4)
30.4
(86.7)
29.8
(85.6)
24.8
(76.6)
18.5
(65.3)
10.8
(51.4)
6.3
(43.3)
17.1
(62.7)
Medja minima kuljum °C (°F) −0.9
(30.4)
0.6
(33.1)
3.6
(38.5)
7.5
(45.5)
11.5
(52.7)
15.7
(60.3)
19.6
(67.3)
18.9
(66.0)
14.0
(57.2)
9.8
(49.6)
4.4
(39.9)
0.8
(33.4)
8.8
(47.8)
Temp. baxxa rekord °C (°F) −14.6
(5.7)
−11.5
(11.3)
−11.0
(12.2)
−7.0
(19.4)
−1.8
(28.8)
7.0
(44.6)
9.2
(48.6)
8.0
(46.4)
4.6
(40.3)
−1.4
(29.5)
−7.8
(18.0)
−12.0
(10.4)
−14.6
(5.7)
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) 70.3
(2.77)
67.8
(2.67)
84.1
(3.31)
74.7
(2.94)
21.6
(0.85)
1.4
(0.06)
0.3
(0.01)
0.2
(0.01)
1.3
(0.05)
29.3
(1.15)
62.9
(2.48)
79.1
(3.11)
493
(19.41)
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 7.4 7 7.5 7.4 3.4 0.3 0.1 0 0.2 3 6 7 49.3
Medja għall-jiem bix-xita 10.9 9.9 11.9 11.3 5.2 0.4 0.2 0.1 0.3 4.5 9.5 10.7 74.9
Medja għall-jiem bil-borra 2.6 1.5 0.7 0 0 0 0 0 0 0 0.1 0.9 5.8
Medja tal-umdità relattiva (%) 68 62 56 56 43 24 21 20 23 37 60 68 44.8
Punt tan-nida medja °C (°F) −1.5
(29.3)
−1.3
(29.7)
0.5
(32.9)
4.8
(40.6)
5.1
(41.2)
2.2
(36.0)
3.4
(38.1)
2.8
(37.0)
0.3
(32.5)
1.2
(34.2)
2.0
(35.6)
0.0
(32.0)
1.6
(34.9)
Medja fix-xahar għas-siegħat bid-dawl tax-xemx 174 181 213 230 286 346 344 343 309 260 197 170 3,053
Sors 1: NCEI
Sors 2: Rekords ta' jiem bil-borra/bis-silġ fl-1955-2010

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Siti Preistoriċi tal-Wied ta' Khorramabad ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2025.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]

Monumenti storiċi

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Minaret tal-Brikks ta' Khorramabad.

Minaret tal-Brikks

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Minaret tal-Brikks huwa torri ċilindriku tal-brikks minn żmien is-Seljuk u l-Buyid u jinsab fi ħdan il-belt antika ta' Shapur khast, fin-Nofsinhar ta' Khorramabad.

Dan il-minaret huwa kombinament tal-istupa Indjana, kolonni kommemorattivi, u t-tradizzjoni tal-Asja Ċentrali tal-kostruzzjoni tat-torrijiet għal skopijiet ta' difiża u ta' komunikazzjoni.

Pont ta' Sahpuri

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Pont ta' Shapuri jmur lura għal żmien is-Sassanidi u huwa rreġistrat fuq il-lista tal-Monumenti Nazzjonali.

Attrazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Khorramabad hija destinazzjoni turistika ewlenija u fiha diversi attrazzjonijiet, fosthom ħames għerien-abitazzjonijiet Paleolitiċi li tniżżlu bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2025.

L-Università Iżlamika Azad ta' Khorramabad.

Kulleġġi u universitajiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • L-Università Iżlamika Azad ta' Khorramabad;
  • l-Università ta' Lorestan;
  • l-Università tax-Xjenzi Mediċi ta' Lorestan;
  • il-Kulleġġ Tekniku ta' Madanni.
Pajjiż Belt Stat / Provinċja / Reġjun / Governorat Minn Sa
It-Turkija Afyonkarahisar Provinċja ta' Afyonkarahisar 2015
Il-Ġappun Yamagata Prefettura ta' Yamagata Ottubru 2013 Diċembru 2020
  1. 1 2 3 "Is-Siti Preistoriċi tal-Wied ta' Khorramabad - UNESCO".