Aqbeż għall-kontentut

Kastell ta' Ankara

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Kastell ta' Ankara.

Il-Kastell ta' Ankara (bit-Tork: Ankara Kalesi) huwa fortifikazzjoni storika f'Ankara, il-belt kapitali tat-Turkija, u tlesta fis-seklu 7 jew ftit wara. L-iżjed fortifikazzjoni bikrija fis-sit inbniet fis-seklu 8 Q.K. mill-Friġjani u ġiet rikostruwita fil-278 Q.K. mill-Galatej. Il-kastell ġie rikostruwit jew rinnovat taħt l-Imperu Ruman, l-Imperu Biżantin, l-Imperu Seljuk u l-Imperu Ottoman.

Storja u arkitettura

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kastell huwa magħmul minn swar interni b'torrijiet pjuttost qrib xulxin li jħaddnu erja ta' madwar 350 metru b'150 metru, u swar esterni b'torrijiet bi spazju ta' xi 40 metru minn xulxin. Iż-żewġ settijiet ta' swar inbnew bl-użu ta' kwantitajiet kbar ta' ġebel użat f'binjiet oħra. Id-dati preċiżi tal-kostruzzjoni ta' dawn is-swar mhumiex magħrufa, iżda t-tnejn li huma kienu preżenti wara l-ħakma u l-qerda ta' Ankara mill-Persjani, x'aktarx fis-622 W.K. (Foss huwa tal-fehma li s-swar interni jaf imorru lura għar-renju ta' Constans II; ġeneralment huwa maħsub li s-swar esterni nbnew kemxejn wara.).[1]

  1. Clive Foss, Late Antique and Byzantine Ankara in Dumbarton Oaks Papers Vol. 31 (1977), pp. 70-72.