Aqbeż għall-kontentut

Karbalayi Safikhan Karabakhi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Karbalayi Safikhan Karabakhi
Ħajja
Twelid Shushac. 1817
Nazzjonalità Imperu Russu
Mewt Shusha, 25 Ġunju 1910
Post tad-dfin ċimiterju ta' Mirza Hasan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni arkitett
restawratur
Post tax-xogħol Shusha
Agdam
Barda
Fuzuli
Odessa
Ashgabat
Xogħlijiet importanti Moskea ta' Yukhari Govhar Agha
Ashaghi Govhar Agha Mosque
Moskea ta' Aghdam

Karbalayi Safikhan Sultanhuseyn oghlu Karabakhi (bl-Ażerbajġani: Kərbəlayı Səfixan Sultanhüseyn oğlu Qarabaği; li twieled fl-1817 u miet fl-1910) kien arkitett mill-Ażerbajġan u wieħed mir-rappreżentanti tal-iskejjel tal-arkitettura ta' Karabakh.[1] Il-binjiet ta' Kerbalai Sefikhan Karabakhi kienu jinkludu elementi tradizzjonali u Romantiċi. Id-disinni ta' Karabakhi, bħal dawk tal-moskej f'Aghdam u f'Barda, jinkludu elementi arkitettoniċi sempliċi bbażati fuq it-tradizzjonijiet arkitettoniċi tal-Ażerbajġan.[2]

Karatteristika tipika tal-kreattività ta' Karabakhi kienet l-użu razzjonali u għaqli tal-arkitettura lokali tradizzjonali. L-inċiżjoni fuq il-Moskea ta' Yukhari Govhar Agha mibnija minnu fl-1883, tistqarr bl-Għarbi: "Magħmula minn Karbalayi Safikhan Karabakhi. 1301".

Il-proġetti tal-kostruzzjoni ta' Karabakhi jinkludu mawżolew f'Barda (1868), il-Moskea ta' Agdam, il-Moskea tat-Tatari (1870) f'Odessa, l-Ukrajna, il-Moskea ta' Qarabaghlar f'Ashgabat, it-Turkmenistan u binjiet ċiviċi oħra fir-reġjun ta' Nagorno-Karabakh.[3][4]

Huwa kien responsabbli wkoll għall-ħolqieb ta' tipi uniċi ta' moskej, b'organizzazzjoni partikolari tal-ispazju intern tagħhom; id-diviżjoni tal-kolonni tal-ġebel mal-gallerija ta' żewġ sulari, u l-użu tas-soqfa bil-koppli fir-reġjun ta' Nagorno-Karabakh.[5]

  1. ^ "Qarabaq senedlerde | Karabakh in Documents". web.archive.org. 2011. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-18.
  2. ^ The Grove Encyclopedia of Islamic Art and Architecture / Edited by Jonathan M. Bloom, Sheila Blair.. — Oxford University Press, 2009. — V. II. — p. 238. — ISBN 9780195309911.
  3. ^ "Azərbaycan Respublikası Mədəniyyət və Turizm Nazirliyi :: XIX əsrdə m…". archive.ph. 2012-02-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-27. Miġbur 2025-03-27.
  4. ^ "Bərdə İmamzadəsi". web.archive.org. 2011-07-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-06. Miġbur 2025-03-27.
  5. ^ Salimova, A,T. "ВЛИЯНИЕ ХРИСТИАНСТВА НА АРХИТЕКТУРУ АЗЕРБАЙДЖАНА. Azerbaijani University of Architecture and Building". www.bakililar.az. Miġbur 2025-03-27.