Kappella ta' Sant'Anna, Dwejra
| Reliġjon | Kattoliċiżmu |
|---|---|
| Pajjiż | Malta |
| Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | San Lawrenz |
| Koordinati | 36°3′10″N 14°11′24″E |
| Iddedikata lil | Sant'Anna |
| Inawgurazzjoni uffiċjali minn | Giuseppe Pace |

Il-Kappella ta' Sant'Anna hija kappella kattolika Rumana li tagħmel mar-raħal ta' San Lawrenz, Għawdex. Hija l-aktar binja qrib fejn qabel kien hemm it-Tieqa tad-Dwejra.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kappella nbniet fi ftit xhur fuq is-sit ta' kappella eqdem[1] b'inizjattiva ta' Dun Alwiġ Mizzi, patri Sależjan li kien devot kbir ta' Sant'Anna. [2] Il-bennej ewlieni kien Wenzu Formosa, eks-sagristan tal-knisja parrokkkali ta' San Lawrenz, fuq disinn tal-arkitett lokali Joseph Mizzi.[3]
Il-ftuħ uffiċjali sar fil-25 ta' Lulju 1963[2] meta l-kappella tbierket mill-Isqof Giuseppe Pace.[3]
Struttura arkitettonika
[immodifika | immodifika s-sors]Il-binja tinsab fi Triq Wied il-Merill fuq il-blat tad-Dwejra, qrib fejn qabel kien hemm it-Tieqa tad-Dwejra. Viċin il-knisja hemm ukoll il-Qawra tad-Dwejra, il-Ġebla tal-Ġeneral, u t-Torri tad-Dwejra.
Fuq barra għandha bħal zuntier fuq żewġ livelli, miksija bil-ħamrija u pjanti sukkulenti. Fin-nofs tad-daħal hemm taraġ li jwassal għall-bieb prinċipali. It-taraġ għandu puġġaman tal-ġebel fuq kull naħa, mqiegħed fuq il-balavostri. Jgħatti l-parapett żgħir li hemm quddiem Il-bieb prinċipali hemm llqugħ tal-konkoss angolari li jserraħ fuq żewġ kolonni sempliċi.
Il-faċċata u l-bqija tal-bini huma pjuttost sempliċi. Fuq il-bieb hemm żewġ twieqi rettangolari żgħar u kampnar żgħir b'arkata fuqu, b'qanpiena tal-bronż. Fuq in-naħa tal-lemin tal-bieb hemm lapida rustika taċ-ċeramika bil-kliem Kappella Sant'Anna.
L-istruttura tal-kappella tikkonsisti minn kamra sempliċi ta’ forma rettangolari b’saqaf ċatt artikolat għal fuq il-ħitan tagħha. Fuq wara tal-kappella hemm kamra li sservi bħala sakristija, li hija aċċessibli ukoll minn bieb fil-ġenb. L-artal prinċipali jiddomina l-kappella minn ġewwa, flimkien ma' statwa ta' Sant'Anna maħdum fil-ġebel mill-iskultur Għawdxi Michael Camilleri Cauchi.[4][5]
Fil-bidu tas-snin 2020, tlett xeni reliġjużi mill-ħajja ta' Sant'Anna u l-mewt u reżurezzjoni ta' Ġesù Kristu, inħadmu fil-mużajk miċ-ċentru Eikon immexxi minn Rev. Roberto Gauci biex iżejnu din il-kappella sempliċi minn ġewwa.[2]
Amministrazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kappella hija amministrata mill-parroċċa ta' San Lawrenz. Issir quddiesa darba fil-ġimgħa, nhar ta' Ħadd fl-4pm (fix-xhur tax-xitwa) jew fl-5pm (fix-xhur tas-sajf).[6]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Chapel of St Anne | Gozo, Malta | Attractions". Lonely Planet. Miġbur 2025-11-15.
- 1 2 3 "Feast of St Anne in Dwejra". Times of Malta (bl-Ingliż). 2023-07-25. Miġbur 2025-11-15.
- 1 2 "Feast of St Anne in Dwejra". Times of Malta (bl-Ingliż). 2022-07-25. Miġbur 2025-11-15.
- ↑ Malta Tourism Authority. "St Anne's Chapel, Dwejra". VisitMalta.com (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-15.
- ↑ "Saint Anne". VisitGozo.com (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-15.
- ↑ "Sant' Anna - Chapel - Dwejra, Gozo". www.quddies.com.mt. Miġbur 2025-11-15.
| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Kappella ta' Sant'Anna, Dwejra (Chapel of St. Anne (Dwejra)) |