Kabinett tal-Gvern Laburista Malti 2017

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Il-Kabinett immexxi mill-Priministru Joseph Muscat hu magħmul minn 14-il Ministru u 10 Segretarji Parlamentari. Il-Kabinett inħatar fit-8 ta' Ġunju 2017. Minn dawn l-24 deputat, 16 minnhom kienu xi darba f'kabinetti preċedenti Laburisti. Edward Scicluna, Evarist Bartolo, Chris Fearne, Chris Cardona u Josè Herrera żammew l-istess responsabbiltajiet li kellhom fil-leġiżlatura preċedenti. Il-kabinett fih tliet nisa.

F'dan il-Kabinett inħolqu 2 segretarjati parlamentari ġodda għal kollox: dak tas-Suq tal-Propjetà u dak tal-Akkomodazzjoni Soċjali.

Dawn huma l-karigi fi ħdan il-kabinett:

Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Michael Farrugia

Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Owen Bonnici

Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol: Evarist Bartolo

Ministru tal-Finanzi: Edward Scicluna

Ministru tal-Ekonomija, investiment u negozji żgħar: Chris Cardona.

Ministru tas-Saħħa: Chris Fearne

Ministru tal-Familja u drittijiet tat-tfal: Michael Falzon

Ministru tal-Enerġija u l-Ilma: Joe Mizzi

Ministru tal-Ambjent: Josè Herrera

Ministru tat-Turiżmu b'enfasi dwar l-Air Malta: Konrad Mizzi

Ministru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Carmelo Abela

Ministru tal-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Helena Dalli

Ministru tat-Trasport u Infrastruttura: Ian Borg

Ministru ta' Għawdex: Justyne Caruana


Segretarju Parlamentari fi ħdan OPM, għas-servizzi finanzjarji, ekonomija diġitali u servizzi finanzjari: Silvio Schembri

Segretarju Parlamentari fi ħdan OPM, għaċ-ċittadinanza, simplifikazzjoni u riformi: Julia Farrugia

Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, sport u għaqdiet volontarji: Clifton Grima

Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u djalogu soċjali: Aaron Farrugia

Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali: Silvio Parnis

Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018: Deo Debattista

Segretarju Parlamentari għall-Biedja u sajd: Clint Camilleri

Segretarju Parlamentari għas-Suq tal-Propjetà: Chris Agius

Segretarju Parlamentari Akkomodazzjoni Soċjali: Roderick Galdes

Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva: Anthony Agius Decelis