Besa Kavajë
|
| |||
| Isem sħiħ | KS Besa Kavajë | ||
|---|---|---|---|
| Fundazzjoni | 1925 | ||
| Grawnd | Stadiumi Besa, Kavajë | ||
| Kowċ |
Gugash Magani (en) | ||
| Kampjonat |
Albanian First Division (en) | ||
|
| |||
Besa Kavajë huwa klabb tal-futbol Albaniż li huwa bbażat ġewwa Kavajë. Huma jilagħbu fis-Superliga Albaniża, l-ogħla diviżjoni fil-futbol Albaniż. Il-grawnd tagħhom huwa Stadiumi Besa.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]KS Besa kien fundati fit-23 ta' Ottubru, 1925 bl-isem Shoqata Adriatiku. Fl-1930 huma bidlu isimhom għal "SK Kavaja". Huma għamlu d-debutt tagħhom fil-kampjonat prinċipali fl-1933. Fl-istess sena l-klabb bidel ismu ghal "Besa". Fil-UEFA Cup Winners’ Cup tal-1972-73 il-klabb għeleb klabb Daniż, Fremad Amager, wara li ġew 1–1 f'Kopenħagen u dro ta' mingħajr gowls ġewwa Kavajë. Fil-fażi ta wara, Besa kienu melgħuba minn tim Skoċċiż Hibernian minn Edinburgh (bl-aggregat 2–8). Besa qatt ma kienu ċampjins Albaniżi iżda ġew fit-2 post darbtejn.
Besa kkonfermaw posthom fil-2007–08 UEFA Cup wara li rebħu lil ġirien tagħhom KS Teuta 3–2 fil-finali tat-Tazza Albaniża fl-istaġun 2006–07. Huma ltaqgħu ma FK Bežanija tas-Serbja fl-ewwel rawnd tal-kwalifikazzjoni, li kienu ġew dro 2-2 barra min darhom u dro ta' mingħajr gowls f'darhom u għalhekk Besa marru fir-rawnd li jmiss minħabba l-gowls li skurjaw barra min darhom. Fit-tieni rawnd tal-kwalifikazzjoni huma tilfu 3–0 fiż-żewġ legs kontra l-Bulgari PFC Litex Lovech. Fl-2008, huma kkwalifikaw għall-Intertoto Cup minħabba li ġew it-tielet post fil-kampjonat tagħhom, filwaqt li ġew dro ta' mingħajr gowls kontra Ethnikos Achna FC u dro ta' 1-1 f'Ċipru u b'hekk reġaw għaddew bir-regola tal-gowls barra min darhom. Fit-tieni rawnd fl-Intertoto cup huma kienu eliminati minn Grasshopper Zürich mill-Iżvizzera.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- Tazza Albaniża: 2 (2007, 2010)
- Supercup Albaniża: 1 (2010)
Parteċipazzjoni fl-Ewropa
[immodifika | immodifika s-sors]Minn Lulju 2010
| Staġun | Kompetizzjoni | Rawnd | Pajjiż | Klabb | Home | Away |
|---|---|---|---|---|---|---|
| 1972–73 | UEFA Cup Winners' Cup | 1R | Fremad Amager | 0–0 | 1–1 | |
| 2R | Hibernian | 1–1 | 1–7 | |||
| 2007–08 | UEFA Cup | 1RK | FK Bezanija | 0–0 | 2–2 | |
| 2RK | Litex Lovech | 1–2 | 0–3 | |||
| 2008-09 | UEFA Intertoto Cup | 1R | Ethnikos Achnas | 0–0 | 1–1 | |
| 2R | Grasshopper Club Zürich | 0–2 | 1–2 | |||
| 2010-11 | UEFA Europa League | 2R | Olympiacos | 0–5 | 1–6 |
Kowċis
[immodifika | immodifika s-sors]
Sulejman Starova (Diċ 2007–April 8)
Shpëtim Duro (Lul 2009–Set 10)
Përparim Daiu (Set 2010–Nov 10)
Gerd Haxhiu (Nov 2010–Ġun 12)
Gugash Magani (Lul 2011–Ġun 12)
Ilir Daja (Lul 2012–)
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Besa fuq UEFA.COM
- Besa fuq EUFO.DE
- Besa fuq Weltfussball.de
- Besa fuq Playerhistory.com
- Besa fuq Transfermarkt.de
- Besa fuq Football-Lineups.com