Joseph Cefai

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Joseph Cefai
Joseph Cefai
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Twelid 28 Ottubru 1921
Nazzjonalità Malta
Mewt 18 Ġunju 1996
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Joseph Cefai (28 ta' Ottubru 1921 - 18 ta' Ġunju 1996), magħruf ukoll bħala Ġużeppi Cefai jew Ġużè Cefai, kien politiku u amministratur Għawdxi, magħruf għall-mod li jġib 'l quddiem l-interessi tal-Għawdxin u t'Għawdex fejn twieled.

Cefai ħa l-edukazzjoni tiegħu fis-Seminarju t'Għawdex, fil-Liceo t'Għawdex u wara fl-Universita' Rjali ta' Malta (kif kienet imsejħa f'dawk iż-żmienijiet) mnejn imbagħad iggradwa bħala Prokoratur Legali fis-sena 1943.

Fis-sena 1947, flimkien ma' Għawdxin magħrufa oħra kien kandidat fl-elezzjonijiet għall-Assemblea Leġiżlattiva f'isem il-'Gozo Party' (il-Partit t'Għawdex) li kien għadu kemm twaqqaf. Cefai kien elett membru tal-Assemblea Leġiżlattiva u matul dik il-Leġiżlatura kien fuq quddiem fid-difiza u l-promozzjoni tal-interessi t'Għawdex. Cefai baqa membru f'dik il-leġiżlatura sa meta ġiet xolta f'Ġunju 1950. Fl-istess sena 1950, Cefai ikkontesta l-elezzjonijiet għall-Assemblea Leġiżlattiva mal-'Malta Workers Party' ta’ Pawlu Boffa u kien elett. Cefai baqa jservi iż-żmien kollu tal-leġiżlatura sakemm il-Parlament ġie xolt fis-sena 1953.

Fis-sena 1956 Cefai daħal fis-servizz pubbliku u okkupa diversi postijiet importanti f'Għawdex fis-servizz pubbliku. Cefai kien rtira mis-servizz pubbliku fis-sena 1981.

Fi Frar 1973 Cefai inħatar mill-Gvern bħala Assistent Segretarju għall-Affarijiet t'Għawdex u wara fis-sena 1974 inħatar Segretarju għal Għawdex, post li baqa jokkupa sas-sena 1981.

Cefai rċieva il-'Coronation Medal' fis-sena 1953 u f'Ġunju 1996 fl-okkazzjoni tal-kommemorazzjoni tas-'Sette Giugno' ngħata l-unur ta' Ġieħ ir-Repubblika.

Cefai kien miżżewweġ lil Amalia mwielda Abela u kellhom tifel wieħed, Emmanuel George. Miet fit fid-dar tiegħu f'Għawdex.