Jetty Paerl

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Jetty Pearl)
Jetty Pearl 1956

Jetty Paerl (twieldet fis-27 ta' Mejju 1927 – mietet fit-22 ta' Awwissu 2013) kienet kantanta Olandiża, li kienet l-aktar famuża fis-snin ħamsin u sittin. Hi kienet miżżewġa lill-artist Olandiż Cees Bantzinger.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, hi għexet f'Londra, hekk kif l-Olanda kienet okkupata minn-Nażi Ġermaniża. Hemmhekk hi ħadet sehem fix-xandir ta' Radio Oranje, il-gvern Olandiż fl-eżilju, u kien magħruf bħala Jetje van Radio Oranje.

Fl-1956 hi rrapreżentat lill-Olanda fl-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision bil-kanzunetta "De Vogels Van Holland" (L-Għasafar tal-Olanda) miktuba minn Annie M. G. Schmidt u komposta minn Cor Lemaire. Billi f'dik l-edizzjoni ma ġew ippublikati r-riżultati finali, il-pożizzjoni tal-kanzunetta tagħha mhuwiex magħruf.

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]