Jean Claude Micallef

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Jean Claude Micallef, (Marsaxlokk, 3 t'Awwissu 1987) huwa Membru Parlamentari Laburista. B'karriera suċċess fix-xandir, għal sbatax-il sena produċa u ppreżenta diversi programmi televiżivi fuq TVM, NET TV u ONE TV. Imwieled Marsaxlokk, Jean Claude Micallef ħa l-edukazzjoni primarja fl-iskola tal-Gvern ta' Ħal Għaxaq fejn kompla l-edukazzjoni sekondarja fil-Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara u l-University Junior College, l-Imsida. Fl-età ta' sittax-il sena rreġistra l-ewwel kumpanija tiegħu minn fejn beda karriera televiżiva suċċess u triq fl-imprenditorija fejn iffoka wkoll fuq catering u servizzi. Snin wara kompla jispeċjalizza l-istudji fil-Lingwa Maltija fl-Università ta' Malta.


Elett għall-ewwel darba | First time elected[immodifika | immodifika s-sors]

Ikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali għall-ewwel darba f'Mejju 2017 mal-Partit Laburista fuq it- Tielet u l-Għaxar Distretti Elettorali. Kien elett mit-Tielet Distrett b'elezzjoni każwali fil-11 ta' Diċembru 2019 wara li Helena Dalli ġiet maħtura Kummissarju Ewropew.

L-onorevoli Micallef inagħta l-ġurament fl-20 ta' Jannar 2020. Dan hekk kif matul ix-xhur ta' Diċembru2019 u Jannar2020 il-Parlament ma' kienx aġġornat u l-Partit Laburista mexxa elezzjoni għal mexxej ġdid u Prim Ministru. Robert Abela ġie maħtur minflok Joseph Muscat.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħatar lid-deputat Jean Claude Micallef: President tal-Kumitat Parlamentarigħall-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji, Kap tad-delegazzjoni tal-OSCE u Kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni tal-Mediterran.

Hon. Jean Claude Micallef MP - www.jeanclaudemicallef.com


L-ewwel MP Xlukkajr fil-Gvern | The first ever Xlukkajr MP in Government[immodifika | immodifika s-sors]

Jean Claude Micallef sar l-ewwel Membru Parlamentari Xlukkajr qatt elett fil-gvern fl-istorja tal-politika Maltija. Din kienet l-ewwel darba li l-votanti ta' Marsaxlokk eleġġew deputat fil-Kamra tad-Deputati ta' Malta mill-istess distrett elettorali. Flimkien ma' Marsaxlokk, It-Tielet Distrett elettorali hu ffurmat minn Ħal Għaxaq, Marsaskala u ż-Żejtun.

Karriera Politika | Political Career[immodifika | immodifika s-sors]

Miż-żminijiet tal-Junior College, Jean Calude Micallef kien attiv fl-għaqda studenteska Pulse. Minn hemm beda jkun imbuttat jagħti kontibut fix-xena politika. Kien l-ewwel president tal-Forum Żgħażagħ Laburisti fil-fergħa ta' Marsaxlokk u kien involut fil-kampanja elettorali tal-ewwel elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2004.

Bħala żagħżugħ pro-EU u bl-ewwel passi tiegħu fin-negozju identifika l-ħsibijiet politiċi tiegħu eqreb tal-Partit Nazzjonalista milli tal-Partit Laburista mmexxi minn Alfred Sant. Bi gwida minn Guido de Marco u politiċi oħra, kontra l-inklinazzjonijiet politiċi ta' familtu, Jean Claude Micallef ta' sehem sħiħ fil-Partit Nazzjonalista fejn okkupa karigi f'kumitati lokali u fl-eżekuttiv nazzjonali. Minkejja li qatt ma kkontesta ebda elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista, fl-2014 Micallef kien fost l-iktar ismijiet favoriti li jikkontesta l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

Jean Claude Micallef kien fost l-ikbar kritiċi għan-nuqqas ta' ħiliet ta' Simon Busuttil bħala Kap tal-PN u l-mod li l-Partit Nazzjonalista beda jitratta lill-membri tiegħu għal benefiċju ta' klikka partikolari. Wara sensiela ta' kuntrasti fuq suġetti varji u fi kliemu stess "atti ta' għira, mibgħeda u ħdura politika orkestrati minn individwi bħal Daphne Caruana Galizia b'Simon Busuttil pupazz tagħhom", iddisassoċja lilu nnifsu kompletament mill-Partit Nazzjonalista.

Wara stennija kbira, permezz tal-programm tar-radju Linja Diretta mmexxi minn Emanuel Cuschieri fuq ONE92.7 ġie mħabbar li Jean Claude Micallef kien se jaħdem qrib il-Prim Ministru Joseph Muscat biex jerġa jara Partit Laburista rebbieħ kontra l-ħdura u l-mibgħeda politika f'Malta waqt li jikseb għaqda nazzjonali. B'diskors formidabbli waqt il-Konferenza Ġenerali Annwali tal-PL nhar l-25 t'April 2017, Micallef ħabbar li se jikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjoni fuq it-Tielet Distrett mal-Partit Laburista.

Fl-ewwel elezzjoni li kkontesta, Jean Claude Micallef ġie elett minn elezzjoni każwali fl-2019 hekk kif ġie vakat is-siġġu tal-Ministru Helena Dalli mal-ħatra tagħha bħala Kummissarju Ewropew.

Karriera Televiżiva u Radjofonika | TV & Radio Career[immodifika | immodifika s-sors]

Id-debut tiegħu fuq it-televiżjoni kien waqt il-programm STR-82D-point. Fl-età ta' 16-il sena Jean Claude Micallef irreġistra kumpanija televiżiva li permezz tagħha ffinanzja, ħoloq u produċa numru ta' programmi televiżivi fuq l-istazzjonijiet Maltin. Għal iktar minn ħmistax-il sena ppreżenta fost l-iktar programmi segwiti fil-faxex kwotidjani ta' filgħodu (breakfast shows) u waranofsinhar. Dan apparti numru ta' produzzjonijiet u kunċerti fuq livelli nazzjonali u internazzjonali. Iddistingwa lilu nnifsu fost l-iktar xandara versatili u maħbuba mill-pubbliku fejn anke kkontribwixxa f'maratoni televiżivi b'għanijiet karitattivi, ipparteċipa f'diskussjonijiet u dibattiti nazzjonali u kien responsabbli minn ko-produzzjonijiet spettakolari tal-massa. Bħala producer eżekuttiv skopra talenti ġodda u ta diversi opportunitajiet ta' xogħol kemm quddiem il-kamera u anke minn wara l-kwinti fl-industrija televiżiva/awdjo-viżiva.

Fost il-programmi popolari li pproduċa u preżenat jissemmew: XIFT, Żveljarin u DISTINTI.

Għal diversi snin ħadem fuq ir-radju bħala editur u newscaster u għal 2 skedi kien responsabbli mill-breakfast show ta' XFM100.2. Tul il-karriera pubblika kien mistieden frekwenti f'programmi politiċi u ta' ġrajjiet kurrenti kemm fuq it-televizjoni u r-radju.

L-aħħar programm li ppreżenta qabel ma' kien elett bħala Membru Parlamentari kien WARANOFSINHAR fuq TVM. Il-liġi Maltija ma tippermettix li membru parlamentari jippreżenta programmi fuq l-istazzjon nazzjonali.