Jakob Bogdani
Jakob Bogdani | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Prešov, 1658, 6 Mejju 1658 |
Nazzjonalità | Gran Brittanja |
Mewt | Londra, 11 Novembru 1724 |
Familja | |
Ulied |
uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | pittur |
Post tax-xogħol |
Londra Amsterdam |
Jakob Bogdani (twieled fis-6 ta' Mejju 1658 - miet fil-11 ta' Novembru 1724), li kultant jiġi spellut bħala Jacob Bogdány, kien artist Ungeriż[1][2] u Brittaniku magħruf sew għall-pitturi tiegħu tan-natura mejta u tal-għasafar eżotiċi.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Bogdani twieled fil-belt ta' Eperjes, illum Prešov, is-Slovakkja, dak iż-żmien fil-Kontea ta' Sáros fit-Tramuntana tar-Renju tal-Ungerija bħala iben il-pittur Lucas Bogdani. Fl-1684 huwa mar Amsterdam fejn għex u ħadem qabel ma mar Londra fl-1688.[3]
F'Amsterdam huwa sar midħla tat-tipografu Ungeriż Miklós Tótfalusi Kis, li kien qed jistudja wkoll fin-Netherlands.[4] F'Londra huwa kiseb suċċess bħala pittur speċjalist tan-natura mejta u tal-għasafar fil-qorti tar-Reġina Anna, u bosta mill-pitturi tiegħu saru parti mill-Kollezzjoni Rjali. Wieħed mill-patruni ewlenin tiegħu kien l-Ammirall George Churchill, ħu d-Duka ta' Marlborough Winston Churchill, li kellu guva famuża fil-Park ta' Windsor li jaf ipprovdiet uħud mis-suġġetti tal-pitturi ta' Bogdani.[5]
Bogdani żżewweġ lil Elizabeth Hemmings u flimkien kellhom żewġ ulied, William, li sar uffiċal Brittaniku prominent taċ-ċivil, u Elizabeth, li żżewġet lill-pittur Tobias Stranover. Huwa influwenza lill-pittur tal-għasafar Marmaduke Cradock qabel ma miet f'Finchley, fit-Tramuntana ta' Londra.
Pitturi
[immodifika | immodifika s-sors]
Fost il-pitturi tal-għasafar tiegħu kien hemm firxa ta' speċijiet eżotiċi bħall-cockatoos, makaw u l-majni, li x'aktarx li ġew importati lejn il-menageries Ewropej ta' dak iż-żmien. Huwa ħallathom ma' għasafar Ewropej familjari, fosthom il-Fjorentini u l-Primaveri, il-bulebbieta ħodor Ewropej u slaten iċ-ċawl Ewrasjatiċi. Spiss kien jenfasizza pittura b'għasfur bir-rix aħmar, bħall-velleran aħmar, l-avadavat aħmar jew il-kardinal tat-Tramuntana.[6] Normalment bosta għasafar kienu jiġu ffollati fil-pajsaġġi tal-pitturi tiegħu; l-unika eċċezzjoni kienet il-pittura rinomata msejħa Żewġ Falkuni Iżlandiżi, tal-ħabta ta' tmiem is-seklu 17 jew il-bidu tas-seklu 18. Attwalment din il-pittura tinsab fil-Mużew u l-Gallerija tal-Arti tal-Kastell ta' Nottingham, u turi żewġ falkuni bojod silġ.
Waħda mill-pitturi tiegħu ntużat bħala l-qoxra tal-album tal-1974 ta' Procol Harum imsejjaħ Exotic Birds and Fruit (Għasafar u Frott Eżotiċi).
Bosta mill-pitturi tiegħu jinsabu għall-wiri fil-Gallerija Nazzjonali Ungeriża u fil-Mużew tal-Belle Arti ta'Budapest.[7][8]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Jakob Bogdani (c. 1660-1720) - Birds in a Landscape". www.rct.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2025-03-23.
- ^ "Jakob Bogdani". Government Art Collection (bl-Ingliż). Miġbur 2025-03-23.
- ^ "RKD Research". research.rkd.nl. Miġbur 2025-03-23.
- ^ "Bogdány Jakab - artportal.hu". web.archive.org. 2021-06-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-06-23. Miġbur 2025-03-23.
- ^ "Rafael Valls". web.archive.org. 2011-10-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2025-03-23.
- ^ Elphick, Jonathan (2004). Birds:The Art of Ornithology. Londra: Natural History Museum. p. 24. ISBN 1-902686-66-7.
- ^ "Collection | MNG". web.archive.org. 2018-02-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-02-10. Miġbur 2025-03-23.
- ^ "Unknown treasures from a Budapest museum". www.ft.com (bl-Ingliż). Miġbur 2025-03-23.