Isqof Charles Gauci
Charles Victor Emmanuel Gauci (Malta, 31 ta' Marzu, 1952) huwa l-Isqof Elett ta' Darwin, l-Awstralja.
Tfulija
[immodifika | immodifika s-sors]Il-familja tiegħu emigrat lejn l-Awstralja fl-1964, meta huwa kellu kważi 13-il sena. Huwa jiġi n-neputi ta’ Dun Joe Gauci Sacco.
Saċerdozju
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1971, daħal is-Seminarju ta' Adelaide u ġie ordnat qassis fl-Arċidjoċesi ta’ Adelaide fl-10 ta’ Diċembru 1977 u attenda korsijiet ta’ formazzjoni Injazjana biex isir direttur spiritwali.
Kien l-Assistent Ekkleżjastiku (Kappillan Nazzjonali) tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) fl-Awstralja sa meta sar Isqof.
Serva fil-parroċċi kbar ta’ Adelaide: Hectorville (1978-1983), Woodville (1983-1985), Elizabeth North (1985) and Elizabeth South (1987-1998), Noarlunga-Seaford (1998), Willunga-Kangaroo Island, Victor Hector Goolwa Island and Noarlunga-Seaford-Willunga (2001).
Kien direttur spiritwali f’ħafna parroċċi kbar u wkoll f’kunsill taż-żgħażagħ fl-istess belt Awstraljana.
Minn Frar 2017 sa meta nħatar isqof, huwa kien l-amministratur tal-Katidral San Franġisk Saverju ta’ Adelaide.
Isqof
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar is-27 ta' Ġunju 2018, il-Papa Franġisku ħatar lil Dun Charles Gauci bħala s-seba' Isqof tad-Djoċesi ta’ Darwin fl-Awstralja wara r-riżenja tal-Isqof Daniel Eugene Hurley.
Il-President tal-Konferenza Episkopali Awstraljana, l-Arċisqof Mark Coleridge laqa' l-ħatra ta' Gauci magħruf għall-ispiritwalità profonda tiegħu u l-impenn sħiħ tiegħu għall-evanġelizzazzjoni:
“Fr Charles has ministered to people from many walks of life – as a pastor in parishes, a chaplain to schools, a spiritual director and retreat leader. He will be a great gift to the Church in Darwin with all its challenges and also a good addition to the Bishops Conference because of his long and varied experience as priest and teacher of the faith.”