Il-Widna (Mera Akustika)


Il-Widna hija mera akustika kbira li tinsab fil-Magħtab, Malta. [1] L-isem kollokjali tal-mera akustika jirreferi għal widna bil-Malti. Il-mera hija 200 pied (61 m) twila, bejn wieħed u ieħor l-istess disinn bħall-mera akustika fir-RAF Denge.[2]
Il-mera ntużat bħala 'radar' matul it-Tieni Gwerra Dinjija biex tiskopri l-bombardamenti tal-Luftwaffe (1941-1942) u r-Regia Aeronautica (1940-1941)[3] li kienu qed ifittxu li jattakkaw lil Malta mill-ajru.[4] Fil-fatt, il-Widna tħares lejn il-gżira ta’ Sqallija, fl-Italja f’direzzjoni ta’ madwar 20 grad.[5] [6]
Il-mera hija wkoll l-unika waħda akustika li nbniet barra mir-Renju Unit. [6] Il-Widna nbniet bejn il-ħarifa tal-1934 u s-sajf tal-1935, bit-tagħmir elettriku meħtieġ jiġi installat fl-ewwel ġimgħat ta’ Settembru 1935. L-ispiża totali tal-iżvilupp tal-mera f’Malta ġiet stmata għal £4500.
Testijiet bl-użu ta’ 'flying boat' sabu li l-firxa tal-mera kienet ta’ madwar 25 mil (40 kilometru). Ġie stmat li l-mera kienet se tipprovdi twissija ta’ sitt minuti dwar ajruplan tal-għadu li jkun qed joqrob lejn Malta b’veloċità ta’ 250 mil fis-siegħa (220 knots).[5]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Il Widna, Malta | Sound Mirrors". www.andrewgrantham.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-27.
- ↑ "Denge sound mirrors | Sound Mirrors". www.andrewgrantham.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-27.
- ↑ History of World War II. Londra: Octopus Books. 1974. ISBN 0-7064-0399-1. OCLC 1530959. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=(għajnuna) - ↑ "Il-Widna at Maghtab: Malta's secret weapon in World War II". The Malta Independent. Miġbur 2022-03-27.
- 1 2 admin (2020-04-02). "Maltese Islands – Sound Mirror (il-Widna) at Maghtab". maltashipnews.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-09-29. Miġbur 2022-03-27.
- 1 2 "il-Widna (the ear), Maghtab, Malta | overseas sound mirror - Bahar ic-Caghaq". www.everythingiselectric.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-09-16. Miġbur 2022-03-27.