Il-Premju Rothmans ghal-Letteratura

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Il-ktejjeb tar-regolamenti tal-Premju Rothmans tal-1974 ghal-Letteratura.

Il-Premju Rothmans ghal-Letteratura tal-1974 kien kollaborazzjoni bejn il-Moviment Qawmien Letterarju u l-kumpanija Rothmans ta' Pall Mall (Malta) Limited.

L-objettivi tal-edizzjoni tal-1974.

Filwaqt li l-edizzjoni tal-1973 kienet giet iddedikata ghall-palk - u kien rebahha Kilin (Mikiel Spiteri) - l-edizzjoni tal-1974 kienet iddedikata ghar-rumanzi.

Ir-rebbieh kien imwieled is-somma ta' ₤m 100 imma kellu jcedi l-jeddijiet tal-awtur (il-copyright) ghall-ewwel 1000 kopja lill-Moviment Qawmien Letterarju; dawn l-1000 kopja kellhom jigu ppubblikati spejjez tal-Moviment u tal-kumpanija Rothmans.

Ittra miktuba minn Oliver Friggieri, li aktar 'il quddiem sar il-Professur tal-Letteratura Maltija fl-Universita' ta' Malta, dwar l-objettivi tal-Moviment marbutin mal-Premju Rothmans.

Ir-rumanzi, li ma kellhomx ikunu itwal minn 400 pagna u mhux aqsar minn 250, kellhom ikunu xoghlijiet originali miktubin bil-Malti u li qatt ma kienu gew ippubblikati qabel. Kellhom jittrattaw problemi jew suggetti tas-seklu 20, jew li tal-anqas kienu ghadhom relevanti fis-seklu 20.

Frans Sammut's Samuraj, page 1 (original manuscript, Sammut Family Archives)
Frans Sammut's Samuraj back cover

Il-manuskritti kellhom jitressqu sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-30 ta' Marzu 1974.

Qrib il-gheluq tal-iskadenza, il-Kumitat Organizzattiv kellu jaghzel gurija maghmula minn tlieta min-nies. Din il-Gurija kellha taghzel l-ahjar fost il-manuskritti mressqa, li mbaghad kellhom jigu miflijin mill-gdid mill-istess Gurija u minn gurija ohra, sigrieta, ukoll maghmula minn tlieta min-nies, izda maghzulin minn fost il-pubbliku. Dawn it-tliet membri tal-pubbliku kellhom ikunu ta' livell tajjeb ta' edukazzjoni izda mhux attivi fil-qasam letterarju.

Iz-zewg gurijiet kellhom imbaghad jiltaqghu fil-pubbliku u jiddikjaraw l-ghazliet taghhom skont ordni ta' mertu.

Il-membri tal-ewwel Gurija kienu Peter Serracino Inglott, Paul Xuereb, u Guzè Chetcuti.

L-edizzjoni tal-1974 intrebhet minn Frans Sammut bir-rumanz tieghu Samuraj.