Aqbeż għall-kontentut

Il-Ħadd

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Sol Iustitiae (Xemx tal-Ġustizzja), li oriġinat mill-Bibbja Ġudeo-Kristjana, Malachi 4:2. Ta' Albrecht Dürer, għall-ħabta tal-1499-1500.

Il-Ħadd (bil-Latin: dies solis; li tfisser "jum ix-xemx") huwa l-jum tal-ġimgħa bejn is-Sibt u t-Tnejn. Il-Ħadd huwa jum ta' mistrieħ fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Punent u jagħmel parti minn tmiem il-ġimgħa. F'xi pajjiżi Għarab, il-Ħadd huwa jum normali tal-ġimgħa.[1]

Għall-biċċa l-kbira tal-Kristjani, il-Ħadd jiġi osservat bħala jum ta' qima u ta' mistrieħ, peress li jitqies bħala l-Jum tal-Mulej[2] u l-jum meta Kristu rxoxta; fl-Istati Uniti, fil-Kanada, fil-Ġappun, kif ukoll f'partijiet tal-Amerka t'Isfel, il-Ħadd huwa l-ewwel jum tal-ġimgħa.[3] Skont il-kalendarju Iżlamiku, il-kalendarju Ebrajk u l-kalendarji tradizzjonali (inkluż il-kalendarji Kristjani), il-Ħadd huwa l-ewwel jum tal-ġimgħa; il-Kristjani Quaker isejħu l-Ħadd bħala "l-ewwel jum" f'konformità max-xhieda tagħhom ta' sempliċità.[4][5] Skont l-istandard tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni ISO 8601 il-Ħadd huwa s-seba' jum tal-ġimgħa.[6][7]

Illustrazzjoni ta' Máni, il-Qamar ippersonifikat, u oħtu Sól, ix-xemx ippersonifikata, mill-mitoloġija Nordika (1895) ta' Lorenz Frølich.

Bl-Ingliż, isem il-jum (Sunday) ifisser litteralment il-jum tax-xemx, u dan l-isem oriġina mis-sistema tat-tismija astronomika tradizzjonali għall-jiem tal-ġimgħa. Din is-sistema x'aktarx li oriġinat fl-Imperu Neo-Babiloniż matul l-eżilju tal-Lhud fil-Babilonja, għalkemm l-ewwel evidenza diretta ta' dan tmur lura għall-Imperu Ruman. L-ordni ġie spjegat fl-astroloġija Ellenistika bħala li għandu rabta mas-sigħat planetarji. Kull waħda mis-sigħat tal-jum ġiet assenjata għal waħda mis-seba' pjaneti klassiċi – Saturnu, Ġove, Marte, ix-Xemx, Venere, Merkurju u l-Qamar – u l-pjaneta tal-ewwel siegħa ta' kull jum tat isimha lil dak il-jum.

L-ismijiet astronomiċi tal-jiem tal-ġimgħa nfirxu madwar l-Ewropa, inkluż fost il-popli Ġermaniċi. L-ismijiet tal-Ħadd u tat-Tnejn ġew tradotti għall-kelmiet Ġermaniċi korrispondenti, u b'hekk dies Solis saret "il-Ħadd". Il-jiem l-oħra ħadu l-ismijiet tad-divinitajiet Ġermaniċi korrispondenti.

In-nom Ingliż Sunday oriġina xi żmien qabel l-1250 minn sunedai, mill-Ingliż Antik (qabel is-700) Sunnandæg, li litteralment tfisser "jum ix-xemx". Dan it-terminu huwa simili f'lingwi Ġermaniċi oħra, inkluż bil-Friżjan Antik: sunnandei, bis-Sassonu Antik: sunnundag, bl-Olandiż Nofsani: sonnendach (bl-Olandiż modern: zondag), bil-Ġermaniż Għoli Antik: sunnun tag (bil-Ġermaniż modern: Sonntag), u bin-Nordiku Antik: sunnudagr (bid-Daniż u bin-Norveġiż: søndag, bl-Iżlandiż: sunnudagur u bl-Iżvediż: söndag). It-terminu Ġermaniku huwa interpretazzjoni tal-Latin dies solis ("jum ix-xemx"), li hija traduzzjoni tal-Grieg Antik, Ἥλίου ημέρα" (Hēlíou hēméra).[8]

Fil-biċċa l-kbira tal-lingwi Indjani, il-kelma għall-Ħadd oriġinat mis-Sanskritu, Ravivāra jew Adityavāra — vāra tfisser jum u Aditya u Ravi t-tnejn huma ismijiet ta' Surya, ix-xemx u d-divinità solari. Ravivāra huwa l-ewwel jum kkwotat fil-Jyotisha, u dan jipprovdi r-raġunament loġiku tat-tismija tal-jiem tal-ġimgħa. Fil-kalendarju solari Tajlandiż, l-isem ("Waan Arthit") oriġina minn Aditya, u l-lewn assoċjat huwa l-aħmar.

Fil-biċċa l-kbira tal-lingwi Slavi għajr ir-Russu, il-kliem għall-Ħadd jirriflettu l-kmandament Kristjan biex wieħed ma jaħdimx il-Ħadd. L-ismijiet bil-Belarussu: нядзеля (Mudell:Transliteration), bil-Bulgaru: неделя (Mudell:Transliteration), bil-Kroat, bil-Bożnijaku u bis-Serbjan: nedjelja / недеља, biċ-Ċek: neděle, bil-Maċedonjan: недела (Mudell:Transliteration), bil-Pollakk: niedziela, bis-Slovakk: nedeľa, bis-Sloven: nedelja u bl-Ukren: неділя (Mudell:Transliteration) kollha ġejjin mill-istess nisel u litteralment ifissru "l-ebda xogħol" jew "il-jum mingħajr xogħol".

Bir-Russu, il-kelma għall-Ħadd hija Воскресенье (Mudell:Transliteration) li tfisser "irxoxtar" (jiġifieri l-jum tal-ġimgħa li jfakkar l-irxoxtar ta' Ġesù Kristu).[9] Bir-Russu Antik, il-Ħadd kien jissejjaħ ukoll неделя (Mudell:Transliteration), "il-jum ħieles", jew "il-jum mingħajr xogħol", iżda bil-lingwa kontemporanja din il-kelma tfisser "ġimgħa".

Il-kelma bil-Grieg Modern għall-Ħadd, Mudell:Langx, oriġinat minn Mudell:Langx (Kyrios, Mulej) ukoll, minħabba t-tifsira liturġika tagħha bħala l-jum li jfakkar l-irxoxtar ta' Ġesù Kristu jew il-Jum tal-Mulej.

L-isem huwa simili bil-lingwi Rumanzi. Bit-Taljan, il-Ħadd jissejjaħ domenica, li tfisser ukoll "Jum il-Mulej" (mil-Latin: Dies Dominica). Wieħed isib ismijiet simili bil-Franċiż, fejn l-isem huwa dimanche, kif ukoll bir-Rumen duminică, u bl-Ispanjol u bil-Portugiż, domingo.

Biċ-Ċiniż, bil-Korean u bil-Ġappuniż, il-Ħadd jissejjaħ 星期日 (Mudell:Transliteration), 일요일 (Mudell:Transliteration) u 日曜日 (Mudell:Transliteration) rispettivament, li kollha jfissru "il-jum tax-xemx tal-ġimgħa".

Il-kelma bl-Għarbi għall-Ħadd hija الأحد (Mudell:Transliteration), li tfisser "l-ewwel". Normalment l-isem jintuża flimkien mal-kelma يوم (Mudell:Transliteration), li tfisser "jum".

Il-kelma Latvjana għall-Ħadd hija svētdiena, li litteralment tfisser "jum qaddis", filwaqt li l-kelma Litwana hija sekmadienis (< sekma "seba'" + diena "jum"). Il-kelma oriġinali antika sekmas (maskil), sekma (femminil), ġiet sostitwita b'septintas (septinta) fil-Litwan kontemporanju.

Pożizzjoni fil-ġimgħa

[immodifika | immodifika s-sors]

L-istandard internazzjonali ISO 8601 għar-rappreżentazzjoni tad-dati u tal-ħinijiet jiddikjara li l-Ħadd huwa s-seba' jum u l-aħħar jum tal-ġimgħa. Dan il-metodu ta' rappreżentazzjoni tad-dati u tal-ħinijiet b'mod ċar ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-1988.

Fit-tradizzjonijiet tal-Ġudaiżmu, tal-Kristjaneżmu u tal-biċċa l-kbira tal-Iżlam, il-Ħadd jitqies bħala l-ewwel jum tal-ġimgħa. Għadd ta' lingwi jesprimu din il-pożizzjoni fl-isem stess tal-jum jew permezz tat-tismija tal-jiem l-oħra. Bl-Ebrajk il-Ħadd jissejjaħ יום ראשון yom rishon, bl-Għarbi الأحد al-ahad, bil-Persjan u b'lingwi relatati یکشنبه yek-shanbe, u kollha jfissru "l-ewwel".

Bil-Grieg, l-ismijiet tal-jiem tat-Tnejn, tat-Tlieta, tal-Erbgħa u tal-Ħamis ifissru t-"tieni", it-"tielet", ir-"raba'", u l-"ħames", rispettivament. B'hekk il-Ħadd jinsab fl-ewwel pożizzjoni tal-għadd tal-ġimgħa. B'mod simili bil-Portugiż, fejn il-jiem mit-Tnejn sal-Ġimgħa jingħaddu bħala s-"segunda-feira", it-"terça-feira", il-"quarta-feira", il-"quinta-feira" u s-"sexta-feira".

Bil-Vjetnamiż, il-jiem tax-xogħol fil-ġimgħa jissejħu b'dan il-mod: Thứ Hai (it-Tieni), Thứ Ba (it-Tielet), Thứ Tư (ir-Raba'), Thứ Năm (il-Ħames), Thứ Sáu (is-Sitt), u Thứ Bảy (is-Seba'). Il-Ħadd jissejjaħ "Chủ Nhật"(chữ Hán: 主日) li jfisser il-"Jum tal-Mulej". Xi testi kollokjali fin-Nofsinhar tal-Vjetnam u tal-knisja jaf jużaw interpretazzjoni differenti ta' "Chúa Nhật". Bil-Vjetnamiż kontemporanju, "Chúa" tfisser Alla jew Mulej u "Chủ" tfisser "tiegħu stess". Il-ġimgħa xorta waħda hija mit-Tnejn sal-Ħadd. Bil-Ġermaniż, l-Erbgħa jissejjaħ Mittwoch, li litteralment ifisser "nofs il-ġimgħa", u jimplika li l-ġimgħa tibda l-Ħadd u tispiċċa s-Sibt.

Fil-kultura tal-Yoruba tal-Punent tal-Afrika, il-Ħadd jissejjaħ Oj̣ó ̣Aikú. Ojó Aiku huwa l-jum li jibda ġimgħa ġdida magħruf bħala l-"Jum tal-Mistrieħ". Huwa l-jum meta Orunmila, ir-rappreżentant ta' Ifá fuq l-art, difen lil omm Esu Odara u l-mara tiegħu, Imi. Minn meta seħħ dan, il-poplu Yoruba ddeċieda li jirreferi għal dan il-jum bħala Ojó Aiku.

Il-lingwi Slavi b'mod impliċitu jsejħu t-Tnejn bħala l-ewwel jum.

Pollakk Slovakk Ċek Ukren Belarussu Bulgaru Russu Serbjan Croatian literal or derived meaning
It-Tnejn poniedziałek pondelok pondělí понеділок панядзелак понеделник понедельник ponedeljak / понедељак ponedjeljak (day) after not working
It-Tlieta wtorek utorok úterý вівторок аўторак вторник вторник utorak / уторак utorak second (day)
L-Erbgħa środa streda středa середа серада сряда среда sreda / среда srijeda middle (day)
Il-Ħamis czwartek štvrtok čtvrtek четвер чацвер четвъртък четверг četvrtak / четвртак četvrtak fourth (day)
Il-Ġimgħa piątek piatok pátek п'ятниця пятніца петък пятница petak / петак petak fifth (day)
Is-Sibt sobota sobota sobota субота субота събота суббота subota / субота subota sabbath
Il-Ħadd niedziela nedela neděle неділя нядзеля неделя воскресенье nedelja / недеља nedjelja not working (day)

Bir-Russu воскресение (il-Ħadd) ifisser "irxoxtar". Bl-Ungeriż szerda (l-Erbgħa), csütörtök (il-Ħamis), u péntek (il-Ġimgħa) huma kelmiet Slavi misselfa, għaldaqstant il-korrelazzjoni ma' "nofs", "erbgħa" u "ħamsa" mhijiex evidenti għall-kelliema Ungeriżi. L-Ungeriżi jużaw Vasárnap għall-Ħadd, li tfisser "jum is-suq".

Bil-Malti, minħabba l-oriġini tiegħu mill-Isqalli u mill-Għarbi, isem il-Ħadd oriġina minn wieħed; it-Tnejn jiġi t-"tieni" jum, it-Tlieta jiġi t-tielet jum, l-Erbgħa jiġi r-raba' jum u l-Ħamis jiġi l-ħames jum.

Bl-Armen, it-Tnejn huwa Yerkoushabti, li litteralment ifisser it-"tieni jum tal-ġimgħa", it-Tlieta huwaYerekshabti, jiġifieri t-"tielet jum", l-Erbgħa huwa Chorekshabti, jiġifieri r-"raba' jum", il-Ħamis huwa Hingshabti, il-"ħames jum". Is-Sibt huwa Shabat li oriġina mill-kelma Sabbath jew Shabbath bl-Ebrajk, u Kiraki, li ġej mill-kelma Krak, li tfisser "nar", hija l-Ħadd, u tirreferi għax-xemx bħala nar. Ġwanni l-Appostlu, fir-Rivelazzjonijiet 1:10, jirreferi għal "Jum il-Mulej" (kyriakḗ hēmera), jew il-"jum tal-Mulej", u dan jaf kellu influwenza fuq il-kelma Armena għall-Ħadd.

F'bosta pajjiżi Ewropej, il-kalendarji juru t-Tnejn bħala l-ewwel jum tal-ġimgħa, skont l-istandard ISO 8601.

Fil-kalendarju Persjan, li jintuża fl-Iran u fl-Afganistan, il-Ħadd huwa t-tieni jum tal-ġimgħa. Madankollu, il-jum jissejjaħ "in-numru wieħed" peress li l-għadd jibda miż-żero; l-ewwel jum, is-Sibt, jitqies bħala l-jum żero.

Kristjaneżmu

[immodifika | immodifika s-sors]

Użanzi Kristjani

[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-Rumani tal-qedem tradizzjonalment kienu jużaw iċ-ċiklu nundinali ta' tmint ijiem, bħala ġimgħa tas-suq, iżda fi żmien Awgustu fis-seklu 1 W.K., bdiet tintuża wkoll ġimgħa b'sebat ijiem.

Fil-vanġeli, in-nisa jiġu deskritti bħala wħud li ġejjin lejn il-qabar vojt (εις μια των σαββατων), li litteralment tfisser "lejn l-ewwel Sabbath" u spiss tiġi tradotta bħala "fl-ewwel jum tal-ġimgħa".[10]

Ġustin il-Martri, f'nofs is-seklu 2 W.K., isemmi l-"memorji tal-appostli" li jinqraw "fil-jum imsejjaħ il-jum tax-xemx" flimkien mal-"kitbiet tal-profeti".[11] Xi studjużi jemmnu li dan "ġie interpolat fix-xogħol tiegħu iktar 'il quddiem".

Fis-7 ta' Marzu 321, Kostantinu I, l-ewwel imperatur Kristjan ta' Ruma, stabbilixxa l-Ħadd bħala l-jum tal-mistrieħ Ruman:[12]

Fil-Jum tax-Xemx venerabbli, il-maġistrati u n-nies li jirresjedu fil-bliet jistgħu jistrieħu, u l-ħwienet kollha tax-xogħol jistgħu jibqgħu magħluqin. Madankollu, fil-kampanja, il-ħaddiema tal-agrikoltura jistgħu jibqgħu jaħdmu liberament u legalment; għax spiss ikun il-każ li jum ieħor ma jkunx idoneu għaż-żrigħ tal-qmuħ jew għat-tħawwil tad-dwieli; inkella Alla ħares qatt jiġi ttraskurat il-mument xieraq għal tali operazzjonijiet, jaf jintilef il-ġid mibgħut mill-ġenna.[13]

Minkejja l-adozzjoni uffiċjali tal-Ħadd bħala jum tal-mistrieħ minn Kostantinu, il-ġimgħa ta' sebat ijiem u ċ-ċiklu nundinali baqgħu jintużaw it-tnejn sa mill-inqas il-Kalendarju tat-354 u x'aktarx wara.[14]

Fit-363, in-Norma Nru 29 tal-Kunsill ta' Laodiċea pprojbiet l-osservanza tas-Sabbath (is-Sibt) Lhudi, u ħeġġet lill-Kristjani jaħdmu s-Sibt u jistrieħu f'Jum il-Mulej (il-Ħadd). Il-fatt stess li n-norma kellha tinħareġ hija indikazzjoni li l-adozzjoni tad-digriet ta' Kostantinu tat-321 kienet għadha mhux universali, saħansitra lanqas fost il-Kristjani. Tindika wkoll li l-Lhud kienu qed josservaw is-Sabbath nhar ta' Sibt.[15]

Prattiki moderni

[immodifika | immodifika s-sors]

Dawk li jqisu l-ewwel jum bħala s-Sabbath (Sabbatarjani), inkluż il-Kristjani Metodisti, Battisti u Riformisti (Presbiteri u Kongregazzjonalisti), josservaw il-Ħadd bħala s-Sabbath, jiġifieri jum iddedikat għall-qima ta' Alla fil-knisja (l-attendenza tal-Iskola tal-Ħadd, servizz ta' qima filgħodu u filgħaxija), kif ukoll bħala jum ta' mistrieħ, li jfisser li n-nies huma ħielsa mix-xogħol u ma għandhomx jagħmlu kummerċ, jixtru u jbigħu għajr meta jkun meħtieġ.[16][17]

Għall-biċċa l-kbira tal-Kristjani, id-drawwa u l-obbligu tal-mistrieħ il-Ħadd mhuwiex daqshekk strett. Minoranza ta' Kristjani ma jqisux il-jum meta jmorru l-quddies bħala importanti, l-aqwa li jmorru. Hemm varjazzjoni konsiderevoli fl-osservanza tar-ritwali u tar-restrizzjonijiet tas-Sabbath, iżda hija drawwa li jkun hemm xi forma ta' waqfien mill-attivitajiet normali ta' matul il-ġimgħa. Illum il-ġurnata bosta Kristjani josservaw il-Ħadd bħala jum meta jmorru l-quddies.

Fil-prattika Kattolika Rumana, nhar ta' Ħadd, il-membri tal-knisja "jinġabru flimkien f'post wieħed, sabiex billi jisimgħu l-Kelma ta' Alla u jieħdu sehem fl-Ewkaristija, jistgħu jfakkru l-passjoni, il-qawmien mill-mewt u l-glorifikazzjoni ta' Ġesù Kristu".[18] Liturġikament, il-Ħadd jibda s-Sibt filgħaxija. Il-quddiesa tas-Sibt filgħaxija liturġikament tiswa bħala quddiesa tal-Ħadd u tissodisfa l-obbligu tal-attendenza tal-quddiesa tal-Ħadd, u l-Vespri (it-talb ta' filgħaxija) tas-Sibt filgħaxija liturġikament huma "l-ewwel Vespri" tal-Ħadd.

L-istess antiċipazzjoni ta' filgħaxija tapplika għal solennitajiet u festi ewlenin oħra, u hija simili għall-prattika Lhudija li l-jum il-ġdid jibda f'inżul ix-xemx. Dawk li jaħdmu fil-qasam mediku, fl-infurzar tal-liġi u s-suldati f'żona tal-gwerra ma għandhomx għalfejn josservaw dan l-obbligu li jattendu l-quddiesa tal-Ħadd. Huma mħeġġa jattendu s-servizzi reliġjużi meta jippermettilhom ix-xogħol tagħhom.

Fil-Knisja Ortodossa tal-Lvant, il-Ħadd jibda fil-Lejla tal-Vespri s-Sibt filgħaxija u jibqa' sejjer sal-Vespri tal-Ħadd billejl. Matul dan iż-żmien, is-servizzi kollha jintemmu bil-kliem, "J'Alla Sidna Ġesù Kristu, li qam mill-mewt ....". Kull minn ikun jixtieq jitqarben fil-Liturġija Mqaddsa l-Ħadd filgħodu suppost jattendi l-Vespri tal-lejla ta' qabel. Fost il-Kristjani Ortodossi, il-Ħadd jitqies bħala "Għid Żgħir", u minħabba l-Hena tal-Għid, il-prostrazzjonijiet huma pprojbiti, għajr f'ċerti ċirkostanzi.

Xi lingwi ma għandhomx kelmiet differenti għas-"Sibt" u għas-"Sabbath" (eż. il-Malti, it-Taljan, il-Portugiż). Din il-kelma, jekk tintuża, tirreferi għas-Sibt tal-Lhud jew għall-prattiki speċifiċi tal-Lhud li jsiru f'dak il-jum. Il-Ħadd jissejjaħ Jum il-Mulej, pereżempju fil-lingwi Rumanzi u fil-Grieg Modern. Il-Kristjani li jitkellmu bl-Ingliż spiss jirreferu għall-Ħadd bħala s-Sabbath, għajr is-Sabbatarjani tas-sebat ijiem; użanza li x'aktarx minħabba r-rabtiet internazzjonali u t-tradizzjoni Latina tal-Knisja Kattolika Rumana, hija iktar mifruxa fost il-Protestanti, iżda mhux biss. Il-Quakers tradizzjonalment jirreferu għall-Ħadd bħala "L-Ewwel Jum" sabiex jevitaw l-oriġini pagana tal-isem bl-Ingliż "Sunday", filwaqt li jirreferu għas-Sibt bħala s-"Seba' Jum".[19]

Xi denominazzjonijiet Kristjani, imsejħa s-Sabbatarjani tas-Sebat Ijiem, josservaw is-Sibt bħala s-Sabbath. Il-Kristjani Avventisti, Battisti u tal-Knisja ta' Alla tas-Sebat Ijiem, kif ukoll bosta Lhud Messijaniċi, żammew il-prassi li jastjenu mix-xogħol u li jinġabru għall-qima nhar ta' Sibt (minn inżul ix-xemx sa nżul ix-xemx) bħall-fidili ta' Alla fit-Testment il-Qadim.

Il-Ħadd fil-Mandaeiżmu jissejjaħ Habshaba (Habšaba). Il-Mandaejani jagħmlu l-magħmudija komunali magħrufa bħala masbuta kull nhar ta' Ħadd.[20]

Okkorrenzi komuni

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-gvern u fin-negozju

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-Istati Uniti u fil-Kanada, il-biċċa l-kbira tal-uffiċċji tal-gvern ikunu magħluqin kemm is-Sibt kif ukoll il-Ħadd. Il-prattika tal-uffiċċji tal-gvern magħluqin nhar ta' Ħadd f'xi żoni rurali tal-Istati Uniti rriżultat minn sistema ta' liġijiet ta' restrizzjoni. Il-liġijiet ta' restrizzjoni (magħrufa wkoll bħala "liġijiet blu") ġew stabbiliti fi żminijiet Puritani bikrin, fejn kienu jiġu pprojbiti l-attivitajiet lajċi nhar ta' Ħadd u kienu jiġu infurzati b'mod rigoruż. Xi attivitajiet pubbliċi għadhom irregolati minn dawn il-liġijiet fis-seklu 21.

Fl-1985, 22 stat li fihom baqa' b'saħħtu l-fundamentaliżmu reliġjuż żammew restrizzjonijiet ġenerali għall-attivitajiet nhar ta' Ħadd. Pereżempju f'Oklahoma, huwa ddikjarat li: "l-istatuti ta' Oklahoma jiddikjaraw li "l-attivitajiet meqjusa bħala inutli u l-interruzzjonijiet serji tal-mistrieħ u tal-libertà reliġjuża tal-komunità", bħas-snajja', il-manifattura, ix-xogħol mekkaniku, it-tiġrijiet taż-żwiemel u l-logħob tal-azzard huma pprojbiti. Il-bejgħ pubbliku tal-prodotti bażiċi għajr l-ikel u x-xorb, il-mediċina, is-silġ u t-tagħmir kirurġiku u funebri, kif ukoll bżonnijiet oħra, jista' jiġi pprojbit legalment nhar ta' Ħadd. F'Oklahoma tista' tiġi imposta multa ta' mhux iktar minn 25 dollaru lill-individwi għal kull ksur". Minħabba dawn il-liġijiet, bosta negozji tal-bejgħ bl-imnut fis-settur privat jiftħu iktar tard u jagħlqu iktar kmieni nhar ta' Ħadd jew ma jiftħux għalkollox.[21]

Bosta pajjiżi, b'mod partikolari fl-Ewropa, bħall-Iżvezja, Franza, il-Ġermanja u l-Belġju, iżda anke pajjiżi oħra bħall-Perù, jorganizzaw l-elezzjonijiet nazzjonali u lokali tagħhom nhar ta' Ħadd, jew skont il-liġi jew skont it-tradizzjoni.

Bosta ġurnali Amerikani u Brittaniċi jippubblikaw edizzjoni itwal nhar ta' Ħadd, li sikwit tinkludi vinjetti bil-kulur, rivista u sezzjoni bil-kupuni. Oħrajn jippubblikaw nhar ta' Ħadd biss, jew ikollhom "gazzetta affiljata" b'intestatura differenti li tinħareġ nhar ta' Ħadd biss.

L-istazzjonijiet tar-radju tal-Amerka ta' Fuq spiss ixandru spettakli tar-radju speċjalizzati bħall-countdown ta' Casey Kasem jew spettakli tar-radju nazzjonali oħra li jaf ikunu differenti mill-iskedi mużikali regolari ta' matul il-ġimgħa u li jixxandru l-Ħadd filgħodu jew il-Ħadd filgħaxija. Fir-Renju Unit, hemm tradizzjoni ta' spettakli ta' nhar ta' Ħadd li jdoqqu l-aqwa hits mużikali fil-klassifika fuq BBC Radio 1 u fuq ir-radju kummerċjali; din it-tradizzjoni toriġina mix-xandir ta' spettakli tal-klassifiki mużikali u materjal popolari ieħor nhar ta' Ħadd minn Radio Luxembourg, meta l-output ta' nhar ta' Ħadd tar-Reithian BBC kien jikkonsisti l-iktar minn programmi solenni u reliġjużi. L-ewwel spettaklu ta' din ix-xorta nhar ta' Ħadd ixxandar fuq il-Light Programme fl-7 ta' Jannar 1962, u dak iż-żmien kien tqies bħala pass radikali. L-ispettaklu ta' BBC Radio 1 tressaq għal nhar ta' Ġimgħa f'Lulju 2015 iżda aġġornament tal-klassifika mużikali nhar ta' Ħadd beda jixxandar f'Lulju 2019.[22]

Drammi televiżivi epokali jew iktar antiki, bħal Downton Abbey, Call the Midwife, Lark Rise to Candleford u Heartbeat sikwit jintwerew il-Ħadd filgħaxija fir-Renju Unit; l-ewwel fosthom kien Dr. Finlay's Casebook fis-snin 60 tas-seklu 20. B'mod simili, Antiques Roadshow intwera nhar ta' Ħadd fuq BBC1 mill-1979 u Last of the Summer Wine ntwera nhar ta' Ħadd għal bosta snin sal-2010. Nhar ta' Ħadd, BBC Radio 2 idoqq il-mużika bi stili li fl-imgħoddi kienu jindaqqu b'mod regolari iżda li issa qajla jinstemgħu fuq l-istazzjon, bi programmi bħal Elaine Paige on Sunday u Sunday Night is Music Night, għalkemm stili iktar kontemporanji issa jirrappreżentaw perċentwal ogħla tal-output tal-istazzjoni nhar ta' Ħadd milli kien il-każ qabel; pereżempju, Kendrick Lamar ospita dramm il-Ħadd billejl fuq l-istazzjoni f'Marzu 2022. Stazzjonijiet tax-xandir iktar ġodda xi kultant ixandru affarijiet iktar antiki nhar ta' Ħadd skont l-udjenza tagħhom stess; pereżempju, BBC Radio 1Xtra introduċa skeda msejħa "Old Skool Sunday" fil-ħarifa tal-2019.

Bosta networks u stazzjonijiet televiżivi Amerikani, Awstraljani u Brittaniċi jxandru wkoll il-programmi tagħhom b'intervisti politiċi nhar ta' Ħadd filgħodu.

Fl-Istati Uniti, il-logħbiet tal-Lega Nazzjonali tal-Futbol normalment jintlagħbu l-Ħadd.

Il-Major League Baseball normalment jiskeda l-logħbiet kollha l-Ħadd filgħodu għajr għall-partita ta' nhar ta' Ħadd filgħaxija li tixxandar fuq it-televiżjoni nazzjonali. Ċerti bliet reliġjużi storiċi bħal Boston u Baltimore fost l-oħrajn jiskedaw il-logħbiet mhux qabel is-1:35 ta' waranofsinhar biex jiżguraw li n-nies ikollhom biżżejjed ħin biex imorru l-quddies filgħodu u xorta jkunu jistgħu jaraw il-partita.

Fl-Istati Uniti, il-futbol Amerikan professjonali fin-National Football League normalment jintlagħab il-Ħadd, għalkemm is-Sibt, it-Tnejn u l-Ħamis ġieli jkun hemm xi logħbiet professjonali wkoll. Il-futbol tal-kulleġġi normalment jintlagħab is-Sibt, filwaqt li l-futbol tal-iskejjel postsekondarji normalment jintlagħab il-Ġimgħa filgħaxija jew is-Sibt waranofsinhar.

Fir-Renju Unit u f'Malta, fost l-oħrajn, xi logħbiet u tornej tal-futbol tal-klabbs tal-Premier League u tal-Premier League Malti jintlagħbu l-Ħadd. Il-logħbiet u t-tornej tar-rugby normalment isiru fil-grawnds tal-klabbs il-Ħadd filgħodu. Ġieli l-attendenza tal-quddies tiġi spostata fil-jiem meta jkun hemm partita tard filgħodu jew kmieni waranofsinhar.

Il-Premier League Indjan jiskeda żewġ logħbiet nhar ta' Sibt u nhar ta' Ħadd minflok waħda, u dawn jissejħu wkoll "double-headers".

Wieħed mill-fdalijiet ta' segregazzjoni reliġjuża fin-Netherlands għadu jista' jiġi osservat fil-futbol dilettantesk: il-klabbs li jilgħabu s-Sibt fil-biċċa l-kbira huma klabbs Kristjani Protestanti, li ma kinux jitħallew jilgħabu l-Ħadd. Il-klabbs li jilgħabu l-Ħadd inġenerali kienu klabbs Kattoliċi u tal-klassi tal-ħaddiema, li l-plejers tagħhom kellhom jaħdmu s-Sibt u għaldaqstant setgħu jilagħbu l-Ħadd biss.

Fl-Irlanda, il-futbol Irlandiż u l-partiti tal-hurling jintlagħbu ġeneralment nhar ta' Ħadd, u fl-ewwel (qabel fit-tieni) u fir-raba' (qabel fit-tielet) Ħadd f'Settembru dejjem kienu jsiru l-finali tal-hurling Irlandiż u tal-kampjonat tal-futbol Irlandiż rispettivament.

Tradizzjonalment, it-tornej tal-golf professjonali jintemmu l-Ħadd, filwaqt li tradizzjonalment, dawk tar-Renju Unit kienu jintemmu s-Sibt, iżda dan inbidel xi żmien ilu; pereżempju, l-Open kien isir mill-Erbgħa sas-Sibt sal-1979 iżda mill-1980 beda jsir mill-Ħamis sal-Ħadd.

Fl-Istati Uniti u fil-Kanada, il-logħbiet tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Basketball u tan-National Hockey League, li normalment jintlagħbu filgħaxija matul il-ġimgħa, spiss jintlagħbu l-Ħadd filgħodu u sikwit jixxandru fuq it-televiżjoni nazzjonali.

Il-biċċa l-kbira tal-avvenimenti tan-NASCAR Cup Series u tal-IndyCar jiġu organizzati nhar ta' Ħadd. Il-biċċa l-kbira tat-tlielaq tal-Kampjonat Dinji tal-Formula Wieħed isiru nhar ta' Ħadd ikun xi jkun il-pajjiż jew iż-żona tal-ħin, filwaqt li l-biċċa l-kbira tat-tlielaq tal-muturi tal-MotoGP isiru nhar ta' Ħadd, u t-tlielaq li jsiru fil-Lvant Nofsani jsiru nhar ta' Sibt. L-avvenimenti kollha tal-Formula Wieħed u tal-MotoGP bi tlielaq nhar ta' Ħadd jinvolvu l-kwalifiki li jsiru s-Sibt.

Il-Ħadd huwa assoċjat max-xemx u ssir referenza għalih bis-simbolu ☉.

Jiem importanti

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Il-Ħadd tal-Avvent – l-ewwel jum tas-sena liturġika u l-bidu tal-Avvent;
  • il-Ħadd l-Iswed;
  • il-Ħadd Imdemmi;
  • il-Ħadd Biered – avveniment meteoroloġiku tal-1982;
  • Ħadd il-Għid – il-kommemorazzjoni tal-qawmien mill-mewt ta' Ġesù Kristu;
  • il-Ħadd ta' Gaudete – fost il-knejjes Kristjani tal-Punent, it-tielet Ħadd tal-Avvent – single tal-1933 ta' Rezső Seress;
  • il-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb;
  • il-Ħadd ta' Laetare – ir-raba' Ħadd tar-Randan;
  • l-Ottava tal-Għid jew il-Ħadd tal-Ħniena Divina – ċelebrazzjoni Kristjana tal-Punent;
  • il-Ħadd tal-Passjoni – il-ħames Ħadd tar-Randan u l-bidu tal-Passjoni (mill-1970 għall-Kattoliċi Rumani bir-rit ordinarju, it-terminu sar magħruf iktar b'rabta ma' Ħadd il-Palm, li kien magħruf ukoll bħala t-"Tieni Ħadd tal-Passjoni");
  • Ħadd il-Palm – festa Kristjana li tiġi ċċelebrata qabel l-Għid;
  • il-Ħadd tas-Selezzjoni – proċess tat-tornew tal-basketball tal-kulleġġi Amerikani;
  • is-Sebgħin, is-Sittin u l-Ħamsin Ħadd huma l-aħħar tliet Ħdud qabel ir-Randan. L-użu ta' dawn it-termini ġie abbandunat mill-Knisja Kattolika bir-riformi kalendarji tal-1970 (il-Ħdud ta' qabel ir-Randan issa ma għandhom l-ebda status speċjali). Madankollu, għadhom jintużaw skont it-tradizzjoni Luterana.
  • Shavuot – btala Lhudija - il-Pentekoste Lhudi jew il-Festival tal-Ġimgħat. Għal-Lhud Karaiti din il-btala taħbat dejjem il-Ħadd.
  • il-Ħadd ta' Qabel l-Avvent;
  • il-Ħadd tas-Super Bowl – il-jum meta jkun hemm il-partiti tal-kampjonat tan-National Football League;
  • il-Ħadd tat-Trinità – festa Kristjana tal-Punent;
  • Għid il-Ħamsin jew Pentekoste – festa Kristjana tal-Punent.
  1. ↑ National, The. "Which countries have a Friday-Saturday weekend?". The National (bl-Ingliż). Miġbur 2026-10-11.
  2. ↑ "Sunday | Rest, Worship, Reflection | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2026-10-11.
  3. ↑ "Sunday Vs Monday: Which day do you consider the start of the week?" (bl-Ingliż). 2019-08-18. Miġbur 2026-10-11.
  4. ↑ Lapsansky, Emma Jones (26 January 2003). Quaker Aesthetics: Reflections on a Quaker Ethic in American Design and Consumption, 1720-1920. University of Pennsylvania Press. p. 65. ISBN 978-0-8122-3692-7.
  5. ↑ "Bible (King James)/Matthew - Wikisource, the free online library". en.wikisource.org (bl-Ingliż). Miġbur 2026-10-11.
  6. ↑ "ISO 8601-1:2019(en) Date and time — Representations for information interchange — Part 1: Basic rules". www.iso.org. Miġbur 2026-10-11.
  7. ↑ "Which is the first day of the week? And which is week 1 of the year? (FAQ - Time) : FAQs : Reference : National Physical Laboratory". www.npl.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2026-10-11.
  8. ↑ Barnhart (1995:778).
  9. ↑ "Календарь - Месяцеслов – Декабрь". seminarzkr.narod.ru. Miġbur 2026-10-11.
  10. ↑ Mattew 28:1, Mark 16:2.
  11. ↑ Martyr, Justin, First Apology, 67.3.
  12. ↑ Zerubavel, Eviatar (1989). The Seven Day Circle: The History and Meaning of the Week. University of Chicago Press. p. 45. ISBN 9780226981659.
  13. ↑ Philip Schaff, History of the Christian Church: Vol. II: From Constantine the Great to Gregory the Great A.D. 311–600 (New York: Charles Scribner, 1867) p. 380 note 1.
  14. ↑ "The Chronography of 354 AD. Part 6: the calendar of Philocalus.  Inscriptiones Latinae Antiquissimae, Berlin (1893) pp.256-278". www.tertullian.org. Miġbur 2026-10-11. no-break space character f'|titlu= f'pożizzjoni 64 (għajnuna)
  15. ↑ "Philip Schaff: NPNF2-14. The Seven Ecumenical Councils - Christian Classics Ethereal Library". www.ccel.org. Miġbur 2026-10-11.
  16. ↑ Heyck, Thomas (27 September 2013). A History of the Peoples of the British Isles: From 1688 to 1914. Taylor & Francis. p. 251. ISBN 9781134415205.
  17. ↑ Roth, Randolph A. (25 April 2002). The Democratic Dilemma: Religion, Reform, and the Social Order in the Connecticut River Valley of Vermont, 1791-1850. Cambridge University Press. p. 171. ISBN 9780521317733.
  18. ↑ Second Vatican Council, Sacrosanctum Concilium, paragraph 106, published on 4 December 1963.
  19. ↑ "Quaker Calendar Names, Iowa Yearly Meeting (Conservative)". iymc.org. Miġbur 2026-10-11.
  20. ↑ Buckley, Jorunn Jacobsen (2002). The Mandaeans: ancient texts and modern people. New York: Oxford University Press. ISBN 0-19-515385-5. OCLC 65198443.
  21. ↑ Society, Oklahoma Historical. "Blue Laws | Encyclopedia". Oklahoma Historical Society (bl-Ingliż). Miġbur 2026-10-11.
  22. ↑ "Radio 1 chart show moving to Friday afternoons" (bl-Ingliż). 2015-03-24. Miġbur 2026-10-11.