Aqbeż għall-kontentut

Hannibal P. Scicluna

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Hannibal P. Scicluna
Ħajja
Twelid Furjana, 15 Frar 1880
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
L-ewwel lingwa Malti
Ingliż
Mewt Ħ'Attard, 21 Diċembru 1981
Edukazzjoni
Alma mater Sacred Heart Major Seminary (en) Translate
Villa St Ignatius (en) Translate
Universita' Rjali ta' Malta
Lingwi Ingliż
Malti
Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni storiku
librar
Impjegaturi Bibljoteka Nazzjonali ta' Malta
Premjijiet
Sħubija Malta Historical Society (en) Translate

Hannibal Publius Scicluna (15 ta' Frar 1880-21 ta' Diċembru 1981). Kien storiku u arkeologu Malti magħruf għall-kontribuzzjonijiet tiegħu fl-istudju tal-istorja u l-arkeoloġija ta' Malta. Huwa ppubblika diversi xogħlijiet dwar is-suġġett, inklużi studji dwar il-Kavallieri ta' San Ġwann u l-istorja medjevali ta' Malta.[1]

Ħajja Bikrija u Edukazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Hannibal P. Scicluna twieled il-Floriana nhar il-15 ta' Frar 1880. Huwa kien iben Joseph Scicluna u Carmela née Galdes.[2] Fis-17 ta' Frar 1903 żżewweġġ lil Amalia Lanfranco (24 ta' Awwissu 1871- 1 ta' Diċembru 1947)[3] u kellhom sitt itfal; tlett subien u tlett bniet.[1][4] Fl-1959 huwa żżewweġ għat-tieni darba lil Margaret Helen Jarvia (mietet fl-1977).

Huwa irċieva l-edukazzjoni tiegħu mil-Kulleġġ ta' San Injazju, mis-Seminarju ta' Għawdex u mill-Universita Rjali ta' Malta. Mill-Universita' Irjali ta' Malta huwa kiseb diploma ta' prokuratur legali, maġisteru fl-1938 u dottorat fil-liġi (honoris causa) fl-1966.[2]

Karriera u Kisbiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1902 daħal fis-servizz pubbliku fejn kellu diversi karigi importanti. Fosthom nsibu segretarju u registrar tal-Universita', avukat tal-Kuruna u tal-Ministeru tal-Ġustizzja, segretarju tas-Segretarju Legali tal-Gvern Imperjali ta' Malta, rapreżentat tal-Malta Government Emigration Committee fi Franza, membru tal-Kumitat tal-Antikitajiet, Librar tal-Librerija tal-Universita' Rjali ta' Malta u tal-Bibljoteka Rjali ta' Malta, Raprezentant Malti għall-Kumitat Internazzjonali tax-Xjenzi Storiċi, Direttur tal-Mużewijiet, fost ħafna oħrajn. [1][2]

Taħt l-inizzjativa tiegħu ġew ikkatalogati l-Arkivji tal-Ordni ta' San Ġwann. [2]

Scicluna kien involut f'diversi aspetti filantropiċi u kulturali. Kien ċermen tal-British Red Cross Committee Maltija kif ukoll tal-Malta Memorja District Nursing Association (MMDNA).[2]

Dekorazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Matul il-ħajja tiegħu Scicluna ġie mogħti diversi dekorazzjonijiet fosthom [1][2] :

Huwa ta b'donazzjoni il-midalji tiegħu lill-Mużew Nazzjonali ta' Malta.[1]

Kitbiet u Publikazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Scicluna ppubblika diversi kitbiet. Dawn jinkludu [1] :

  • The Archives of the Sovereign Military Order of Malta (1912)
  • The Order of St. John of Jerusalem (1929)
  • The Book of Deliberations of the Venerable Tongue of England (1949)
  • The Church of St. John in Valletta (1955)
  • The Order of St. John of Jerusalem and P·aces of Interest in Malta and Gozo (1969)
  • Actes et Documents pour servir a' I'Histoire de I'Occupation Française de Ma1te (1923 u 1979)

Scicluna baqa jikteb sa l-aħħar. Naraw kif f'għeluq il-mitt sena tiegħu kien qed jaħdem fuq publikazzjonjiet fuq it-Tieni Gwerra Dinjija u kien qed jipprepara biex jibda jikteb awto-bijografija.

Mill-1936 huwa beda jagħti donazzjonijiet kontinwi lil Rhodes House Library tal-Universita' ta' Oxford. Dawn id-donazzjonijiet jammontaw 'il fuq minn 2300 ktieb ta' melitensia.[1]

Hannibal P. Scicluna miet fil-21 ta' Diċembru 1981 f'Dar Santa Katerina f'Ħ'Attard.

  1. ^ a b ċ d e f ġ Lanfranco, Guido (1981). "Obituary : Sir Hannibal P. Scicluna". Melita Historica (bl-Ingliż). Malta: Malta Historical Society. 8 (2): 174–175.
  2. ^ a b ċ d e f Schiavone, Michael (2024-02-15). "Biography: Sir Hannibal P. Scicluna". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2025-02-01.
  3. ^ "FamilySearch.org". ancestors.familysearch.org. Miġbur 2025-02-01.
  4. ^ "Amalia (Lanfranco) Scicluna (1881-1947) | WikiTree FREE Family Tree". www.wikitree.com (bl-Ingliż). 1881. Miġbur 2025-02-01.
  5. ^ Savona-Ventura, Charles (2011). The Grand Priory of the Maltese Islands of the Military & Hospitaller Order of Saint Lazarus of Jerusalem : a history (bl-Ingliż). Malta: Grand Priory of the Maltese Islands, Military & Hospitaller Order of Saint Lazarus of Jerusalem.