Haley Bugeja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Haley Bugeja
Ħajja
Twelid Tal-Pietà, 5 Mejju 2004 (19 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni plejer tal-futbol
Mudell:Infobox biography/sport/football
Pożizzjoni jew speċjalità attakkant

Haley Bugeja (twieldet fil-5 ta' Mejju 2004) hija plejer professjonali Maltija tal-futbol u tilgħab bħala attakkant għall-Orlando Pride tal-Lig tal-Futbol Nazzjonali tan-Nisa (bl-Ingliż: National Women's Soccer League (NWSL)) u mat-tim nazzjonali tal-futbol tan-nisa ta' Malta.

Karriera tal-klabbs[immodifika | immodifika s-sors]

Mġarr United[immodifika | immodifika s-sors]

Bugeja għamlet id-debutt tagħha fil-klabbs professjonali tal-kbar meta kellha 14-il sena mal-klabb tal-Mġarr United fil-Lig tal-Futbol tan-Nisa ta' Malta fl-istaġun tal-2018-2019. Hija temmet l-istaġun bħala t-top scorer tal-lig b'26 gowl u rebħet il-premju tal-Plejer tas-Sena tal-lig tal-MFA.[1] Bugeja rebħet dan il-premju mill-ġdid is-sena ta' wara, għalkemm Loza Abera ta' Birkirkara skurjat 30 gowl u kienet it-top scorer.[2] Mġarr United ġew it-tieni wara Birkirkara fil-lig fiż-żewġ staġuni.

Sassuolo[immodifika | immodifika s-sors]

F'Lulju 2020, Bugeja ffirmat kuntratt ta' tliet snin mal-klabb tas-Serie A Taljana, Sassuolo. Għamlet id-debutt tagħha għall-klabb fil-5 ta' Settembru 2020, tal-età ta' 16-il sena, fir-rebħa ta' Sassuolo ta' 3–1 kontra Napoli. Bugeja skurjat l-ewwel u t-tielet gowls għat-tim tagħha.

Orlando Pride[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1 ta' Lulju 2022 tħabbar li Bugeja kienet iffirmat mal-klabb Orlando Pride tal-Lig tal-Futbol Nazzjonali tan-nisa, NWSL, fl-Istati Uniti sal-aħħar tal-istaġun tal-2023.

Karriera internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Bugeja lagħbet l-ewwel logħba mat-tim nazzjonali ta' Malta meta kellha 14-il sena f'April 2019, b'telfa ta' 2–0 f'logħba amikevoli kontra r-Rumanija f'Bucharest. Hija skurjat l-ewwel gowl tagħha fl-amikevoli kontra t-Turkija fejn Malta tilfet 2–1 f'Jannar 2020. L-ewwel gowl f'kompetizzjoni wasal f'Marzu 2020, f'rebħa ta' 2–1 fil-Kampjonat Ewropew tan-Nisa tal-UEFA tal-2022 fil-logħba ta' kwalifikazzjoni tal-Grupp B kontra l-Georgia. F'Novembru 2020 Bugeja skurjat tliet gowls fir-rebħa ta' Malta ta' 4–0 kontra l-Georgia f'daharhom.

Statistika tal-karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-1 ta' Ottubru 2022.
Klabb Staġun Lig Tazza Playoffs Oħrajn Total
Diviżjoni Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls Logħbiet Gowls
Mġarr United 2018–19 Lig tal-Futbol tan-Nisa ta' Malta 19 26 19 26
2019–20 10 26 10 26
Total 29 52 0 0 0 0 0 0 29 52
Sassuolo 2020–21 Serie A 18 12 2 0 20 12
2021–22 12 3 2 0 1 0 15 3
Total 30 15 4 0 0 0 1 0 35 15
Orlando Pride 2022 NWSL 3 0 0 0 3 0
Total tal-karriera 62 67 4 0 0 0 1 0 67 67
  1. ^ Coppa Italia u NWSL Challenge Cup
  2. ^ Supercoppa Italiana

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Statistika preċiża sal-logħba li lagħbet fis-17 ta' Frar 2023.
Sena Malta
Logħbiet Gowls
2019 2 0
2020 7 6
2021 2 0
2022 4 1
2023 1 2
Total 16 9

Gowls internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Nru Data Logħbiet Post Avversarju Punteġġ Riżultat Kompetizzjoni
1 17 ta' Jannar 2020 4 Centenary Stadium, Ta' Qali, Malta Turkey 1–1 1–2 Amikevoli
2 5 ta' Marzu 2020 5 Centenary Stadium, Ta' Qali, Malta Georgia 2–0 2–1 Kwalifikazzjonijiet għall-Kampjonat Ewropew tal-2022
3 26 ta' Novembru 2020 8 Mikheil Meskhi Stadium, Tbilisi, Georgia Georgia 1–0 4–0
4 2–0
5 3–0
6 1 ta' Diċembru 2020 9 Ramat Gan Stadium, Ramat Gan, Iżrael Iżrael 2–0 2–0
7 16 ta' Frar 2022 12 Hibernians Stadium, Raħal Ġdid, Malta Moldova 3–1 3–1 Tornew Internazzjonali ta' Malta tal-2022
8 17 ta' Frar 2023 16 Centenary Stadium, Ta' Qali, Malta Lussemburgu 1–1 2–1 Amikevoli
9 2–1

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

  • Plejer tas-sena tal-Lig tal-Futbol tan-Nisa ta' Malta tal-MFA: 2018–19, 2019–20.
  • Top scorer tal-Lig tal-Futbol tan-Nisa ta' Malta tal-MFA: 2018–19.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Agius named MFA Player of the Year". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-20.
  2. ^ "Winners of the 2019-2020 individual awards". mfa.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-20.