Aqbeż għall-kontentut

Hadda Ouakki

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

 

Hadda Ouakki
Ħajja
Twelid Almis Marmoucha (en) Translate, 1953 (71/72 sena)
Nazzjonalità Marokk
Edukazzjoni
Lingwi Għarbi
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
Strument/i tal-mużika vuċi

Hadda Ouakki ( Berber : ⵃⴰⴷⴷⴰ ⵓⵄⴽⴽⵉ - Għarbi: حادة أوعكي ; imwielda fl-1953 f'Ait Ishaq, Provinċja ta' Khénifra) hija kantanta Marokkina fil-ġeneru ta' Tamawayt. Ouakki tkanta f'Central Atlas Tamazight, u hija deskritta bħala waħda mid-divas tal-mużika Amazigh.[1] Permezz tat-talent tagħha hi ġiet mlaqqma bħala l-Umm Kulthum tal-Muntanji Atlas.[2]

Hadda Ouakki twieldet fl-1953 f'familja konservattiva fir-raħal tan-nofs ta' l-Atlas ta' Ait Ishaq. Bħala tifla, hija sfidat lill-ġenituri tagħha billi kienet toqgħod tisma lir-raħħala idoqqu mużika folkloristika, u billi mmarkat wiċċha b'tatwaġġi ta' kulur blu. Ta’ 14-il sena, il-ġenituri tagħha żżewġuha ma’ raġel ta’ 70 sena. Dan iż-żwieġ falla u irnexxila tikseb divorzju.[2] Ta’ 16-il sena, hi ħarbet lejn Casablanca mal-kantant Bennacer Oukhouya. Hemmhekk tgħallmet l-Għarbi, u bdiet tkanta professjonalment fil-banda ta’ Oukhouya.[1]

Bil-mod il-mod, in-notabilità ta' Ouakki bdiet tikber, u fl-1981 hija waqqfet il-grupp mal-kantant Abdellah Zahraoui. It-tnejn interpretaw diversi kanzunetti li saru famużi fil-Marokk b’mod ġenerali, u r-reġjun tal-Atlas Nofsani b’mod partikolari.[1]

Fl-2015, id-direttriċi Franċiża Jacqueline Caux ġibdet dokumentarju fuq il-ħajja ta' Ouakki, bit-titlu "Hadda Ouakki - Chant d’une Rebelle". Dan id-dokumentarju jixħet lenti fuq il-ħajja u l-esperjenza ta' Ouakki kif ukoll fuq il-belt ta' Casablanca li kienet għaddejja minn żvilupp urban.[1]

  1. ^ a b ċ d Lazyproduction (2021-10-19). "ARAB TUNES الإيقاعات العربية: Hadda Ouâkki ⵃⴰⴷⴷⴰ ⵓⵄⴽⵉ حادة أوعكي". Miġbur 2025-04-17.
  2. ^ a b "Hadda Ouakki: The enchanting Amazigh voice that moved the Atlas Mountains and soothed the Atlantic Ocean" (bl-Ingliż). 2023-06-05. Miġbur 2025-04-17.