Gregorio Allegri
Gregorio Allegri | |||
---|---|---|---|
![]() | |||
1607 - 1621 | |||
Ħajja | |||
Twelid | Ruma, 1582 | ||
Nazzjonalità | Stati Papali | ||
Mewt | Ruma, 17 Frar 1652 | ||
Familja | |||
Aħwa |
uri | ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi | Taljan | ||
Għalliema | Giovanni Bernardino Nanino | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
kompożitur saċerdot kantant tal-mużika sagra kantant | ||
Moviment | mużika Barokka | ||
Moviment artistiku | mużika klassika | ||
Tip ta' leħen | tenur | ||
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Gregorio Allegri (twieled għall-ħabta tal-1582 – miet fis-17 ta' Frar 1652)[1] kien qassis Kattoliku Ruman u kompożitur u kantant Taljan tal-Iskola Rumana u ħu Domenico Allegri. Huwa twieled[2] u miet f'Ruma. Huwa magħruf l-iktar għall-Miserere tiegħu għal żewġ kori.
Ħajja
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa studja l-mużika bħala puer (membru tal-kor tas-subien) f'San Luigi dei Francesi, taħt il-maestro di capella Giovanni Bernardino Nanino, ħu Giovanni Maria Nanino. Billi t-taħriġ li ngħata kien maħsub għall-knisja, huwa kiseb benefice fil-Katidral ta' Fermo. Hemmhekk huwa kkompona għadd kbir ta' moteti u mużika sagra oħra, li, peress li ġibdet l-attenzjoni tal-Papa Urban VIII, wasslitu biex jitqabbad bħala membru tal-kor tal-Kappella Sistina fil-Vatikan bħala contralto. Huwa baqa' jaqdi din il-funzjoni mis-6 ta' Diċembru 1629 sa mewtu. Allegri jingħad li kien raġel virtwuż, kif ukoll qalbu tajba u ġeneruż mal-foqra u mal-ħabsin.[3][4]
Fost il-kompożizzjonijiet mużikali ta' Allegri hemm żewġ volumi ta' kunċerti għal ħames vuċijiet li ġew ippubblikati fl-1618 u fl-1619; żewġ volumi ta' moteti għal sitt vuċijiet li ġew ippubblikati fl-1621; edizzjoni ta' sinfonija b'erba' partijiet; ħames quddisiet; żewġ arranġamenti għall-Ilmenti ta' Ġeremija; u bosta moteti li ma ġewx ippubblikati matul ħajtu. Huwa kien wieħed mill-iktar kompożituri bikrin tal-istrumenti tal-korda, u Athanasius Kircher ta eżemplar wieħed ta' din il-klassi ta' xogħlijiet tiegħu fil-Musurgia.[3] Il-biċċa l-kbira tal-mużika ppubblikata ta' Allegri, speċjalment il-mużika strumentali, għandha stil concertato Barokk bikri progressiv. Madankollu, ix-xogħol tiegħu għall-Kappella Sistina nibet mill-istil Palestrina, u f'xi każijiet ineħħi kważi kull għamla ta' ornamentazzjoni lokalizzata minn dan l-istil sempliċi iżda raffinat. Huwa ġie akkreditat bl-iżjed kwartett bikri tal-istrumenti tal-korda.
Miserere
[immodifika | immodifika s-sors]L-iżjed biċċa mużika rinomata u apprezzata li kkompona Allegri hija l-Miserere mei, Deus, arranġament tas-Salm 50 (= Salm 51). Inkitbet għal żewġ kori, wieħed ta' erba' vuċijiet u l-ieħor ta' ħames vuċijiet, u saret pjuttost famuża. Wieħed mill-korijiet ikanta fauxbordon sempliċi bbażat fuq il-kant sempliċi oriġinali tat-Tonus peregrinus; filwaqt li l-kor l-ieħor ikanta fauxbordon simili b'elaborazzjonijiet preeżistenti u l-użu tal-kadenzi. Għal bosta snin, il-Miserere kienet tiġi kantata matul il-Ġimgħa Mqaddsa fil-Kappella Sistina. Ħafna kkwotaw dan ix-xogħol bħala eżempju tal-istile antico (stil antik) jew tal-prima pratica (l-ewwel prattika). Madankollu, l-enfasi tagħha fuq tekniki b'iktar minn kor wieħed żgur li jiddistanzjawha mill-prima pratica. Paragun iżjed preċiż huwa max-xogħlijiet ta' Giovanni Gabrieli.
Il-Miserere hija waħda mill-iżjed eżempji rrekordjati ta' mużika tal-aħħar tar-Rinaxximent, għalkemm fil-fatt inkitbet matul l-era Barokka; f'dan ir-rigward hija rappreżentattiva tal-mużika tal-Iskola Rumana ta' kompożituri, li stilistikament kienu konservattivi. Dan ix-xogħol kiseb reputazzjoni konsiderevoli minħabba l-misteru u n-nuqqas ta' aċċessibbiltà bejn iż-żmien meta nkiteb u l-era ta' rrekordjar modern; il-Vatikan, peress li ried jippreserva l-awra ta' misteru tal-Miserere, ipprojbixxa li jsiru kopji tagħha, u saħansitra hedded lil kull min ipprova jippubblika jew jikkopja x-xogħol bi skomunika. Madankollu, ma kinux lesti għal żjara speċjali li saret fl-1770 minn tifel ta' 14-il sena jismu Wolfgang Amadeus Mozart, li, f'vjaġġ lejn Ruma ma' missieru, semagħha darbtejn biss u rnexxielu jittraskriviha bl-amment, u b'hekk ħoloq l-ewwel kopja mhux awtorizzata li nafu biha. Madankollu, hemm evidenza li xi kopji tagħha qabel iż-żjara ta' Mozart f'Ruma fl-1770 kienu diġà bdew jiċċirkolaw fl-Ewropa, u forsi Mozart kien fil-fatt semagħha f'Londra fl-1764 jew fl-1765.[5]
Fl-1771 il-kopja ta' Mozart ġiet akkwistata u ppubblikata fl-Ingilterra mill-vjaġġatur u storiku tal-arti famuż Dr Charles Burney. Madankollu, l-edizzjoni ta' Burney ma fihiex l-ornamentazzjoni li bis-saħħa tagħha saret tant famuża l-Miserere ta' Allegri.
Il-mużika kif tindaqq illum il-ġurnata tinkludi żball stramb minn kupjatur tas-snin 80 tas-seklu 19. Il-"bidla" stramba minn G minuri għal C minuri hija minħabba li t-tieni nofs tal-vers huwa l-istess bħall-ewwel nofs, iżda ġie traspost b'wieħed fuq erba' 'l fuq. Il-mużika oriġinali qatt ma kellha C ta' dik it-tip.[6]
Il-mużika kollha li tindaqq f'Ruma fil-Ġimgħa Mqaddsa, inkluż il-Miserere ta' Allegri, inħarġet f'Leipzig minn Breitkopf u Härtel. Rendikonti interessanti dwar l-impressjoni li kellhom in-nies dak iż-żmien tal-mużika li kienet tindaqq f'Ruma fil-Ġimgħa Mqaddsa jistgħu jinstabu fl-ewwel volum tal-ittri ta' Felix Mendelssohn u fl-Ittri mill-Italja ta' Miss Taylor.[3]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Classical Net - Basic Repertoire List - Allegri". Classical Net. Miġbur 2022-02-07.
- ^ Chambers's Encyclopaedia (bl-Ingliż). 2022-01-08. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ a b ċ Allegri, Gregorio. 1. Miġbur 2022-02-07.
- ^ Andrea Adami, Osservazioni per ben regolare il coro della cappella pontificia, Antonio de' Rossi, Roma, 1711, pp. 199–200.
- ^ Chrissochoidis, Ilias. "London Mozartiana: Wolfgang's disputed age & early performances of Allegri's Miserere". Ċitazzjoni journal għandha bżonn
|journal=
(għajnuna) - ^ Rutter, J. European Sacred Music. OUP 1996