Aqbeż għall-kontentut

Goiás

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Goiás
 Brażil
Amministrazzjoni
Stat sovranBrażil
Unità federali tal-BrażilGoiás
Kodiċi postali 76600-000
Ġeografija
Koordinati 15°56′02″S 50°08′24″W / 15.9339°S 50.14°W / -15.9339; -50.14Koordinati: 15°56′02″S 50°08′24″W / 15.9339°S 50.14°W / -15.9339; -50.14
Goiás is located in Brazil
Goiás
Goiás
Goiás (Brazil)
u
Superfiċjenti 3,108.018 kilometru kwadru
Għoli 3 m
Fruntieri ma' Faina (en) Translate, Mossâmedes (en) Translate, Buriti de Goiás (en) Translate, Guaraíta (en) Translate, Heitoraí (en) Translate, Itaberaí (en) Translate, Itapirapuã (mul) Translate, Itapuranga (en) Translate, Matrinchã (en) Translateu Novo Brasil (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 24,071 abitanti (2022)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1727
Kodiċi tat-telefon 62
goias-go.com.br

Goiás (magħrufa wkoll bħala Goiás Velho, Goiás Antika) hija muniċipalità fl-istat ta' Goiás fil-Brażil. Il-popolazzjoni tagħha hija ta' 22,381 ruħ (fl-2020) u għandha erja ta' 3,108 km2. Hija l-eks belt kapitali tal-istat u tippreserva l-biċċa l-kbira tal-wirt kolonjali tagħha. Fl-2002 Goiás tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-Ċentru Storiku tar-Raħal ta' Goiás ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2002 minħabba l-importanza storika tiegħu.[1] Kien l-eks belt kapitali statali ta' Goiás sal-1937 meta mbagħad is-sede tal-gvern ġiet ittrasferita lejn Goiânia li ma tantx kienet ilha li nbniet. Ġiet stabbilita mill-esploratur Bandeirante famuż Bartolomeu Bueno da Silva, imlaqqam Anhangüera, u fil-perjodu kolonjali kienet tissejjaħ Vila Boa de Goyaz ("Villaġġ Tajjeb ta' Goyaz" bil-Portugiż arkajku).

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Il-Knisja ta' Boa Morte.

Konfini muniċipali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Tramuntana: Faina;
  • Nofsinhar: Mossâmedes;
  • Lvant: Itaberaí;
  • Punent: Itapirapuã u Matrinchã;
  • Distretti: Calcilândia, Buenolândia, Davidópolis, São João, Uvá; *Povoado (villaġġ): São João da Lajinha.
  • Agglomerati (iżgħar minn villaġġ): Areias u Ferreiro.
  • Goiânia: 148 kilometru;
  • Aruanã: 178 kilometru;
  • Brażilja: 307 kilometri.

Wieħed jista' jaċċessa l-muniċipalità permezz tal-awtostradi GO-070 / Goianira / Inhumas / Itaberaí / BR-070.Sepin.

It-topografija tal-muniċipalità hija kkaratterizzata minn art imħarbta u diversi xmajjar. Il-muntanji ta' Serra Dourada jinsabu fil-qrib. Il-muniċipalità fiha parti mis-26,626 ettaru (65,790 akru) tal-Park Statali ta' Serra Dourada, li nħoloq fl-2003. Il-kaskati u l-flussi tal-ilma rapidi huma faċilment aċċessibbli miċ-ċentru u diversi minnhom fihom bajjiet miftuħin għall-pubbliku. L-iżjed importanti huma:

  • Balneário Cachoeira Grande, 6 kilometri mill-belt;
  • Balneário Santo Antônio, 6 kilometri mill-belt;
  • Balneário Bacalhau, fid-daħla tal-belt.

Ix-xmajjar li jgħaddu mill-muniċipalità huma:

  • Rio Vermelho, Urú, do Peixe, Ferreira u Índio.
Data klimatika Goiás, Goiás (1991–2020)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Medja massima kuljum °C (°F) 31.3
(88.3)
32.0
(89.6)
32.1
(89.8)
32.8
(91.0)
32.4
(90.3)
32.1
(89.8)
32.5
(90.5)
34.6
(94.3)
35.8
(96.4)
34.5
(94.1)
32.1
(89.8)
31.1
(88.0)
32.8
(91.0)
Medja minima kuljum °C (°F) 21.3
(70.3)
21.3
(70.3)
21.3
(70.3)
21.0
(69.8)
19.3
(66.7)
18.0
(64.4)
17.9
(64.2)
19.9
(67.8)
22.1
(71.8)
22.1
(71.8)
21.6
(70.9)
21.4
(70.5)
20.6
(69.1)
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) 329.7
(12.98)
262.4
(10.33)
239.2
(9.42)
100.8
(3.97)
21.3
(0.84)
11.6
(0.46)
2.8
(0.11)
8.1
(0.32)
40.4
(1.59)
127.5
(5.02)
242.1
(9.53)
322.7
(12.70)
1,708.6
(67.27)
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 20 17 16 8 2 1 0 1 4 10 16 19 114
Medja tal-umdità relattiva (%) 79.9 78.4 78.6 73.1 65.9 59.2 52.2 44.8 49.3 63.7 74.3 79.6 66.6
Medja fix-xahar għas-siegħat bid-dawl tax-xemx 149.4 169.7 173.6 216.2 248.2 250.4 262.6 262.8 199.6 198.8 163.6 144.4 2,439.3
Sors: Instituto Nacional de Meteorologia (umdità u sigħat ta' xemx fl-1981–2010
  • Votanti eliġibbli: 17,813-il ruħ (fl-2016);
  • Sindku: Aderson Liberato Gouvea (il-Partit tal-Ħaddiema) (mill-2021 sal-preżent);
  • Viċi Sindku: Zilda Lôbo (il-Progressivi) (mill-2021 sal-preżent);
  • Membri tal-Kunsill: 9 membri.
  • Popolazzjoni fl-1980: 42,958 ruħ;
  • Popolazzjoni fl-2010: 24,727 ruħ;
  • Rata ta' tkabbir tal-popolazzjoni fl-1980/2010: tnaqqis ta' 42.44 %;
  • Popolazzjoni stmata fl-2018: 22,916-il ruħ.

L-ekonomija tar-reġjun tiddependi fuq it-turiżmu, it-trobbija tal-bhejjem tal-ifrat u l-agrikoltura. Il-popolazzjoni tal-bhejjem tal-ifrat kienet tikkonsisti minn 241,000 eżemplar. Il-prodotti agrikoli prinċipali huma l-banana, il-larinġ, il-qlub tal-palm, ir-ross (2,600 ettaru), il-fażola, il-qamħirrum (3,800 ettaru), il-fażola tas-sojja u l-qamħ.

  • Rata ta' litteriżmu: 85.4 %;
  • Rata ta' mortalità tat-trabi: 28.53 kull 1,000 twelid;
  • Skejjel: 52 (fl-2006) b'7,913-il student;
  • Edukazzjoni għolja: UEG - Campus Cora Coralina, UFG - Regional Goiás;
  • Sptarijiet: 1 (fl-2019).
Goiás għall-ħabta tal-1903.

Goiás Velho ġiet stabbilita fl-1727, u l-isem ingħata f'ġieħ l-Indjani ta' Goyaz, l-abitanti tal-inħawi qabel il-wasla tal-Ewropej. Id-djar, il-kappelli u l-knejjes tagħha jixhdu l-quċċata ta' żmien il-ferneżija tad-deheb. L-istorja tar-raħal, li hija minsuġa flimkien mal-istorja tal-istat ta' Goiás, u ċerti tifkiriet tal-ġid tas-sekli tal-imgħoddi mnaqqxa fid-deheb, joħorġu fid-dieher f'postijiet bħall-Museu das Bandeiras, li nbena fl-1761; il-Colégio Sant'Ana, li ġie stabbilit fl-1879 mill-patrijiet Dumnikani; il-Knisja ta' Nossa Senhora d'Abadia, li nbniet fl-1790, bl-artal tagħha miżbugħ bil-blu u bid-deheb; u l-Casa da Fundição, li tmur lura għall-1752, fejn kien jiġi kkastjat id-deheb mill-minjieri.

Imdawra bis-Serra Dourada, Goiás Velho hija l-belt nattiva tal-poeta Ana Lins dos Guimarães Peixoto Bretas (1889-1985), magħrufa iktar bħala Cora Coralina. Għalkemm bdiet tikteb meta kellha 14-il sena, hija ppubblikat l-ewwel ktieb tagħha meta kellha 75 sena. Sabiex taqla' l-għajxien tagħha, kienet tipproduċi u tbigħ il-ħelu kristallizzat. Id-dar fejn kienet tgħix, waħda mill-eqdem tal-belt, li tmur lura għall-1782, saret mużew, bl-għamara, bl-oġġetti personali, bid-dokumenti u bl-ittri mingħand korrispondenti magħrufa bħall-poeta Carlos Drummond de Andrade (1902-1987) u l-kittieb minn Bahia Jorge Amado, wieħed mir-rappreżentanti prinċipali tal-letteratura tal-Grigal tal-Brażil u wieħed mill-iżjed awturi Brażiljani moqrija fil-pajjiż u barra mill-pajjiż.

Festi/festivals

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-purċissjoni tal-Fogaréu f'Goiás Velho.

F'Goiás, waħda mill-iżjed festi popolari hija l-Purċissjoni tal-Fogaréu, li ssir l-Erbgħa ta' qabel Ħadd il-Għid. Hija wieħed mill-iżjed avvenimenti tradizzjonali tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Brażil u f'Angra dos Reis biss tiġi ċċelebrata purċissjoni simili. Matul iċ-ċerimonja, il-farricocos (in-nies lebsin bi ħwejjeġ Medjevali u b'kappi li jakkumpanjaw il-purċissjonijiet ta' penitenza) jissimulaw l-arrest ta' Ġesù mis-suldati Rumani billi jiġru fit-toroq tal-belt f'nofsillejl bit-torċi mar-ritmu tat-tnabar. Hemm xebħ kbir ma' xi tradizzjonijiet li jiġu ċċelebrati fi Spanja fl-istess żmien tas-sena, speċjalment f'Toledo u f'Sivilja. Id-dlam, it-torċi u l-ħeffa tal-irġiel b'wiċċhom mgħotti joħolqu atmosfera Medjevali. It-twemmin hu li x-xitan kien ikun qed iħuf fit-toroq tal-belt f'dik il-lejla, ibeżża' lil kulħadd, speċjalment it-tfal. Oriġinarjament, l-irġiel biss setgħu jieħdu sehem iżda llum l-affarijiet inbidlu. Superstizzjonijiet bħall-preżenza ta' lupu-bniedem u bagħal bla ras jiġu mmanifestati wkoll f'din il-festa popolari. It-turisti jiġu minn madwar id-dinja kollha biex jaraw dan l-ispettaklu. Fl-2006, skont id-Diario da Manhã, gazzetta ta' Goiânia, 10,000 turist ġew jaraw il-purċissjoni.

Festival notevoli oħra li jsir kull sena fil-belt hu l-FICA (Festival Internacional de Cinema e Video Ambiental, jew il-Festival Internazzjonali tal-Films u l-Filmati). L-għan tal-FICA hu l-promozzjoni, it-turija u l-ippremjar tal-films u tal-filmati qosra, medji u twal, b'diversi ġeneri bħall-animazzjoni, il-fizzjoni jew id-dokumentarji, li jindirizzaw temi ambjentali, kif ukoll il-promozzjoni ta' azzjonijiet tal-produzzjoni u tal-edukazzjoni fl-oqsma ambjentali u tal-films. Kull sena dan il-festival jattira turisti mid-dinja kollha.

Indiċi tal-Iżvilupp Uman Muniċipali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • MHDI: 0.736;
  • Klassifika statali: 125 (minn 242 muniċipalità fis-sena 2000);
  • Klassifika nazzjonali: 2,283 (minn 5,507 muniċipalitajiet fis-sena 2000).
  1. 1 2 3 Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of the Town of Goiás". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.