Gżejjer ta' Amami-Ōshima, ta' Tokunoshima u ta' Iriomote, u t-Tramuntana ta' Okinawa

Il-Gżejjer ta' Amami-Ōshima, ta' Tokunoshima u ta' Iriomote, u t-Tramuntana ta' Okinawa (bil-Ġappuniż: 奄美大島、徳之島、沖縄島北部及び西表島) huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO magħmul minn ħames komponenti f'erba' gżejjer Ġappuniżi fl-Ark ta' Ryukyu (il-Gżejjer ta' Nansei).[1] Is-sit intgħażel bis-saħħa tal-bijodiversità tiegħu u peress li jħaddan ekosistema ta' speċijiet ta' pjanti u ta' annimali li huma uniċi għar-reġjun.[2][3]
Is-sit inizjalment intgħażel bħala kandidat fl-2003, u n-nominazzjoni oriġinali żdiedet bħala sit indikattiv fl-2016; wara evalwazzjoni inizjali tal-IUCN, fl-2018 in-nominazzjoni ġiet irtirata għar-reviżjoni, u mbagħad reġgħet tressqet is-sena ta' wara; wara evalwazzjoni ulterjuri, fl-2021 l-IUCN irrakkomandat li n-nominazzjoni riveduta titniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u eventwalment is-sit tniżżel dik is-sena stess.[2]
Diżgwid dwar it-tismija
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-istorja twila tal-kampanja għar-reġistrazzjoni, it-tismija ta' dan is-sit kandidat inbidlet mill-inqas darbtejn. Meta panel ta' xjenzati naturali żiedu s-sit fost is-siti indikattivi tal-Ġappun għan-nominazzjoni, ingħata l-isem ta' Ryūkyū Shotō. Dan kien skont konvenzjoni tax-xjenzi naturali iżda ma kienx konsistenti mad-definizzjoni uffiċjali pprovduta mill-gvern Ġappuniż, li teskludi l-Gżejjer ta' Amami mir-Ryūkyū Shotō. Barra minn hekk, il-Gżejjer ta' Amami u l-Prefettura ta' Kagoshima opponew bis-saħħa li jkollhom it-tikketta ta' Ryūkyū imposta fuqhom. B'hekk, is-sit kandidat ingħata l-isem ta' Amami–Ryukyu. Fl-aħħar tal-2015, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO rrakkomanda lill-Ġappun biex "minn perspettiva teknika" juża deżinjazzjoni akkurata tal-inħawi tan-nominazzjoni. B'rispons għal din ir-rakkomandazzjoni, is-sit kandidat ingħata l-isem deskrittiv attwali fl-2016.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Gżejjer ta' Amami-Ōshima, ta' Tokunoshima u ta' Iriomote, u t-Tramuntana ta' Okinawa ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[2]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]Is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huwa magħmul minn ħames komponenti f'erba' gżejjer:
ID | Komponent | Arċipelagu | Prefettura | Ritratt | Koordinati tal-punt ċentrali | Erja
(ha) |
Żona ta' lqugħ
(ha) |
---|---|---|---|---|---|---|---|
1574-001 | Gżira ta' Amami-Ōshima
奄美大島 |
Gżejjer ta' Amami | Kagoshima | ![]() |
28°16′45″N 129°22′42″E / 28.27917°N 129.37833°E | 11,640 | 14,663 |
1574-002 | Gżira ta' Tokunoshima (a)
徳之島 |
Gżejjer ta' Amami | Kagoshima | ![]() |
27°45′48″N 128°58′02″E / 27.76333°N 128.96722°E | 1,724 | 1,813 |
1574-003 | Gżira ta' Tokunoshima (b)
徳之島 |
Gżejjer ta' Amami | Kagoshima | ![]() |
27°51′48″N 128°55′46″E / 27.86333°N 128.92944°E | 791 | 999 |
1574-004 | Tramuntana tal-Gżira ta' Okinawa
沖縄島北部 |
Gżejjer ta' Okinawa | Okinawa | ![]() |
26°43′29″N 128°13′12″E / 26.72472°N 128.22°E | 7,721 | 3,398 |
1574-005 | Gżira ta' Iriomote
西表島 |
Gżejjer ta' Yaeyama | Okinawa | ![]() |
24°19′34″N 123°48′31″E / 24.32611°N 123.80861°E | 20,822 | 3,594 |
Bijodiversità
[immodifika | immodifika s-sors]Fi ħdan l-erja totali ta' 426.98 kilometru kwadru (164.86 mil kwadru) jgħixu xi 1,819-il pjanta vaskolari, 21 mammiferu terrestri, 394 għasfur, 21 anfibju, 36 rettilu terrestri, u 267 ħuta tal-ilmijiet interni, inkluż speċijiet endemiċi bħall-fenek ta' Amami, il-gallozza ta' Okinawa, u l-qattus ta' Iriomote. Minn dawn ta' hawn fuq, 189 speċi ta' pjanti vaskolari huma endemiċi (bejn wieħed u ieħor 10 % tal-għadd totali tal-ispeċijiet), l-istess bħal 13-il mammiferu terrestri (62 %), 5 għasafar, 18-il anfibju (86 %), 23 rettilu (64 %), u 14-il ħuta tal-ilmijiet interni. Mis-6,153 speċi ta' insetti fl-inħawi, 1,607 speċijiet ta' insetti huma endemiċi.
Taksa endemiċi
[immodifika | immodifika s-sors]It-taksa endemiċi jinkludu dawn li ġejjin; l-ispeċijiet EDGE huma mmarkati b'asterisk (għalkemm huwa speċi EDGE, iż-żrinġ tal-Kaskati ta' Kampira tal-Gżira ta' Iriomote mhuwiex elenkat hawn taħt, peress li jinsab ukoll fit-Tajwan):
Amami-Ōshima | Tokunoshima | Okinawa | Iriomote | |
---|---|---|---|---|
Mammiferi | *Il-fenek ta' Amami
*Il-far imxewwek ta' Ryukyu *Il-far ġgantesk ta' denbu twil ta' Ryukyu Il-bugeddum ta' Ryukyu Il-farfett il-lejl ta' mnieħru tubu ta' Ryukyu Il-farfett il-lejl tal-mustaċċi ta' Yanbaru *Il-farfett il-lejl tal-ġwienaħ mgħawġin ta' Ryukyu |
*Il-fenek ta' Amami
*Il-far imxewwek ta' Tokunoshima *Il-far ġgantesk ta' denbu twil ta' Ryukyu Il-bugeddum ta' Ryukyu Il-farfett il-lejl ta' mnieħru tubu ta' Ryukyu Il-farfett il-lejl tal-mustaċċi ta' Yanbaru *Il-farfett il-lejl tal-ġwienaħ mgħawġin ta' Ryukyu |
*Il-far imxewwek ta' Muennink
*Il-far ġgantesk ta' denbu twil ta' Ryukyu Il-farfett il-lejl ta' mnieħru tubu ta' Ryukyu Il-farfett il-lejl tal-mustaċċi ta' Yanbaru Il-farfett il-lejl tal-frott ta' Orii *Il-farfett il-lejl tal-ġwienaħ mgħawġin ta' Ryukyu |
Il-qattus ta' Iriomote
*Il-farfett il-lejl tal-ġwienaħ mgħawġin ta' Ryukyu Il-farfett il-lejl tal-frott ta' Yaeyama |
Għasafar | *Il-gallina ta' Amami
Il-malvizz ta' Amami *Iċ-ċawlun ta' Lidth Luscinia komadori komadori Dendrocopos leucotos owstoni |
*Il-gallina ta' Amami
Luscinia komadori namiyei |
*Il-gallozza ta' Okinawa
Il-bulebbiet ta' Okinawa Luscinia komadori namiyei |
Il-pespus ta' Iriomote
Spilornis cheela perplexus |
Anfibji | *Il-gremxula kukkudrill ta' Anderson
Il-gremxula tal-ilma ta' denbha xabla Iż-żrinġ ta' mnieħru mfattar ta' Amami *Iż-żrinġ ta' Otton |
*Il-gremxula kukkudrill ta' Anderson
Iż-żrinġ ta' mnieħru mfattar ta' Amami |
*Il-gremxula kukkudrill ta' Anderson
Il-gremxula tal-ilma ta' denbha xabla *Iż-żrinġ ta' Ishikawa Iż-żrinġ ta' mnieħru mfattar ta' Ryukyu Iż-żrinġ ta' Holst *Iż-żrinġ ta' Namie |
Iż-żrinġ il-kbir ta' mnieħru mfattar
Utsunomiya's tip-nosed frog |
Rettili | *Ix-xaħmet l-art ta' denbu blu ta' Barbour
Protobothrops flavoviridis Sinomicrurus japonicus japonicus |
*Il-wiżgħa tal-art bl-istrixxi
*Ix-xaħmet l-art ta' denbu blu ta' Barbour Protobothrops flavoviridis Sinomicrurus japonicus boettgeri |
*Il-fekruna tal-ilma ta' żaqqha sewda ta' Ryukyu
*Il-wiżgħa ta' Kuroiwa *Ix-xaħmet l-art ta' denbu blu ta' Barbour Protobothrops flavoviridis Sinomicrurus japonicus boettgeri |
Il-fekruna tal-għadajjar ta' Yaeyama
Ix-xaħmet l-art ta' Boettger *Ix-xaħmet l-art ġgantesk ta' Kishinoue *Il-gremxula tal-ħaxix ta' Sakishima Il-fekruna tal-ilma tat-truf sofor ta' Yaeyama Elaphe taeniura schmackeri |
Ħut tal-ilmijiet interni | Parioglossus caeruleolineatus
Stiphodon imperiorientis Acanthogobius insularis Luciogobius ryukyuensis |
Stiphodon imperiorientis
Luciogobius ryukyuensis |
Eviota ocellifer
Stiphodon imperiorientis Parkraemeria saltator | |
Krustaċji | Amamiku amamensis
Geothelphusa obtusipes Geothelphusa sakamotoana |
Amamiku amamensis
Geothelphusa obtusipes Geothelphusa sakamotoana |
Caridina okinawa
Candidiopotamon okinawense Geothelphusa grandiovata Geothelphusa tenuimanus Geothelphusa aramotoi |
Neocaridina brevirostris
Macrobrachium shokitai Caridina macrodentata Geothelphusa fulva Geothelphusa minei |
Insetti | Asiagomphus amamiensis amamiensis
Neolucanus progenetivus progenetivus |
Matrona basilaris japonica
Neolucanus progenetivus progenetivus |
Neolucanus okinawanus
Rhipidolestes shozoi |
Asiagomphus yayeyamensis
Rhinocypha uenoi Neolucanus insulicola insulicola |
Pjanti | Asarum fudsinoi
Viola amamiana Cardiandra amamiohsimensis |
Asarum hatsushimae
Polypodium amamianum |
Pieris japonica var. koidzumi | Satakentia liukiuensis
Ochlodes asahinai Deutzia yaeyamensis Viola tashiroi |
Minbarra dawn ta' hawn fuq, fost is-sottospeċijiet ta' għasafar ta' Okinawa li jinsabu f'Yanbaru (in-naħa tat-Tramuntana ta' Okinawa) hemm il-minivet ta' lewn l-irmied, il-bagħal tal-widnejn kannella, il-boobook kannella, il-kokka tal-kullar, il-bagħal tal-arbuxxelli tal-Ġappun, iż-żanżarell tal-Ġappun, il-bulebbiet nanu tal-Ġappun, il-pespus tal-Ġappun, il-pespus ta' għajnejh bojod tal-Ġappun, iċ-ċawla tal-munqar kbir, iż-żanżarell Narcissus, il-gamiema Orjentali, is-sultan tas-summien ta' żaqqu kannella, l-għasfur ta' San Martin kannella, u l-pespus varjat; bl-istess mod, iżda fil-Gżejjer ta' Yaeyama (li jinkludu l-Gżira ta' Iriomote), hemm sottospeċijiet endemiċi tal-bagħal tal-widnejn kannella, il-ħamiema ħadra, il-bulebbiet nanu tal-Ġappun, il-pespus tal-Ġappun, it-tudun tal-Ġappun.
Protezzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Iż-żoni tas-sit u l-ispeċijiet li jgħixu fihom huma protetti b'sensiela ta' miżuri komplementari, inkluż id-deżinjazzjoni bħala Parks Nazzjonali (il-Park Nazzjonali ta' Amami Guntō, il-Park Nazzjonali ta' Yanbaru, il-Park Nazzjonali ta' Iriomote-Ishigaki), Riżervi ta' Bijosfera Forestali (ir-Riżerva ta' Bijosfera Forestali ta' Amami Guntō, ir-Riżerva ta' Bijosfera Forestali ta' Yanbaru, ir-Riżerva ta' Bijosfera Forestali ta' Iriomote), Żoni ta' Protezzjoni tan-Natura Selvaġġa (iż-Żona ta' Protezzjoni tan-Natura Selvaġġa ta' Yuwan-dake, iż-Żona ta' Protezzjoni tan-Natura Selvaġġa ta' Yanbaru (Ada), iż-Żona ta' Protezzjoni tan-Natura Selvaġġa ta' Yanbaru (Aha), iż-Żona ta' Protezzjoni tan-Natura Selvaġġa ta' Iriomote, kif ukoll 24 Żona ta' Protezzjoni Prefetturali tan-Natura Selvaġġa), u Monumenti Naturali (30 Nazzjonali, u 22 oħra Prefetturali).
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Ministry of the Environment_Okinawa Amami Nature Conservation Office. "Ministry of the Environment, Government of Japan|Amami-Oshima Island, Tokunoshima Island, Northern part of Okinawa Island, and Iriomote Island|Description of the Property". kyushu.env.go.jp (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-10-22. Miġbur 2025-03-19.
- ^ a b ċ d "Amami-Ōshima Island, Tokunoshima Island, northern part of Okinawa Island, and Iriomote Island - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2025-03-19.
- ^ Steen, Emma. "Four Japanese islands added to Unesco World Heritage list" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-03-19.