Fortizza ta' Madalena
| Post | Swieqi, Reġjun tal-Lvant, Malta |
|---|---|
| Differenti minn | |
Mudell:Coord/input/error2Koordinati: Mudell:Coord/input/error2
| |
Il-Fortizza ta' Madalena, magħrufa ukoll bħala Il-Fortizza tal-Madliena, hija fortizza poligonali fil-Madliena, fil-limiti tas-Swieqi, Malta. Hija nbniet bejn l-1878 u l-1880 mill-Ingliżi bħala parti mill-Victoria Lines. Il-fortizza issa taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Forzi Armati ta' Malta u tintuża mis-Korp tas-Salvataġġ ta’ San Ġwann.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Fortizza ta' Madalena nbniet mill-Ingliżi bħala parti mil-Victoria Lines, linja ta’ fortifikazzjonijiet tul il-parti tat-tramuntana ta’ Malta. Hija waħda minn tliet fortizzi mibnija tul il-linji, bit-tnejn l-oħra jkunu l-Forti Binġemma u l-Forti Mosta.
Il-Fortizza ta' Madalena, li tinsab fl-estremità tal-lvant tal-linja, kienet it-tieni waħda mill-fortizzi li nbnew. Il-fortizza nbniet fuq is-sit ta’ kappella tas-seklu ħmistax iddedikata lil Marija Maddalena, li tat isimha lill-fortizza. Il-kostruzzjoni tal-fortizza pentagonali bdiet fl-1878 u tlestiet fl-1880, bi spiża totali ta’ £9,400. Il-fortizza nnifisha hija pjuttost żgħira; il-ġnub qosra tal-pentagonu għandhom tul ta' madwar 30 metru. Il-forti kollu huwa mdawwar b’foss fond 6 metri u wiesa’ 4 metri. Kien armat b’kanun RML wieħed ta’ 11-il pulzier, erba’ kanuni ta’ 64 libbra, żewġ kanuni ta’ 40 libbra u żewġ kanuni tal-kamp.[1] Aktar tard, inbniet batterija tal-artillerija madwar il-forti pentagonali; din tħares lejn il-baħar għad-difiża kostali. Il-batterija kienet armata b’żewġ kanuni BL ta’ 9.2 pulzieri.[2]
Fl-1906, il-kanun RML ta' 11-il pulzier ġie sostitwit b'kanuni BL ta' 9.2 pulzieri Mk X li kellhom firxa effettiva ta' madwar 8000 jarda. Għalkemm il-Victoria Lines ġew abbandunati fl-1907, Fort Madalena, flimkien ma' Fort Binġemma, baqa' jintuża għad-difiża kostali. Il-kanuni tal-fortizza tneħħew matul il-perjodu bejn iż-żewġ gwerer, u aktar tard din il-binja ntużat mir- Royal Air Force l-ewwel bħala stazzjoni ta' komunikazzjoni, u mbagħad bħala stazzjon tar-radar matul it-Tieni Gwerra Dinjija. L-istazzjon tar-radar baqa' jintuża min-NATO sakemm il-forzi Brittaniċi telqu minn Malta fl-1979 u imbagħad l-fortizza ngħatat lill- Forzi Armati ta' Malta.[3]
Illum il-ġurnata
[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Fortizza ta' Madalena għadha proprjetà tal-Gvern ta' Malta u taqa’ taħt ir-responsabbiltà tar-raba' Reġiment tal- Forzi Armati ta’ Malta. Radar VTMIS ġie installat fl-2006.[4] Il-fortizza hija mikrija lill-Korp tas-Salvataġġ ta’ San Ġwann, organizzazzjoni volontarja tad-difiża ċivili, u tintuża bħala l-kwartieri ġenerali u l-iskola tat-taħriġ tagħhom.[5]
Il-fortizza tinsab f'kundizzjoni tajba għalkemm xi partijiet jeħtieġu restawr.[6] Hija miftuħa għall-pubbliku nhar ta' Sibt waranofsinhar, jew b'appuntament matul il-ġimgħa.[7]
Ħajt ħdejn id-daħla tal-fortizza waqa’ parzjalment waqt xita qawwija f’April 2019, u beda jiġi restawrat f’Ġunju 2019.[8][9]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Castillo, Dennis Angelo (2006). The Maltese Cross: A Strategic History of Malta. Greenwood Publishing Group. p. 135. ISBN 0313323291.
- ↑ "Headquarters". St John Rescue Corps. Arkivjat minn l-oriġinal fl-29 March 2015. Miġbur 22 February 2015.
- ↑ "FAA tour of Fort Madalena". faa.org.mt. Arkivjat minn l-oriġinal fl-23 February 2015. Miġbur 22 February 2015.
- ↑ "Coastal VTMIS of Malta delivery anticipated ahead of schedule". transas.com. 27 June 2006. Arkivjat minn l-oriġinal fl-23 February 2015. Miġbur 22 February 2015.
- ↑ "St John Rescue Corps receives German equipment". Times of Malta. 11 December 2005. Miġbur 22 February 2015.
- ↑ "Study project on Fort Madliena". Times of Malta. 18 December 2002. Miġbur 22 February 2015.
- ↑ "Fort Madalena". visitmalta.com. Miġbur 22 February 2015.
- ↑ "Fort Madliena entrance to undergo restoration works". The Malta Independent. 27 June 2019. Arkivjat minn l-oriġinal fl-27 June 2019.
- ↑ "Fort Madliena gate undergoing restoration". Times of Malta. 27 June 2019. Arkivjat minn l-oriġinal fl-27 June 2019.
