Aqbeż għall-kontentut

Fortizza ta' Binġemma

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

 

fort Binġemma; Fort Bingemma; Fort Binġemma; Fortesa Binġemma; Fort Binġemma; Fort Binġemma; Fort Binġemma; قلعه بین جما; Il-Fortizza ta' Binġemma; Fort Binġemma; Fort in Malta; military base in Malta; military base in Malta; fort na Malcie; Fortesë në Maltë; militaire basis in Malta; Fort Bingemma
Il-Fortizza ta' Binġemma 
military base in Malta
PostIr-Rabat, Reġjun tal-Punent, Malta
MapMudell:Coord/input/error2Koordinati: Mudell:Coord/input/error2
Biddel id-data tal-infobox fuq Wikidata

Il-Fortizza ta' Binġemma (qabel miktub bħala Fort Bin Jema[1] jew Fort Bengemma[2]) hija fortizza poligonali fil-limiti ta' Rabat, Malta. Inbniet bejn is-snin 1875 u 1878 mill-Ingliżi bħala parti mill-Victoria Lines. Jinsab fuq għolja ta' madwar 180m (590 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Qabel il-bini tal-forti, kien hemm raħal Ruman fis-sit.

Il-forti kien okkupat illegalment mill-familja Buttigieg mill-2009 sal-2025, li kultant kienu jużawh bħala ristorant. Fl-2025 il-familja tkeċċiet, u issa hemm pjan biex il-kumpless jiġi ttrasformat għal ċentru xjentifiku u astronomiku.[3][4][5]

Il-Fortizza ta' Binġemma nbniet mill-Ingliżi bħala parti mill-Victoria Lines, linja ta’ fortifikazzjonijiet tul il-parti tat-tramuntana ta’ Malta. Hija waħda minn tliet fortijiet mibnija tul il-linji, bit-tnejn l-oħra jkunu l-Fortizza ta' Madalena u l-Fortizza tal-Mosta.[6]

Il-Fortizza ta' Binġemma tinsab fl-estremità tal-punent tal-linja, u kienet l-ewwel waħda li nbniet mit-tliet fortizzi, bil-kostruzzjoni ssir bejn l-1875 u l-1878.[6] Il-fortizza għandha forma irregolari, u hija protetta minn wiċċ ta' rdum fit-tramuntana u foss fin-nofsinhar. Il-fortizza kienet armata b'żewġ kanuni ta' 6 pulzieri u wieħed ta' 9.2 pulzieri li jitgħabbew mill-wara. Il-kanuni kellhom ark tan-nar ta' 210 gradi, u b'hekk setgħu jikkmandaw il-baħar lejn il-majjistral u l-ħniek lejn il-grigal.

Għalkemm il-Victoria Lines ġew abbandunati fl-1907, il-Fortizza ta' Binġemma u dik tal-Madalena baqgħu jintużaw għad-difiża kostali. Mill-1949 sal-1952, il-fortizza ntużat għat-taħriġ ta' ribelli Albaniżi li kienu qed jiġġieldu kontra r-reġim komunista fis-Sovverżjoni Albaniża.[3] Aktar tard, il-fortizza saret ċentru ta' komunikazzjoni għall-Iskwadra tas-Sinjali 235.[7]

Illum il-ġurnata

[immodifika | immodifika s-sors]
Wieħed mill-bibien tal-fortizza bil-kitba "Private Property" ("Propjetà Privata") fuqu

Fl-1981, il-Gvern ta’ Malta kera l-fortizza lil Gaetano Buttigieg biex jużaha bħala razzett tal-ħnieżer. Il-kirja skadiet fl-1997, iżda baqgħet tiġġedded kull sena sal-2009. Wara l-iskadenza tal-kirja, Buttigieg u l-familja tiegħu komplew jokkupaw illegalment il-fortizza, minkejja li l-gvern kellu d-dritt li jkeċċihom. Fl-2011, Buttigieg rrifjuta li jħalli uffiċjali tal-gvern jidħlu fil-forti, li kien imħares minn bieb tal-ħadid u klieb.[8]

Fl-2013 seħħ żvilupp illegali fil-fortizza. Fl-2015, ġie żvelat li l-fortizza kienet qed tintuża kultant bħala ristorant, li huwa wkoll illegali. Il-fortizza ntużat ukoll għat-trobbija tal-annimali, fosthom il-baqar.[3]

Fl-aħħar, f'Awwissu tal-2025 il-familja Buttigieg tkeċċiet mill-forti. Il-gvern ħa lura l-kontroll sħiħ tal-forti u huwa ppjanat li jiġi restawrat u jintuża bħala ċentru astronomiku fil-futur.[4][5]

  1. Pearson, Owen (2006). Albania in the Twentieth Century, A History: Volume III: Albania as Dictatorship and Democracy, 1945-99. I.B.Tauris. p. 441. ISBN 9781845111052.
  2. Castillo, Dennis Angelo (2006). The Maltese Cross: A Strategic History of Malta. Greenwood Publishing Group. p. 135. ISBN 0313323291.
  3. 1 2 3 Cordina, John (2015-05-24). "Squatters turn Fort Binġemma into illegal restaurant, family refuses compromise". The Malta Independent. Miġbur 2015-05-29.
  4. 1 2 Ellul, Daniel (2025-08-10). "Squatters finally evicted from Fort Binġemma". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-20.
  5. 1 2 "Fort Binġemma officially transferred to Xjenza Malta". Times of Malta (bl-Ingliż). 2025-09-23. Miġbur 2025-11-20.
  6. 1 2 Spiteri, Stephen C. (22 October 2011). "Fort Mosta". MilitaryArchitecture.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-3 June 2017. Miġbur 29 May 2015.
  7. Lord, Cliff; Watson, Graham (September 2004). Royal Corps of Signals: Unit Histories of the Corps (1920-2001) and Its Antecedents. Helion & Company Limited. p. 96. ISBN 978-1-874622-92-5. Miġbur 29 May 2015.
  8. "Government blocked from retaking Fort Bingemma". Times of Malta. 14 April 2011. Miġbur 29 May 2015.