Aqbeż għall-kontentut

Fortizza tal-Mosta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Fort Mosta)
Fortul Mosta; Fortizza tal-Mosta; Fort Mosta; Fort Mosta; حصن موستا; قلعه موستا; حصن فى مالطا; Il-Fortizza tal-Mosta; Fort Musta; Fort Mosta
Fortizza tal-Mosta 
PostMosta, Reġjun tat-Tramuntana, Malta
MapMudell:Coord/input/error2Koordinati: Mudell:Coord/input/error2
Biddel id-data tal-infobox fuq Wikidata

Il-Fortizza tal-Mosta, magħruf ukoll bħala Fort Mosta (jew fl-antik bħala Fort Musta) hija fortizza poligonali fil-limiti tal-Mosta, viċin In-Naxxar, li nbena bħala parti mill-Victoria Lines bejn l-1878 u 1883.[1]

Preżentament, jintuża mill-Forzi Armati ta’ Malta bħala maħżen tal-munizzjoni.

Il-Fortizza tal-Mosta nbniet mill-Ingliżi f'Malta bħala parti mill-fortifikazzjonijiet tal-Victoria Lines, u hija waħda minn tliet fortizzi li hemm tul dawn il-fortifikazzjonijiet, flimkien ma Fort Binġemma u Fort Madalena.

Il-fortizza tokkupa post strateġiku fuq l-irdum viċin ħalq Wied il-Għasel. Skond l-arkitett George Grognet de Vassé, is-sit fih ukoll fdalijiet ta' raħal minn Żmien il-Bronż.[2] Ma hemm l-ebda provi tal-eżistenza ta' dawn il-fdalijiet, u probabli nqerdu mill-Ingliżi meta nbniet il-fortizza.[3] Madanakollu, instabu u għadhom jeżistu katakombi mir-raba' jew il-ħames seklu A.D.[bżonn referenza]

Mit-tliet fortizzi fil-Victoria Lines, dan kien l-aħħar wieħed li nbena. Fil-fatt, Fort Binġemma u Fort Madalena bdew jinbnew fl-1875 u 1878 rispettivament, bil-Fortizza tal-Mosta tibda tinbena iktar tard fl-1878.

Il-fortizza tikkonsisti minn żewġ partijiet. Hemm torri pentagonali li huwa mdawwar b'foss, u batterija ftit 'il barra minn dan it-torri. Hemm passaġġ (sally port) li jgħaqqad iż-żewġ partijiet.

Il-fortizza tilfet ħafna mill-valur strateġiku u militari tagħha sal-bidu tas-seklu 20, b'mod partikolari minħabba ż-żvilupp tal-ajruplani tal-gwerra. Sal-1940, il-fortizza kienet diġà saret tintuża bħala maħżen tal-munizzjoni.[1]

Illum il-ġurnata

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Fortizza tal-Mosta għadha tintuża llum il-ġurnata bħala maħżen tal-munizzjoni mill-Forzi Armati ta' Malta. Hija taqa' taħt ir-risponsabbiltà tal-Gwardjani tad-Depot tal-Munizzjoni, parti mit-tielet Reġiment tal-Forzi Armati.[4] Hija bbażata hawnhekk ukoll is-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija ta' Malta.[5]

Peress li l-fortizza għadha f'użu attiv mill-armata u l-pulizija, il-forti mhuwiex miftuħ għall-pubbliku.[6]

Hemm bżonn li l-fortizza tinżamm f'kundizzjoni tajba, partikolarment għax hija mibnija fuq ġebla taflija, u qed issir ħsara lis-struttura.[1]

  1. 1 2 3 Spiteri, Stephen C. (2011-10-22). "Fort Mosta". Military Architecture (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-06-03. Miġbur 2015-01-02.
  2. Grech, Nicholas. "Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986) - It-Tieni Taqsima". The Mosta Archives (bil-Malti). Miġbur 2025-11-15.
  3. Grech, Nicholas (2019). "Il-Mostin tal-1932" (PDF). The Mosta Archives (bil-Malti). Miġbur 2025-11-20.
  4. "3 Regiment". Armed Forces of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-15.
  5. "Police Dog Section Gets helping hand from HSBC". The Malta Independent (bl-Ingliż). 2006-12-27. Miġbur 2025-11-15.
  6. Rix, Juliet (2010). Malta and Gozo. London: Bradt travel guides.