Aqbeż għall-kontentut

Ferdinand Calleja

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ferdinand Calleja
Ħajja
Twelid Mosta, 9 April 1905
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Malta
L-ewwel lingwa Malti (mul) Translate
Ingliż
Mewt 1980
Edukazzjoni
Lingwi Malti (mul) Translate
Ingliż
Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni tabib
benefactor (en) Translate

Ferdinand Calleja, magħruf ukoll bħala Ferdinandu Calleja (4 ta' Settembru 1905 - 1980) kien tabib u benefattur Mosti. Huwa kien bin Lawrence u Margaret Calleja.

Huwa kien miżżewweġ lis-spiżjara Evelyn Agius Calleja[1] (1923 - 2025) u flimkien kellhom tliet ibniet[2] u kienu jgħixu ġo Villa Grech Mifsud fi Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta.[3]

Huwa serva bħala l-president tal-Banda Nicolò Isouard bejn l-1932 u l-1957, wara li telaq mill-kariga it-tabib Rużar Mizzi.[4]

Nhar il-11 ta' Mejju 1948, huwa kien applika għal passaport ġdid peress li kellu bżonn imur l-Italja biex jistudja.[3]

Bħala benefattur magħruf madwar ir-raħal, it-tabib jibqa' magħruf talli għen biex l-istatwa titolari ta' Santa Marija li tinsab fir-Rotunda tal-Mosta tkun tista' titlesta fil-ħin mill-iskulturi Manwel Buhagiar u Vincent Apap.[5]

Triq residenzjali fil-Mosta, fl-inħawi ta' Tad-Dib, hija msemmija għalih.

  1. Said-Vassallo, Charles (2018-11-29). "Agius". Malta Genealogy (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-28.
  2. "Announcements − July 8, 2025". Times of Malta (bl-Ingliż). 2025-07-08. Miġbur 2025-11-28.
  3. 1 2 Arkivji_Nazzjonali_ta'_Malta, MFA01 Nru. 42229 (1948-05-11).
  4. Vassallo, Louis (2005). "Id-dar tal-Kantuniera : Villa Amadeo jew l-Għassa l-Qadima". Festa Santa Marija Mosta (bil-Malti). Mosta: Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard: 79–81, 83.
  5. Borg, Joseph (1998). "Min kienu l-protagonisti ta' meta nbidlet l-istatwa titolari u dawk li żejnuha tul is-snin". Festa Santa Marija Mosta (bil-Malti). Mosta: Soċjetà Filarmonika Nicolo Isouard: 31–34.