Emmanuel George Cefai

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Emmanuel George Cefai (1955 - ) ħassieb u filosofu Malti twieled ir-Rabat, Għawdex fit-12 ta’ Marzu 1955 u ggradwa fil-kors tal-Liġi mill Università ta’ Malta fis-sena 1977.

Ftit wara li ggradwa Cefai beda jippublika serje ta’ artikoli fil-gazzetta Daily News (li llum m’għadhiex toħroġ) liema serje ta’ artikoli hu sejjaħ Gallery of Distinguished Thinkers.

F’din is-serje Cefai ittratta diversi filosofi u ħassieba fosthom Spinoza, Descartes, Berkeley, Liebniz, Schopenhauer, Bergson, Neitzsche, Comte, Zeno, Gorgias minn Leontini, Empedokle, Eraklitu u oħrajn.

Emmanuel George Cefai

L-importanza ta’ dawn l-artikli hi fil-fatt illi Cefai fihom żviluppa biċċa biċċa f’kull artiklu sistema ta’ ħsieb tiegħu nnifsu li hu sejjaħ mentalism. Din is-sistema ta’ ħsieb jew filosofija hi bbażata fuq l-iskoperta minn Cefai tal-Ideja tal-Infinità (Idea of Infinity) li hija l-pedament tas-sistema u li turi illi l-bniedem għandu l-fakoltà bla limitu li jkun jaf l-ispazju infinit li Cefai jsejjaħ mentalist universe (univers mentalista) li hu infinit u għalhekk li jinkludi wkoll l-univers finit u fiżikalista (physicalist universe). Biex wieħed jkun jaf u jkun konxju tal-ispazju infinit m’hemm l-ebda bħonn jew prova ħlief tal-Ideja tal-Infinita’ stessa li hekk jew hekk hi f’moħħ il-bniedem giet kif ġiet u ġiet mnejn ġiet. Pero’ imbagħad il-bniedem jibda jara u jipperċepixxi dettalji u dawn permezz tal-proċess li Cefai jsejjaħ specificity (speċifiċità) jiġifieri dak il-proċess li bih il-bniedem wara li jkun irrealizza il-pedament tal-għerf tiegħu fl-iskoperta tal-Ideja tal-Infinità jgħaddi biex jkompli jibni din id-darba dettalji mir-realtà ta’ madwaru. Kienu ħafna il-filosofi li dejjem ippriedkaw illi meta l-bniedem jipperċepixxi dawn id-dettalji hu ma jkunx jara sew id-dinja ta’ madwaru u jispiċċa mqarraq mis-sensi tiegħu – għalhekk il-bniedem hu inkapaċi li jkun jaf verament l-għerf u d-dinja ta’ madwaru. Iżda Cefai wera kif dan mhux minnu tant illi li kieku is-sensi u l-moħħ tal-bniedem kienu jqarrqu bih l-bniedem kien jkun jista jbiddel f’moħħu dawn l-istess perċezzjonijiet billi l-moħħ bil-kapaċità infinità tiegħu (din il-kapaċità hi ipprovata mill-Ideja tal-Infinità) hu Sovran u għalhekk jista faċilment jbiddel kif irid kull perċezzjoni qarrieqa jew ‘falza’ li jkollu. Imma fil-fatt il-perċezzjonijiet tal-bniedem ma humiex hekk : il-bniedem ma jistax jbiddilhom f’moħħu jew permezz ta’ moħħu u dan għar-raġuni illi dawk il-perċezzjonijiet huma marbutin eżattament mar-realtà ta’ barra mill-moħħ tal-bniedem u għaldaqstant il-bniedem ma jistax jibdilhom f’moħħu għaliex dawn il-perċezzjonijiet jkunu gejjin mhux minn moħħu jew mis-sensi tiegħu imma minn oġġetti tad-dinja ta’ barra minn moħħu. Għalhekk il-bniedem fil-fatt jara id-dinja ta’ madwaru li hi ‘l barra minn moħħu u jaraha sewwa. Għalhekk ukoll il-filosofi kollha li kienu ħolqu dan il-‘problema’ kienu ħolqu ‘problema’ u qtigħ tal-qalb li fil-fatt ma jeżistux kif Cefai ipprova. (Fil fatt fl-artiklu tiegħu fuq Einstein Cefai estenda il-formola e=mc2 għall proċess uman ta’ tagħrif tal-għerf (knowledge) u b’hekk apparti li ta dimensjoni u tifsira ġdida u addizzjonali lill istess Einstein, wera b’mod ċar kif il-perċezzjonijiet li jidhlu fil-moħħ jidħlu b’mod li juru ċar u sewwa ir-‘realtà’ ta’ barra mill-moħħ – għalhekk l-argumenti wil-provi ta’ Cefai din id-darba u f’dan il-kaz huma wkoll msahhin mhux biss mill-qawwa tal-filosofija imma wkoll mix-xjenza nnifsha). Peress illi din il ‘problema’ kienet ilha ġejja minn filosofi qabel Cefai għall sekli sħaħ u hu rnexxilu jxejjinha fil-filosofija tiegħu b’dan il-mod Cefai – forsi anki bla ma xtaq jew ried – aktarx jista’ jkun li biddel ukoll il-kors tal-filosofija jekk mhux ukoll ta’ parti sewwa miċ-ċiviltà kif konna nafuha sal-lum. Peress ukoll illi tul sekli sħaħ kważi il-filosofi kollha ‘inqabdu’ f’dan il-problema u li għalkemm biċċiet minnhom ipprovaw isolvuha b’mod jew ieħor mingħajr ma rnexxilhom tal-inqas kompletament – wara Cefai prattikament il-ħsieb ta’ kull wieħed minn dawn il-filosofi hu effettwat fid-dawl ta’ dak enunzjat minn Cefai.

Cefai wera wkoll kif il-bniedem bi dritt u b’mod awtomatiku u permezz tal-Ideja tal-Infinita’ li għandu jaf fil-fatt spazji infiniti. Cefai isejjah dawn l-ispazji l-univers mentalist li jinkludi l-univers fizikalist li hu finit u li fih qiegħdin ahna. Cefai wera dixxerniment kunsiderevoli meta qasam ir-realta f’dawn iz-zewg ‘universi’ : f’wiehed u ċioe’ dak ‘mentalist’ l-essenzjal tiegħu hu l-ispazjalita’ li l-mohh ta’ bniedem jafha u jaf biha permezza tal-Ideja tal-Infinita’. Dan l-univers pero’ ma fihx evoluzzjoni jew dettal (kuluri, oggetti, tibdil u kumplament li naraw fl-univers ta’ madwarna). Hu fl-univers fizikalist jew l-univers ta’ madwarna li hu l-univers li fih naraw dettal (kuluri, oggetti, tibdil, proċessi, fenomeni u oggetti simili). għalhekk biex wiehed jkun jaf l-univers mentalist għalkemm infinit m’hemm bzonn ta’ xejn izjed hlief dak l-ammont minimu ta’ għerf li hu kostwitwit mill-Ideja tal-Infinita’ li qiegħda fil-mohh tal-bniedem. Madankollu hu dan l-univers mentalist li għax infinit jinkludi fih l-univers fizikalist li għax finit bilfors jrid jkun jifforma parti mill-ispazjalita’ tal-univers mentalist li ahna nafu permezz tal-Ideja tal-Infinita’. Imma hu l-univers fizikalist u finit li fih detallji bhal kuluri, oggetti, tibdil, proċessi, fenomeni u oggetti simili u dawn biex nkunu nafuhom ma hijiex bizzejjed l-Ideja tal-Infinita’. Fortunatament il-bniedem barra minn din l-Ideja tal-Infinita’ għandu fakolta ohra jigifieri dik li permezz ta’ apparat uman apposta bhal għajnejn widnejn u simili jkun jista jdahhal go mohhu ‘dettal’, liema dettal jiddiskrivi u jikkorrespondi ezattament ‘id-dinja ta’ madwar’ li tezisti fl-univers finit u fizikalist. Dan il-proċess li bih il-bniedem jdahhal f’mohhu dan id-dettal Cefai jsejjahlu speċifiċita’. Cefai wera kif meta l-bniedem fil-fakolta’ tiegħu tal-ispeċifiċita’ jdahhal imaggini u dettal iehor f’mohhu dan jkun qiegħed jagħmilhom sewwa. Cefai gab diversi provi dwar dawn fosthom prova filosofika u prova xjentifika. Dawn il-provi huma ċarissimi u konklusivi. Fil-prova filosofika Cefai iddivida l-perċezzjonijiet kollha possibbli fi tnejn jigifieri (1) dawk li jistgħu jqarru u huma frott tal-‘logħob’ jew ‘qerq’ tas ‘sensi’ – dawn Cefai jsejjhilhom Humean perċeptions (wara l-filosofu David Hume li kien ittratta dawn il-perċezjonijiet u ikkonkluda illi l-bniedem qatt ma jista jkun jaf dettal ta’ għerf għaliex is-sensi jqarrqu bih meta jgħaddulu dan id-dettal) u liema perċezzjonijiet għas sempliċi fatt li huma foloz bla bazi jew qarrieqa u għalhekk li il-mohh jista jbiddelhom minn mument għall iehor kif irid; u perċezzjonijiet ohra li huma perċezzjonijiet li l-mohh ma jistax jbiddel għaliex dawn verament jikkorespondu ezattament u korrettament ma’ oggetti u dettalji tad dinja ta’ madwar li l-mohh għaliex huma l-barra minnu ma jistax u m’għandux poter jibdilhom. Cefai wera kif il-perċezzjonijiet umani huma ta’ dan it-tieni tip u mhux tat-tip ta’ dawk li hu isejjah ‘Humean perċeptions’; għalhekk il-bniedem jara sewwa u korrettement id-dinja ta’ madwaru u ‘l barra minn mohhu. Dan kien l-Argument Filosofiku ta’ Cefai u dan wahdu hu bizzejjed u konkluziv. Imma Cefai – dejjem xettiku u dejjem kommess ma’ investigazzjoni kompleta biex johloq ċertezza jekk hekk ikun il-kaz – ma strahx fuq hekk. U fl-artiklu tiegħu dwar Einstein Cefai uza il-formola e=mċ2 ta’ Einstein biex biha jispjega illi l-apparata tal-bniedem bhal għajnejn widnejn u simili ma jqarrqux bih u juruh sewwa id-dettalji kollha wid-dinja ta’ madwaru. Dan hu l-Argument Xjentifiku.

Il-proċess li permezz tiegħu il-bniedem jkun jaf u jitgħallem l-għerf u jsir għaref u dejjem iktar għaref hu proċess bhal binja. Il pediment tal-binja hu l-Ideja tal-Infinita’ li l-bniedem għandu – dan il-pedament hu bizzejjed biex il-bniedem jkun jaf l-univers mentalist izda mhux bizzejjed biex il-bniedem jkun jibda jaf l-univers fizikalizt u finit ta’ madwarna; fuq dan jinbena is-sular li fih id-dettal – li l-bniedem permezz tal-fakolta tal-ispeċifiċita’ – (ipprovata bl-argument kif fuq) - jdahhal u jassimila f’mohhu dettal wiehed wara l-iehor li bihom u permezz tagħhom il-bniedem jgħaraf bid-dettal kollu l-univers fizikalist u finit ta’ madwarna; izda fuq dan is-sular il-binja ma tkunx kompluta u jonqos mill-inqas sular iehor.

F’dan is-sular ta’ fuq nett il-bniedem wara li jinduna li jkun qed jsir jaf dejjem izjed u izjed dettal dwar u minn l-univers fizikalist ta’ madwaru jinduna wkoll li għalkemm finit dan l-univers tant fih dettal li l-bniedem jinduna li jdahhal f’mohhu dettal kemm idahhal qatt mhu ser idahhal id-dettal kollu. Meta l-bniedem jkollu dan il-hsieb allura jipprova jilqa’ wkoll għall din l-eventwalita’ u dan has-sempliċi raguni li fil-pedament tal-għerf tiegħu u f’mohhu għandu l-Ideja tal-Infinita’ li turih illi d-dettal kollu li qed jirċievi mhux komplet u li għad fadal dejjem u kontinwament hafna dettal izjed. għalhekk il-bniedem xprunat mill-Ideja tal-Infinita’ stess jipprova illi hu stess jigri izjed mill-apparat li għandu (għajnejn, widnejn u simili) li jkunu qiegħdin jgħaddulu id-dettal. Jigifieri qisu l-bniedem jibda jivvjaggja fuq zewg treni – wahda dik li fiha hemm id-dettal li jidhol go mohhu mill-apparat tal-bniedem stess fil-proċess tal-ispeċifiċita’ w l-iehor – li johloq il-bniedem stess xprunat mill-Ideja tal-Infinita’ li għandu dejjem go fih u li dejjem tixprunah izjed u izjed għall għatx tal-għerf – u liema ‘tren tal-Ideja tal-Infinita’’ fl-ahhar jwassal il-bniedem biex mingħajr ma jinzel mit-tren tal apparat (għajnejn widejn u simili) tiegħu u mill-ispeċifita’ fl-istess waqt u addizzjonalment jirkeb it-tren l-iehor li permezz tiegħu il-bniedem stess ‘johloq’ f’mohhu dettal bhal dak li jkun qed jirċievi u identiku u tal-istess kwalita’ - u dan jagħmlu b’rata mgħaggla – u biex b’dan ‘jgħaggel’ jkun jaf iktar dettal malajr milli dak mgħoddi lilu mit-tren tal-apparati u speċifiċita’. Cefai jgħid illi il-bniedem jagħmel sewwa li hu stess f’mohhu johloq dan id-dettal simili u addizzjonali u ta’ malajr u bi kwantitajiet ferm ikbar mill-ammont ta’ dettal fornut lilu mit-tren tal-apparat u tal-ispeċifiċita’ . Dan għaliex (1) galadarba il-bniedem meta jdahhal f’mohhu dettal permezz tal-ispeċifiċita’ jdahhlu sewwa u b’mod ċar hu (2) għandu l-fakolta’ li hu stess johloq ezattament bhalu u b’estenzjoni miegħu dettal iehor simili (Cefai jahseb illi l-bniedem bi dritt għandu din l-fakolta’ basta huwa jibni d-dettal ezattament fuq id-dettal li jidhollu li jirċievi mill-apparat u mill-ispeċifiċita’) – u (3) fuq kollox għaliex b’dan il-mod il-bniedem jkun jaf mhux biss dak li jkun qed jigri quddiemu imma wkoll dak kollu dak id-dettal kollu li jista jigri mhux quddiem il-bniedem partikolari (pereżempju fenomenu dettal jew materja-oggett li għad jrid jew jista jevolvi) – b’hekk il-bniedem mhux biss jkun qed jara dak il-parti limitata ta’ dettal li jipprezentalu l-apparat u l-ispeċifiċita’ imma jkun qed jara – dejjem billi jirkeb it-tieni tren tal u xprunat mill ‘Ideja tal-Infinita’ – kemm jista l-evoluzzjoni kollha li tista tigri quddiemu. Il-bniedem xprunat mill-Ideja tal-Infinita’ għandu dejjem għatx kbir li jkun jaf izjed u izjed anki minn din l-evoluzzjoni mhux biss dak id-dettal li jipprezentawlu l-apparat u l-ispeċifiċita’. Hu għalhekk u f’dan l-ispirtu illi Cefai enunzja d-duttrina li hu jsejjhilha Theory of Inexhaustible Hypotheses. Din id-duttrina hi t-tieni tren deskritt hawn fuq u li permezz tiegħu il-bniedem dejjem jissodisfa iktar w jkabbar l-għatx tiegħu għall izjed u izjed għerf - u fil-fatt billi jezerċita dan id-dritt u fakolta’ tiegħu li jestendi iktar dettal (1) mid-dettal li diga jirċievi mill-ispeċifiċita’ u (2) jkun bhal dettal li qed jirċievi mill-ispeċifita’ u (3) jkun sempliċement estensjoni tad-dettal fornut lilu mill-ispeċifiċita’. Jekk il-bniedem josserva dawn it-tlitt rekwiziti u kundizzjonijiet waqt Inexhaustible Hypotheses hu mhux biss jkun qed jirċievi u jkollu izjed dettal izjed milli jirċievi direttament mill-ispeċifiċita’ biss, imma l-istess dettal jkun tajjeb u sewwa daqsu u bhalu.

Cefai jagħmilha ċara illi dan il-proċess hu wiehed differenti minn deduzzjoni jew induzzjoni. Hu għalhekk ukoll illi Cefai jidher li jahseb illi meta wiehed jirkeb fuq it-tren tal Ideja tal Infinita’ kull ma hemm bzonn hu li wiehed jaserixxi (ruhu) milli jipprova : Assertion rather proof. Dan għaliex u għas sempliċi ragunijiet illi :

(1) – Li l-bniedem jirċievi dettalji ezatti u korretti mill-apparata u speċifiċita’ hu u gie ipprovat minn Cefai nnifsu konkluzivament (ara l-Argument Filosofiku u l-Argument Xjentifiku kif fuq); - u (2) – Illi l-metodu illi permezz tiegħu wiehed jagħmel estensjoni (u din sempliċi estensjoni u xejn izjed) mid-dettal li jirċievi mill-apparata u mill-ispeċifiċita’ permezz tat-tlitt rekwiziti jew kundizzjonijiet fuq imsemmija hu wiehed korrett u għalhekk l-att tal-estensjoni nnifsu ma jehtieg l-ebda prova – u (3) F’dawn iċ-ċirkostanzi għalhekk kull ma wiehed jrid jagħmel hu li jagħmel dawn l-estensjonijiet tad-dettalji forniti u riċevuti mill-apparata u mill-ispeċifiċita sempliċement billi jasserihom. Mhix mehtiega prova peress illi il-korrettezza tal-proċess kollu diga’ giet ipprovata.

Bhala konsegwenza ohra tal-filosofija ta’ Cefai is-separazzjoni li qabel hafna drabi kienet issir bejn attwali u potenzjali; bejn universali u partikolari; u anki bejn xjenza u metafizika gew jew eliminati jew ridotti kunsiderevolment.