Emiliano Insúa
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Emiliano Adrian Insúa Zapata | ||
Twelid | 7 ta' Settembru 1989 Buenos Aires | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.80 m | ||
Rwol | Difensur xellugi | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Atlético Madrid | ||
Numru | 22 | ||
Klabbs ġovanili | |||
Boca Juniors | |||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2007 | Boca Juniors | 0 | (0) |
2007 | → Liverpool (self) | 2 | (0) |
2007–2011 | Liverpool | 46 | (0) |
2010–2011 | → Galatasaray (self) | 16 | (0) |
2011–2013 | Sporting | 34 | (0) |
2013– | Atlético Madrid | 3 | (0) |
Tim nazzjonali | |||
2009– | Arġentina | 4 | (0) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 08:43, 21 Awwissu 2013 (UTC) |
Emiliano Adrian Insúa Zapata (Buenos Aires, 7 ta' Jannar 1989) huwa futboler Arġentin li jilgħab fuq il-faxxa xellugija u anki dik ċentrali tad-difiża mat-tim Spanjol ta'Atlético Madrid.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Insúa beda l-karriera tiegħu mat-tim ġovanili ta' Pinocho fl-Arġentina, fejn wara ngħaqad mat-tim ta' Boca Juniors. Minkejja li ma rnexxielux jiżblokka ruħu fl-ewwel tim f'La Bombonera, hu xorta waħda attira l-attenzjoni ta' Liverpool. Id-difensur qabel li jiġi msellef għal tmintax-il xahar mal-klabb ta' Mersyeside fit-28 ta' Novembru 2006, fejn dan il-perjodu beda f'Jannar ta' wara. Id-debutt tiegħu mal-ewwel tim wasal fit-28 ta' April 2007 kontra Portsmouth. Madanakollu, hu deher biss darbtejn fil-kampjonat.
Il-perjodu ta' self inqaleb għal wieħed permanenti f'Awwissu tal-2007, fi qbil li ra lill-kompatrijott Gabriel Paletta jingħaqad ma' Boca. Il-prestazzjonijiet tiegħu impressjonaw biżżejjed lill-kowċ Rafael Benítez li offrielu kuntratt ġdid ta' tliet snin, fit-2 ta' Lulju 2008. Insua ingħata n-numru 22 għall-istaġun istaġun 2008–09, fejn minkejja li ftit kellu ċans jimpressjona mal-ewwel tim, hu rnexxielu jirbaħ flimkien mat-tim tar-Riservi, il-kampjonat tal-istess kategorija. Il-fatt li Fábio Aurélio kien qiegħed ibati minn problemi fiżiċi u l-forma diżappuntanti ta' Andrea Dossena, Insua ingħata l-opportunità li jagħmel tiegħu l-pożizzjoni bħala difensur xellugi. Hu rnexxielu jokkupa din il-pożizzjoni wkoll għall-bidu tal-istaġun 2009–10, fejn għeleb il-konkorrenza ta' Aurélio u Dossena.
Fis-sajf tal-2010 ġie misluf lill-klabb Tork ta' Galatasaray. Wara s-sena ta' self, ġie akkwistat mit-tim Portugiż ta' Sporting fejn iffirma kuntratt ta' ħames snin,[1] u ngħata l-flokk numbru 48.[2]
Nhar il-25 ta' Jannar 2013, Atlético Madrid ħabbru li akkwistaw lil Insúa għas-somma ta' €10 miljun.[3]
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Grazzi għall-prestazzjonijiet sodi ma' Liverpool, Insua ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali tal-Arġentina għall-partiti kruċjali kontra l-Peru u l-Urugwaj.
Statistika[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | League Cup | Ewropa | Oħrajn | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | ||
Liverpool | 2006–07 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 |
2007–08 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 3 | 0 | |
2008–09 | 10 | 0 | 1 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 13 | 0 | |
2009–10 | 7 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 8 | 0 | |
Total | 22 | 0 | 1 | 0 | 2 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 26 | 0 | |
Total tal-karriera | 22 | 0 | 1 | 0 | 2 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 26 | 0 |
Korretti sad-29 ta' Awwissu 2009
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ (Ingliż) Emiliano Insua leaves Liverpool for Sporting Lisbon, BBC Sport, 27 ta' Awwissu 2011. Aċċess tal-URL: 27 ta' Awwissu 2011.
- ^ (Portugiż) Insúa "leão" por cinco anos, BBC Sport, 26 ta' Awwissu 2011. Aċċess tal-URL: 27 ta' Awwissu 2011.
- ^ (Spanjol) Insúa, un regalo para Simeone, BBC Sport, 25 ta' Jannar 2013. Aċċess tal-URL: 25 ta' Jannar 2013.