Eladio Dieste
Eladio Dieste | |
---|---|
![]() | |
Ħajja | |
Twelid |
Artigas (en) ![]() |
Nazzjonalità | Urugwaj |
Mewt | Montevideo, 19 Lulju 2000 |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
University of the Republic (en) ![]() |
Lingwi | Spanjol |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
arkitett inġinier ċivili għalliem fl-università |
Premjijiet |
List
|
Eladio Dieste (twieled fl-1 ta' Diċembru 1917 – miet fid-29 ta' Lulju 2000) kien inġinier u arkitett mill-Urugwaj li bena reputazzjoni permezz tal-kostruzzjoni ta' firxa ta' strutturi li jvarjaw minn imħażen tal-qmuħ, strutturi ta' fabbriki, swieq u knejjes, il-biċċa l-kbira fl-Urugwaj u kollha ta' eleganza eċċezzjonali.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Dieste twieled fid-dipartiment ta' Artigas. Zijuh kien il-poeta Spanjol Rafael Dieste.
Innovazzjoni partikolari minn tiegħu kienet il-volta ta' Gaussian, struttura b'qafas irqiq għall-bjut tal-brikks bi ħxuna unika, li hija soda u qawwija biżżejjed għall-irfid permezz ta' ħnejja b'kurvatura doppja li tirreżisti għad-deformazzjoni.[1]
Kien hemm diversi arkitetti u inġiniera fl-Amerka t'Isfel u fl-Amerka Latina li kienu qed jaħdmu fil-qafas tal-Moderniżmu, fosthom Guillermo Gonzalez Zuleta fil-Kolombja, Carlos Raúl Villanueva fil-Venezwela u Félix Candela fil-Messiku, li qarrbu l-arkitettura u l-inġinerija strutturali lejn xulxin, speċjalment fit-twettiq ta' proġetti b'kummissjonijiet żgħar. Il-binjiet ta' Dieste fil-biċċa l-kbira kellhom bjut b'volti rqaq magħmula bil-brikks u bil-madum taċ-ċeramika. Dawn il-forom kienu orħos mill-konkos rinfurzat, u ma kellhomx bżonn riffieda jew xorok. Peress li żviluppa dan l-approċċ, saħansitra meta mqabbel mal-Modernisti fid-dinja kollha, huwa kien innovatur.[2]

Dieste stqarr dwar l-użu tiegħu tal-materjali u l-istruttura:
- Hemm raġunijiet morali/prattiċi fondi mehmuża mat-tfittxija tagħha li jagħtu l-forma lix-xogħol tagħna: bil-forom li noħolqu aħna nistgħu naġġustaw il-liġijiet tal-materja bir-reverenza kollha, u b'hekk niffurmaw djalogu mar-realtà u mal-misteri tagħha f'daqqa... Sabiex l-arkitettura tinbena tassew, il-materjali jridu jintużaw b'rispett kbir għall-essenza u għall-possibbiltajiet tagħhom; b'hekk biss wieħed jista' jikseb "ekonomija kożmika"... bi qbil mal-ordni profond tad-dinja; b'hekk biss wieħed jista' jkollu dik l-awtorità li tant tolqotna fix-xogħlijiet il-kbar tal-imgħoddi.[3]

Fir-rigward tal-istruttura Dieste stqarr:
- Il-karatteristiċi virtwużi tar-reżistenza tal-istruttura li noħolqu jiddependu fuq il-forma tagħhom; huwa permezz tal-forma tagħhom li jkunu stabbli u mhux minħabba akkumulu stramb ta' materjali. Ma hemm xejn iktar nobbli u eleganti mill-puntdivista intellettwali minn dan; ir-reżistenza permezz tal-forma.[4]
Bosta mit-tekniki li żviluppa jiksbu dawn il-forom, bħall-istressjar minn qabel tal-brikks u l-forom li wieħed jista' jirranġahom b'modi differenti, ġew żviluppati qabel it-tekniki kontemporanji fid-dinja żviluppata.
Dieste miet tal-età ta' 82 sena f'Montevideo.
Xogħlijiet ewlenin
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Knisja ta' San Pietru f'Durazno;
- il-Knisja ta' Kristu l-Ħaddiem f'Estación Atlántida;[5]
- il-Knisja tal-Madonna ta' Lourdes f'Malvín;
- il-Knisja ta' San Ġwann ta' Avila f'Alcalá de Henares;
- it-Teatru ta' Verano Ramón Collazo f'Montevideo;
- l-istabbiliment tax-xiri ta' Montevideo Shopping (struttura tal-ewwel stadju, 1985; tal-arkitett Guillermo Gómez Platero);
- il-Knisja ta' San Karlu Borromeo (kalkolu strutturali, 1956; tal-arkitett Juan Pablo Terra).
Iktar qari
[immodifika | immodifika s-sors]- Anderson, Stanford, ed. (2004). Eladio Dieste : innovation in structural art. Princeton Architectural Press. ISBN 1-56898-371-9.
- Curtis, William (2002). Modern Architecture since 1900. Phaidon. ISBN 0-7148-3356-8.
- Pedreschi, Remo (2000). Eladio Dieste – The Engineer's Contribution to Contemporary Architecture. Thomas Telford. ISBN 0-7277-2772-9.
- Fausto Giovannardi, Eladio Dieste: un'ingegnere.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ The double-curvature masonry vaults of Eladio Dieste, Pedreschi, R, Theodossopoulos, D, ICE Proceedings, Structures and Buildings, Vol 160, Issue 1, pp. 3-11, Thomas Telford – ICE Virtual Library.
- ^ Anderson, Stanford. Eladio Dieste: Innovation in Structural Art, (New York: Princeton Architectural Press, 2004).
- ^ Kwotazzjoni minn Modern Architecture since 1900, p. 575.
- ^ Kwotazzjoni minn Eladio Dieste – The Engineer's Contribution to Contemporary Architecture, p. 21.
- ^ Porley, Carolina (2017-04-28). "Los otros creadores" (bl-Ispanjol). Miġbur 2025-02-15.