Diskussjoni utent:Ferdinand~mtwiki

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Filwaqt li fit-Taljan, maturo, fost l-oħrajn, jirreferi kemm għal (i) chi si trova in età adulta, avanzata u (ii) che ha raggiunto un completo sviluppo psichico e intelletuale, fil-Malti - f'din id-distinzjoni li se nissimplifikaha għal bejn l-iżvilupp tal-ġisem u tal-moħħ - matur tirreferi biss għat-tieni waħda. Bniedem matur nifhmu li hu bniedem li laħaq il-maturità fil-karattru jew fil-personalità, li juri sensibbiltà u sensittività daqskemm żvilupp mentali.

Rajt li tellajt stampa fil-wiki fl-artiklu rigward il-Baħar Eġew. Jimporta fid-deskrizzjoni ta' l-istampa tikteb il-fonti tagħha? Tidher li ġejja mis-CIA World Factbook imma xtaqt naċċerta ruħi. Jekk l-istampa ġibtha minn fuq wiki ieħor mhux problema. Dan qed ngħidulek mhux biex naqbad miegħek iżda minħabba li ġratli xi ħaġa simili meta tellajt xi mapep fil-wiki Ingliż. Din il-ġimgħa ħa jkolli ndur dawra ma' l-istampi kollha tal-wiki u nara taħt liema liċenzja huma rilaxxati. Ma nixtieqx li jkun hemm ksur ta' xi drittijiet ta' l-awtur --Roderick Mallia 20:09, 22 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]


Kif qiegħed tinduna għandi diffikultà kif intella' l-istampi. Eħe mill-Wikipedia ġibtha, mill-artiklu Aegean Sea. Anka ta' Superman ppruvajt inġib dawk li hemm fis-sit bl-Ingliż imma dik telgħet :/ Tieħu paċenzja u tirranġahomli? Grazzi --Ferdinand 20:16, 22 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]

Ma ġara xejn :) Ħalli f'idi issa nirranġahom jien. Jekk ikollok xi problema dwar il-wiki tiddejjaq xejn issaqsini. --Roderick Mallia 20:23, 22 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]

Ferdinand, qed ninnota li qed toħloq ħafna artikli li skond il-politika tal-Wikipedija, għandhom jitqiesu bħala stubs peress li ma fihomx biżżejjed informazzjoni. Jekk jogħġbok, meta tkun ser toħloq artikli simili żid {{stub}} fil-bidu ta' l-artiklu.--Roderick Mallia 11:04, 24 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]

Rużar Briffa[immodifika s-sors]

Artiklu sabiħ fuq poeta li jogħġobni. Good job ;)) mill kesħa tat-tramuntana isellimlek Joe

Your account will be renamed[immodifika s-sors]

03:52, 18 Marzu 2015 (UTC)

09:59, 19 April 2015 (UTC)