Diskussjoni:Tavla perjodika

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Diskussjoni:Tavla Perjodika)
Jump to navigation Jump to search

Noti[immodifika s-sors]

Għażiż Borgdylan nixtieqek li terġa' tagħti daqqa t'għajn lejn dan l-istess artiklu. Naf li forsi iddedikajt ħafna ħin fuqu, u ta' dan napprezzawh.. imma aħjar li toħolqu b'mod li jkun joffri aktar ordni u jaqbel mal-manwal ta' l-istil tal-Wikipedija. Dawn huma xi punti li naħseb li hemm bżonn li jsiru reviżjonijiet fuqhom.

  1. Jitneħħa l-heading "Introduzzjoni" u dak il-paragrafu minflok għandu jitpoġġa fil-bidu ta' l-artiklu taħt ebda sezzjoni.
  2. Nixtieq nissuġġerilek li ma tantx tibqa' tuża' tags bħal <ul> jew <li>. Aħjar li b'mod mill-aktar ħafif tuża' mill-inqas dawn it-tags. <br/> hi aċċettata però mhux b'eċċessività.
  3. Ir-"Referenzi" għandhom jitbiddlu; naf li forsi ksibt l-informazzjoni minn fuq en.wiki, però billi tant hu kontenut b'xejn ma nistgħux niktbu li kull artiklu ġej minn fuq il-Wikipedija Ingliża. Jekk imbagħad tkun ksibt xi informazzjoni partikulari u ma tkunx imsemmija fuq Wikipedija oħrajn, f'dak il-każ tista' tagħmel referenza. Fil-każ tiegħek aħjar inneħħuha, minħabba li diġà hemm interwiki li hi l-istess bħar-referenza.

Grazzi. Chrisportelli 11:07, 6 Awwissu 2008 (UTC)

L-isem[immodifika s-sors]

Għaliex Tavla u mhux Tabella? Din ta' l-aħħar qed tintuża b'mod komuni biex tfisser 'table' --Roderick Mallia 10:50, 7 Awwissu 2008 (UTC)

Appuntu trid tkun Tabella Perjodika mhux Tavla Perjodika. --Gian 11:14, 7 Awwissu 2008 (UTC)

Naqbel magħkom, u l-isem naħseb li għandu jkun 'Tavla perjodika'. Chrisportelli 11:17, 7 Awwissu 2008 (UTC)

Naħseb ridt tgħid 'tabella perjodika' chris. --Gian 11:20, 7 Awwissu 2008 (UTC)

Skużani hekk ridt ngħid ;) Chrisportelli 14:11, 7 Awwissu 2008 (UTC)

Isem[immodifika s-sors]

Bit-Taljan jgħidu Tavola Periodica u allura bil-Malti għandna ngħidu Tavla Perjodika.

Dylan Borg 12:12, 7 Awwissu 2008 (UTC)

Ċert fuqha din? Fis-sens, taf biċ-ċert li din hija t-traduzzjoni Maltija ta' dil-frażi? Fiż-żmien kienet teżisti t-tavla ta' multiplikazzjoni (multiplication table) però ma nafx saritx tabella din. Veru li bit-Taljan tingħad b'dak il-mod, però jekk xejn ix-xjenza ġibniha mill-Ingliż (bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu) jiġifieri rridu naraw x'qed jintuża bħalissa --Roderick Mallia 12:26, 7 Awwissu 2008 (UTC)

Tfittxija ta' malajr fuq il-Google tatni dawn: [1] u [2]. Jidher li għallinqad fuq l-eteru, tabella hija iktar komuni. --Roderick Mallia 12:32, 7 Awwissu 2008 (UTC)


"Tavla" hi korretta. "tabella" bil-Malti tfisser "Sign" jew "notice" bħal 'Waħħal tabella fuq il-bieb'. Naħseb li l-eżempji [3] li ta Roderick ma tantx huma ta min jorbot fuqhom għax l-ismijiet ta' l-elementi huma kollha ħziena ibda minn "ĦAJDROĠIN".

"Leli Forte 13:19, 7 Awwissu 2008 (UTC)"

Tabella bħala table donnha qabdet sew ukoll Leli. Anke fuq dokumenti uffiċjali --Roderick Mallia 13:24, 7 Awwissu 2008 (UTC)

Tabella tista' tkun hemm tabella ta' xi avviż u anki biex turi table. Jien nipproponi li aħjar li kieku ssir 'Tabella perjodika' għax anki jekk forsi t-termini Taljani huma qrib ħafna ta' dawk Maltin, imma rridu nieħdu mis-sens u naħseb li f'dan il-każ aħjar nużaw tabella. Inħalli f'idejn l-opinijonijiet tagħkom. Chrisportelli 14:16, 7 Awwissu 2008 (UTC)

Leli kien qalli li t-traduzzjonijiet jistgħu jsiru mit-taljan u ftakru li dak li jaqbad mhux ta' bilfors tajjeb. Ħafna siti għandhom żball. Dak il-metodu użat minn xi ħadd jista' jkun metodu ħażin. Bilħaqq intom kemm tifhmu fil-kimika?. Ħallu għal min studja dawn l-affarijietu mhux kull kelma hi tradotta direttament- Man (en) ma tiġix mannu bil-Malti imma raġel.

Dylan Borg 11:23, 8 Awwissu 2008 (UTC)

Le ta, tabella tfisser table mija fil-mija, tiftakru fl-O-Level, kien hemm ktieb jismu' Grammatika f'kuntest? għal kelma table kien jagħmel użu mill-kelma tabella mhux tavla.

@borgdylan.. biex tkun taf id-differenza bejn tavla u tabella ma tridx tkun taf il-kimika. Avvolja jekk se toqgħod titħaddet personali, iva jien studjajtu l-kimika fl-O-level, iżda kont għażilt li nkompli fiżika u matematika fl-A-Level, jiġġiefieri toqgħodx tagħmila tal-bully hawnhekk, king.

--Gian 11:33, 8 Awwissu 2008 (UTC)

Gian, m'hemmx bżonn ta' aġġettivi biex inwasslu l-messaġġ --Roderick Mallia 12:51, 8 Awwissu 2008 (UTC)

Dylan, BSc biżżejjed? Jekk le, kun af li qed nistudja l-mediċina bil-ħsieb li nispeċjalizza fit-tossikoloġija. Jiġifieri l-kimika għal qalbi :) Imma jekk niġu f'dan, ħadd qatt ma tgħallem il-kimika jew ix-xjenza bil-Malti! Imma ħalli ma niddevjax u nkomplu fuq l-argument: teknikament, ħafna drabi nittraduċu mit-Taljan, veru. Hekk jiġri ta' spiss fil-mediċina u f'xi xjenzi oħra għall-argument. Però il-prevalenza tal-Ingliż f'dawn ix-xjenzi qed iġġib ċaqlieq ukoll mil-lok minn fejn nisellfu u nsawwru r-reġistru tagħna. U żgur, jaf ikun hemm min jiżbalja f'das-siti (għallinqas f'għajnejna), però żomm f'moħħok li l-lingwa tevolvi u ċertu kliem ma jibqax moda, biex ngħidu hekk. Illum-il ġurnata, jidhirli li b'mod ġenerali, tavla bħala table tilfet postha, u minflokha daħlet tabella. U tabella tidher anke f'publikazzjonijiet tal-Malti. Għaldaqstant, jiena tal-idea li nżommuhom it-tnejn, għax Dylan mhux jgħid ħażin anqas - għad hawn min forsi juża tavla għal dan il-għan. Fid-dizzjunarju (kemxejn antik) tiegħi biss biss, jaħgtini għall-argument, tavla tal-multiplikazzjoni, jiġifieri Dylan mhux qed jgħid ħażin sa barra. Nissuġġerixxi li nirrindirizzaw dan l-artiklu għal "Tabella Perjodika", għax jidher li ż-żewġ verżjonijiet għad għandhom użu. Iż-żmien imbagħad, jagħtina parir dwar liema għandna nżommu --Roderick Mallia 12:51, 8 Awwissu 2008 (UTC)


Ħarist lejn lingwi oħra u sibt li fil-Ġermaniż, fl-Olandiż u fil-lingwi Skandinavi jużaw "Sistema" minn flok "Tavla" jew "Tabella". Forsi din hi s-soluzzjoni. Imbagħad "tavla" jew "tabella" it-tnejn jistgħu jintużaw fit-test bħala sinonimi. In fatti fit-test Taljan tintuża wkoll "tabella". Għalhekk kulħadd għandu raġun. Ħbieb, ejjew ma naħlux żmien wisq fuq dan id-dettal għax għandna ħafna xogħol x'nagħmlu.

"Leli Forte 14:06, 8 Awwissu 2008 (UTC)"

Ma narax il-kelma 'sistemà' bħala s-soluzzjoni. Forsi jien ma nifhimx fil-kimika, imma minn dak li naf mix-xjenza u mill-fiżika, naf li aħna ma ngħidux 'sistemà perjodika'. Aħna qed niddeskrivu t-table u mhux is-sistemà/il-proċess ta' xi ħaġa. Però nirringrazzjak talli ħriġt b'idea kemmxejn ġdida. Chrisportelli 14:24, 8 Awwissu 2008 (UTC)
Naħseb b'sistema (li tinkiteb mingħajr aċċent) inkunu qed nazzardaw wisq għax inkunu ħloqna frażi li ħadd ma jifhem. Leli, veru hemm ħafna xogħol xi jsir però li niddiskutu qabel ma nfattruha huwa dejjem aħjar għax nevitaw l-inkonvenjent li noqgħodu nibdlu żżejjed iktar 'il quddiem. Jekk jaqbel kulħadd, noħloq riindirizz minn Tavla Perjodika lejn Tabella Perjodika, li għallinqas għalissa, tidher li hija l-iktar verżjoni użata. U b'hekk ikollna ż-żewġ daħliet fil-Wiki. Taqblu? --Roderick Mallia 14:32, 8 Awwissu 2008 (UTC)

Għalija mhux problema, l-importanti hija li tabella tkun il-waħda prinċipali. --Gian 14:46, 8 Awwissu 2008 (UTC)


Jekk tħarsu lejn "Periodic System" fl-Ingliż issibu li din riindirizzata għal "Periodic Table", jiġifieri t-tnejn użati. U wkoll ma naħsibx li l-lingwi li semmejt kollha għandhom żball! Ma dan kollu nħalli f'idejkom.

"Leli Forte 14:56, 8 Awwissu 2008 (UTC)"

Jien ngħid li l-artiklu jibqa fejn hu imma nagħmlu paġni ta' rindirizzament li jipperemettu lil min ifittex bi kliem ieħor li jasal fejn suppost. Dylan Borg 14:59, 8 Awwissu 2008 (UTC)

Redirects[immodifika s-sors]

Jien għamilt redirect biex min ifittex Tabella Perjodika isib link għal Tavla Perjodika

Dylan Borg 16:34, 15 Awwissu 2008 (UTC)