Diskussjoni:Struttura .NET

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Żgur li "runtime" mhux ħa nsibuha f'Aquilina għax kienet ivvintata wara, imma forsi għandna nkunu iżjed oriġinali u naqgħux fl-għaż li dejjem nużaw l-Ingliż. Forsi xi ħadd jista' jissuġġerixxi kelma aħjar minn "ħintwettieq".

92.251.32.99 20:18, 9 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Naħseb li għal dan il-mument huwa opportun li nibqgħu nużaw "runtime", però minħabba l-influss kbir ta' termini ġodda Ingliżi, diversi kliem qed jiġu adottati għal-lessiku Malti u jiġu aċċettati bħala kliem Maltin. Jekk jasal il-mument biex tiġi mibdula din il-kelma, jew din il-kelma tinkiteb rantajm bħal ma sar f'diversi kliem Anglosassoni li ġew adottati għall-Malti (però xorta naraha bħala traduzzjoni fqira u li ma turihx il-veru sinjifikat tal-kelma). Imbagħad opzjoni ta' traduzzjoni oħra hi dik li naraw lingwi oħra x'qed jużaw, u fost oħrajn qed jużaw ħin ta' eżekuzzjoni, li anke jekk mhix kelma żgħira daqs runtime, però hi waħda tajba fl-opinjoni tiegħi. –Chrisportelli (d) 05:57, 10 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Iż-Żewġ Runtimes[immodifika s-sors]

Bħala programmatur u qarrej tal-artikli fuq l-MSDN (Microsoft Developer Network) jien nista ngħid illi fix-xjenza tal-kompjuter runtime għandha żewġ tifsirit skond f'liem kuntest tinsab.

1. a/the runtime - bil-Malti tibqa Runtime għax hu li hemm bżonn biex il-programm jaħdem.
2. at/during runtime - bil-Malti ħin tal-eżekuzzjoni għax dan hu l-ħin li fih il-programm ikun qed jiġi eżegwit.

Is-CLR hu Runtime tal-ewwel tip u allura ma jirreferi għall-ebda ħin. Runtime tat-tieni tip ma jissemix fl-artiklu.

Dylan Borg 15:18, 10 Marzu 2009 (UTC)[wieġeb]

Suġġerimenti[immodifika s-sors]

kowd--->kodiċi
assemblea--->assemblaġġ jew montaġġ (assemblea bil-Malti tfisser Parlament etc)
Awguri
Leli Forte (d) 11:44, 7 Awwissu 2009 (UTC)[wieġeb]

Grazzi tas-suġġerimenti Lel. Tal-Kodiċi nikkunsidraha. Imma fuq assemblea f'dan il-kas għamdek naqa ta' żball. Għax il-kelma hawn ma tridx tfisser assemblaġġ imma fil-fatt assemblea għax f'dan il-kas assemblea hija grupp ta' klassijiet.

Dylan Borg (d) 12:56, 7 Awwissu 2009 (UTC)[wieġeb]

Dejta--> data (fil-fatti "data" hi bil-Latin, il-plural ta' "datum" li tfisser "mogħti").
assemblei-->assemblej (bħal Ewropea, Ewropej)
tkun pjattaforma agnostika-->tkun anjostika għall-pjattaformi, ma jimpurtahiex mill-pjattaformi, indipendenti mill-pjattaformi
Leli Forte (d) 11:09, 12 Awwissu 2009 (UTC)[wieġeb]

Grazzi mill-ġdid Lel. Dylan Borg (d) 08:23, 13 Awwissu 2009 (UTC)[wieġeb]