Aqbeż għall-kontentut

Diskussjoni:Fort Mosta

Page contents not supported in other languages.
Żid diskussjoni
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Latest comment: xahrejn ilu by SamuelZammit in topic Titli konvenzjonali

Titli konvenzjonali

[immodifika s-sors]

@SamuelZammit - wieħed mill-mod ta' kif nitgħallmu fuq il-Wikipedija huwa billi nagħmlu li naħsbu li u tajjeb u naraw ikunx hemm reazzjoni ta' xi ħadd. :-) F'dan il-każ hemm reazzjoni mingħandi b'żewġ punti:

1. m'hemmx bżonn tiħoloq paġna ta' rindirizz għal kull isem għax dan jista' jsir ukoll permezz ta' Wikidata, anzi aħjar jekk isir hekk (ara per eżempju: Rotunda -- fittex Rotunda fuq mt.wikipedia.org u tara li jieħok fuq l-artiklu tal-knisja tal-Mosta). Din se nħalliha, tal-anqas għalissa.
2. Konvenzjonalment, it-titli fuq il-Wikipedija bil-Malti ma nagħmlu l-artiklu definit għalihom. Allura, per eżempju hija Forti tal-Mosta u mhux Il-Fortizza tal-Mosta imma Fortizza tal-Mosta. Tista' tara ukoll eżempji oħra, ngħidu aħna hawn: Kategorija:Fortizzi f'Malta. Din tal-artiklu rranġajtha jien diġa fuq Fortizzi tal-Mosta.

Mill-bqija kompli għaddej bil-ħidma eċċellenti li qed tagħmel fuq il-Wikipedija. Grazzi u prosit tassew! -- ToniSant (d) 15:11, 15 Novembru 2025 (UTC)Wieġeb

Grazzi tar-risposta u talli rranġajt it-titlu. Biex ngħidlek il-verità ma kontx ċert ta' kif għandi nagħmel it-titlu, għax rajt l-artikli fuq il-lokalitajiet/rħula ta' Malta u mhux kollha konsistenti (pereżempju: Mosta mingħajr artiklu imma hemm ukoll Iż-Żurrieq bl-artiklu). Ma stajtx insib ukoll kif tista' tbiddel it-titlu ta' paġna, imma naħseb issa rnexxili nsib minn fejn.
Rigward l-ewwel punt tiegħek fuq il-Wikidata, qed tirreferi għas-sezzjoni "Wikipedia" fuq il-paġna tal-Wikidata (https://www.wikidata.org/wiki/Q153816)? Hawnhekk żidt l-artiklu li ħloqt jien ("Bażilika ta' Santa Marija Assunta, Mosta"). SamuelZammit (d) 09:12, 18 Novembru 2025 (UTC)Wieġeb