Diskussjoni:Enrico Mizzi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Skużawni jekk ma ipprosegwejtx bix-xogħol fuq dan l-artikolu. Attwalment qed nagħmel bosta riċerki fuq il-persunaġġ, ibqgħu ċerti li 'l quddiem intejjeb bil-bosta dan l-artikolu.

Ciao, Ederico.

Isma', min għamel il-modifiki tekniċi? Dan nista' nitgħallem nagħmlu jien jew hija xi funzjoni esklussiva ta' l-amministrazzjoni?

Nirringrazzja lil min kien tal-modifiki, hekk aħjar.

Edric Micallef Figallo 11:19, 26 Marzu 2006 (UTC)

Isma', xi ħadd niżżel il-post tat-twelid ta' Nerik Mizzi bħala Għawdex. Jien personalment mhux ċert rigward dan. Li hu ċert huwa li missieru Fortunato kien minn familja Għawdxija iżda anke hu għex ħafna minn ħajtu il-Belt Valletta, kif għamel l-istess Enrico Mizzi.

Nerik, studju żgur is-Seminarju ta' Għawdex u sirt anke naf li kien jirresjedi fil-lokalità ta' Fontana.

Rigward il-post eżatt tat-twelid mhux ċert 100%, nipprova insaqsi lill-iben Nerik Mizzi stess din il-ġimgħa rigward dan id-dettal.

Edric Micallef Figallo 11:26, 26 Marzu 2006 (UTC)

Il-modifiki attwajthom jien stess. Bażikament ma hemm xejn diffiċli. Ħafna drabi kulma tkun trid tagħmel huwa li ssib artiklu simili, f'dan il-każ tista' tara l-artiklu dwar Dom Mintoff u litteralment tikkopja t-templates eżistenti (fil-wiki hemm it-tendenza li kull kategorija tuża l-istess template). Wara li tagħmel dan, kulma jkun jonqos huwa li timmodifika d-dati u l-informazzjoni relevanti. Xejn ta' barra minn hawn. U wkoll, biex toħloq link għal paġna oħra fil-wiki inkludiha bejn il-parenteżi kwadrati [[ ]]. Bl-esperjenza tibda tinduna liema kliem għandek tinkludi jew le. Normalment dawn ikunu ismijiet ta' xi movimenti, dati, snin, persunaġġi, eċċ.

Rigward l-post tat-twelid filkas inħalli f'idejk. --Roderick Mallia 11:50, 26 Marzu 2006 (UTC)


Ħalli f'idi. -- Edric Micallef Figallo 12:50, 26 Marzu 2006 (UTC)


Isma', fil-pussess tiegħi għandi fotokopja tal-gazzetta nazzjonalista Patria li tikkommemora l-persuna ta' Nerik Mizzi mal-mewt tiegħu. Xtaqt nitfa' xi estratti grafiċi minn fuqha iżda għandi problema teknika. Il-gazzetta kienet tuża karta enormi (naħseb A3) u ovvjament fl-iskansur (scanner) tiegħi ma toqgħodx. Tafu xi mod kif nista' nirmedja din il-problema? Forsi xi ħanut li jista' jaqdini (preferibilment il-Belt jew viċin l-Università)?

Il-gazzetti in kwistjoni huma fantastiċi bħala materjal storiku, u jien furtunat peress li mill-Bibljoteka Nazzjonali ta' Malta jien ħriġt l-aħħar fotokopji peress li l-kundizzjoni tagħhom ma tippermettix aktar il-fotokopjaġġ, almenu skond il-librar.

Edric Micallef Figallo 12:55, 26 Marzu 2006 (UTC)

Idea verament tajba Edric! Il-Belt jidhirli li hemm il-ħanut tal-Xerox fil-bidu ta' Strada Stretta li sa fejn naf jien dejjem, jagħmel fotokopji ta' daqsijiet varji. Lejn l-Università ma nafx ngħidlek bl-eżatt, imma jidhirli li l-Microcopy u l-Copy Club huma pjuttost attrezzati. U forsi anke l-Engineer Centre li hemm faċċata tal-Microcopy jaf jaqdik f'dan ir-rigward. --Roderick Mallia 13:09, 26 Marzu 2006 (UTC)


Grazzi Roderick, issa meta nirritorna l-Belt immur fejn għidtli u nara jien. Problema oħra, din insolvuha malajr, għadni kif impustajt l-aħħar kliem ta' Nerik Mizzi fuq is-sodda tal-mewt, li però huma bit-Taljan. Biex nagħti apparenza professjonali xtaqt nagħmel traduzzjoni bil-Malti li iżda tkun imniżżla fir-referenzi tal-paġna u mhux dritt mal-kliem oriġinal. Dan biex id-dehra tkun aħjar.

Se nagħmel it-traduzzjoni, jekk tista' tagħmilhom referenzi nirringrazzjak:

"Nitlob maħfra l'Alla ta' dnubieti kollha. Jekk din hija l-volontà tas-Sinjur jien naċċetta bil-qalb il-mewt. Għidu lil kulħadd li jien dejjem għamilt dmiri u għandi l-kuxjenza trankwilla li għamilt kollox għall-Patria. Naħfer lil kulħadd kif nixtieq li kulħadd jaħfer lili"

It-traduzzjoni tal-kliem lit-tifel:

"Ħu ħsieb 'l mamà. Ikkumbatti għar-Reliġjon u għall-Patria."

Eżempji ta' artikli b'referenzi issibhom hawnhekk:: Lingwa Awżiljari Internazzjonali, Antonio Sciortino, jekk tagħti titwila lejn is-sors, ix-xogħol jurik kif tagħmilhom --joelemaltais [[User talk:Joelemaltais]] 10:47, 27 Marzu 2006 (UTC)

Problema oħra hija jekk hux possibli ntella' dokument kommemorattiv f'format PDF li nħareġ mal-mewt ta' Enrico Mizzi. Id-dokument mhux suppost kopert mid-drittijiet ta' l-awtur, però jien ħriġtu mill-Bibljoteka ta' l-Università u ma nafx hux possibli nitfgħu hawn. Jien naħseb li nistgħu, il-problema però li d-dokument huwa mdaqqas, xi 8MB.

Edric Micallef Figallo 13:34, 26 Marzu 2006 (UTC)

jekk int għandhek permess tippublika dan id-dokument tista tibgħatuli un naqilbu f'jpeg jew gif (kif jaqbel l'aħjar)--joelemaltais [[User talk:Joelemaltais]] 10:47, 27 Marzu 2006 (UTC)

Roderick, jien mhux fotokopji għandi bżonn, iżda mod kif minn karta stampata nitfegħhom fuq xi diska (floppy disc) jew disku kumpatt (compact disc) biex inkun nista' nitfagħhom fuq il-computer u minn hemm intellagħhom fuq Wikipedija. Xi tgħidli dwar dan? Tgħid jaqdini xi ħadd?

Edric Micallef Figallo 13:53, 26 Marzu 2006 (UTC)

Ah fhimtek ħażin! Skużani! Xorta naħseb li l-Xerox tal-Belt jaf jaqdik fuq hekk. U jekk ma tinqediex mingħandu dejjem hemm tal-Kodak f'Strada Reale l-Belt stess. Jiena kieku nipprova hemm l-ewwel għax biex inkun sinċier, l-ħwienet li hemm fl-akwati ta' l-Università ma naħsibx li jagħmlu dan it-tip ta' xogħol. Forsi l-Copy Club biss... --Roderick Mallia 16:40, 26 Marzu 2006 (UTC)

Kummenti fuql-istil[immodifika s-sors]

Edric, hadt gost li inbeda dan l-artklu, NM huwa persunaġġ ta' interess kbir. Però nixtieq ngħid li ma naqbilx ħafna ma l-istil tiegħek. Int tibda:

Enrico Mizzi kien iben il-Pater Patriae (Padre della Patria jew Missier il-Patria) Fortunato Mizzi....
  • L-aħjar hawnhekk, bħala Enċiklopedija, tikkonċentra fuq il-fatti ... li Fortunato Mizzi issejaħlu Pater Patriae hija opinjoni personali. Tista tgħid f'artiklu fuq Fortunato Mizzi li dan kien ikkunsidrat min ħafna bħala Pater Patriae jekk ir-riċerka tiegħek twassal għall din il-konklużżjoni.


tissokta:

Ħadd ma jista' jiċħad li missier Nerik Mizzi, Fortunato Mizzi, kien patrijott u nazzjonalist kbir li sa s-sena l-oħra kien ikkommemorat mill-Partit Nazzjonalista fit-tessera tas-sħubija ta' l-2005.
  • Jekk inti tikteb fuq NM għandhekk tiffoka fuqu u mhux fuq missieru. U aktar min hekk għalfejn Ħadd ma jista' jiċħad? fl'oppinjoni tiegħi emfasi inneċessarja ... ma tistgħax timponi.. forsi hemm min jiċħad ..min jaf?. b'liema dritt ma tħallihomx ;o)

Jekk tikteb Artiklu fuq FM tista tgħid hekk:

Sa' llum Fortunato Mizzi, huwa ikkunsidrat bħala patrijott u nazzjonalist kbir, u ta' rwol formattiv għan-nazzjonalismu Malti. Il-fatt li il-Partit Nazzjonalista ikkomemoratu fit-tessera tas-sħubija ta' 2005 jirrefletti dan ir-rwol

X'taħseb? Tista taqra Manual of Style u NPOV

saħħa u ninkoraġġik li tkompli tikteb hawn --joelemaltais [[User talk:Joelemaltais]] 13:55, 27 Marzu 2006 (UTC)


Iva se nipprova nagħti ton aktar imparzjali, jew newtrali kif speċifikat mill-politika tal-Wikipedija. Jien mhux wieħed li nipparteċipa fi proġett u ma nsegwix il-politika tiegħu.

Jien fatti ktibt u xejn aktar, ir-riċerka tiegħi fis-suġġett hija relattivament estensiva u naf x'jien nikteb. Dak li ktibt s'issa huwa prattikament kollu mill-memorja iżda għall kull dikjarazzjoni nista' faċilment, jekk il-ħin jippermetti, noffri referenzi għal materjal oriġinali, kummentarji kontra it-teżi miktuba u anke analiżi fattwali u oġġettiva.

Iżda nippreċiża li jien nemmen fl-oġġettività u mhux neċessarjament fl-imparzjalità newtrali (iż-żewġ kunċetti huma distinti u spiss anke kunflittwali f'bosta każi).

Aħseb ftit, jekk int għandek per eżempju 5 persuni, tnejn jgħidu l-verità, tnejn qegħdin intenzjonalment jgħidu l-falz, u l-ieħor jgħid il-falz għax ġenwinament jemmen li dak huwa veru, x'jiġri? L-imparzjalità tawspika illi jingħad kollox b'mod deskrittiv u kull pożizzjoni tkun meħuda per se, iżda l-oġġettività tgħid illi għandha tingħad il-verità tal-fatti u mhux sempliċiment kollox qisu kollox hu validu? U jekk ikun hemm kuntrast bejn teżi u oħra? Naslu għal sinteżi li hija nofsha vera u nofsha falza a skapitu tal-verità sħiħa? Dak ikun disservizz lejn il-qarrejja.

Fortunato Mizzi kien jingħad li kien Pater Patriae mhux minni, imma mill-Maltin ta' żmienu u dawk li ikkommemorawh dritt wara mewtu, li kienu fl-eluf u prattikament in-nazzjon kollu skond xi rakkonti li qrajt u li ma kienux miċħuda minn oħrajn. Huwa l-Pater Patriae għax kien dak li beda bis-serjetà n-nazzjonaliżmu Malti speċjalment bħala moviment tal-massa. Jekk dan mhux biżżejjed biex jimmerita tali deżinjazzjoni, allura nistgħu ngħidu li jekk hemm sempliċi persuna waħda ma taqbilx ma' xi ħaġa dan ifisser li dik il-ħaġa ma tistax tittieħed bħala verament fattwali u oġġettiva. Dik tkun pożizzjoni ridikola, għax wieħed ma jaqbilx ma' fatt dan ma jfissirx li dak mhux fatt. Hawn kapaċi nidħlu f'basla filosofika enormi.

Rigward Fortunato Mizzi kienx patrijott u nazzjonalist kbir, ngħidlek li dik hija verità oġġettiva u li jingħad li ma kienx ikun biss mod kif nonqsu milli ngħidu l-verità sabiex nakkommodaw l-opinjonijiet fattwalment u storikament żbaljati ta' uħud.

Jien personalment nemmen li għandha tingħad il-verità, anke jekk forsi xi wħud ma jaċċettawix għax ma tinżlilhomx. Jekk hemm min jiċħad tali dikjarazzjoni, juri l-verità tat-teżi tiegħu b'enfażi fuq materjal storiku oriġinali, miktub l-ewwel minn Fortunato Mizzi u minn min ikkummenta fuqu matul l-istorja b'mod fattwali u b'mod li jissostanzja t-teżi u l-opinjoni tagħhom rigward il-persunaġġ.

Jien ma nimponi xejn, iżda nikteb il-verità u kapaċi naffronta "veritajiet" oħra li huma l-aktar miżinterpretazzjonijiet jew gideb pur.

Jekk xogħolna huwa sempliċiment illi ngħidu illi dawk jgħidu hekk u dawk jgħidu hekk, mingħajr ma nagħtu indikazzjoni tal-fatti vera, allura nkunu qed nonqsu milli nagħtu l-verità storika lill-qarrejja u Enċiklopedija suppost tgħallem il-fatti. Jien ma se nikteb xejn li ma jirrapreżentax dan l-ispirtu.

Issa rigward il-modifika proposta minnek, naqbel magħha f'ġieħ in-newtralità sakemm din ma taqax għar-ridikolu, però ninfurmak illi hemm "i" f'artiklu minnhom li trid taqa'.

L-imparzjalità u n-newtralità mhux valuri per se, iżda jservu biss biex naslu għall-oġġettività, u din ta' l-aħħar mhux neċessarjament imparzjali u newtrali.

Rigward għala tkellimt fuq Fortunato Mizzi, dan sar peress li l-ġenituri ta' Enrico Mizzi spiss iżżefnu fin-nofs matul il-ħajja ta' l-aħħari, speċjalment il-fatt li missieru kien patrijott u nazzjonalist kbir u li ommu kienet Taljana. Nemmen ukoll li jkun tajjeb li jingħad fuq dawk it-tnejn, speċjalment meta għadhom ma jeżistux artikli separati fuqhom.

Ciao għalissa, ħa mmur nistudja Filosofija Politika ħa neħilsu għall-eżamijiet.

Edric Micallef Figallo 18:03, 27 Marzu 2006 (UTC)