Diskussjoni:Belt Kolonjali ta' Santo Domingo
Żid diskussjoniDehra
Latest comment: 10 xhur ilu by Trigcly in topic Repubblika Domenicana jew Repubblika Domenikana?
Repubblika Domenicana jew Repubblika Domenikana?
[immodifika s-sors]@Trigcly qed nosserva li għażilt Domenicana flok Domenikana għall-isem tal-pajjiż. Ċert li taf aktar minni x'inhu l-isem uffiċjali kif spellut formalment f'fora internazzjonali. Bħalissa għandna rindirizz minn Dominicana għal Dominkana fl-isem. Jekk Domenicana hija l-mod uffiċjali ta' kif għandna nispellu l-isem tal-pajjiż allura għandna nimmodifikaw fejn tidher spelluka bil-k u mhux mis-c. Ħassejtha stramba anke għax hemm code switching bil-kelma Repubblika fl-isem miktuba bil-Malti konvenzjonali flok bl-Ispanjol. Rindirizzi mhux problema jkollna, imma għandna naraw li nkunu konsistenti fl-ortografija fuq isem uffiċjali bħal dan. X'taħseb? -- ToniSant (d) 18:15, 19 Frar 2025 (UTC)
- Imxejt mal-isem uffiċjali bil-Malti. Fil-Wikidata jidhirli kont dort l-ismijiet tal-pajjiżi kollha skont l-isem uffiċjali bil-Malti (u daħħalt varjanti oħra bħala AKA). Trigcly (d) 07:27, 20 Frar 2025 (UTC)
- Kollox sew @Trigcly, però kif taħseb li għandna mmexxu hawn. Irrid ngħid, induru kull fejn jidher il-varjant u nikkoreġuhom jew naħdmu b'sempliċi rindirizz u barra bid-daqq? -- ToniSant (d) 12:02, 20 Frar 2025 (UTC)
- Jekk f'artikli oħra hemm Dominikana, tajjeb li tiġi mmodifikata. Għall-artiklu dwar il-pajjiż, tajjeb li jintuża l-isem uffiċjali, imma rindirizz għall-varjant naħseb li jaf ikun ta' għajnuna wkoll. Trigcly (d) 13:46, 20 Frar 2025 (UTC)
- Kollox sew @Trigcly, però kif taħseb li għandna mmexxu hawn. Irrid ngħid, induru kull fejn jidher il-varjant u nikkoreġuhom jew naħdmu b'sempliċi rindirizz u barra bid-daqq? -- ToniSant (d) 12:02, 20 Frar 2025 (UTC)