Aqbeż għall-kontentut

Cosmana Navarra

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Cosmana Navarra

Cosmana Navarra
Ħajja
Twelid ċ. 1600
Mewt 30 Jannar 1687
Familja
Missier Giovanni Cumbo
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni patrun tal-arti

Cosmana Navarra (ċ. 1600 – 30 ta’ Jannar 1687) kienet mara nobbli Maltija u patruna tal-arti.

Cosmana Navarra twieldet madwar is-sena 1600, bint Giovanni Cumbo u Cornelia Navarra. Ommha kienet ġejja minn familja nobbli u probabbli minn ħabba f’hekk li lil-bintha kienu spiss jirreferu għaliha b’dan il-kunjom. Wara l-mewt t’ommha, missierha żżewweġ lil Giovanna D’Anastasio. Binthom Timotea saret Suor Geltruda Cumbo (1613-–1656), meqjusa minn bosta bħala qaddisa. Fl-1615, Cosmana Navarra żżewġet lil Melchior Vella Cagliares, avukat u neputi tal-Isqof Baldassare Cagliares u huma kellhom wild wieħed, l-awtur Ġiżwita Ignazio Vella Cagliares (1618-–1640). Vella Cagliares miet fl-1624, u s-sena ta’ wara, Navarra żżewġet lil Lorenzo Cassar, li miet fl-1660. Hi baqgħet armla għall-bqija ta’ ħajjtiha.[1]

L-akbar partonċinju tagħha kienet il-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat. Infatti, Navarra nefqet aktar minn 30,000 skud fuq il-bini tal-knisja u t-tagħmir tagħha. Navarra kkummissjonat pitturi minn Mattia Preti, Melchiorre Cafà, Michelangelo Marullo, u Stefano Erardi għall-knisja. Barra minn hekk, hi bniet palazz faċċata tal-knisja, msejjaħ Casa Cosmana Navarra.[1]

Navarra kienet ukoll sid ta’ skjava jisimha Marietta, li kellha iben jismu Mosè. Dan il-wild trabba’ ġewwa d-dar ta’ Navarra u eventwalment sar qassis Kattoliku.[2]

Cosmana Navarra mietet fl-1687 fl-età ta’ 87 sena.[1]

  1. ^ a b ċ Xuereb, Nadette (2021-01-01). "Cosmana Navarra (1600-1687): The Role of a Female Patron of the Arts in Baroque Malta". M.A. in History of Art (by Research), University of Malta.
  2. ^ Lanfranco, Guido (2007). "Xogħol tal-Iskjavi fost il-Maltin" (PDF). Programm tal-Festa tal-2007 tal-Għaqda San Leonardu ta’ Ħal Kirkop (bil-Malti). Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-15. Miġbur 2025-04-10.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)