Colonia del Sacramento
| Colonia del Sacramento | ||
|---|---|---|
|
| ||
|
| ||
|
| ||
| Amministrazzjoni | ||
| Stat sovran | Urugwaj | |
| Department of Uruguay | Dipartiment ta' Colonia | |
| Isem uffiċjali | Colonia del Sacramento | |
| Ismijiet oriġinali | Colonia del Sacramento | |
| Kodiċi postali |
70000 | |
| Ġeografija | ||
| Koordinati | 34°28′12″S 57°50′36″W / 34.4699°S 57.8434°WKoordinati: 34°28′12″S 57°50′36″W / 34.4699°S 57.8434°W | |
| Superfiċjenti | 6,106 kilometru kwadru | |
| Għoli | 27 m | |
| Demografija | ||
| Popolazzjoni | 26,231 abitanti (2011) | |
| Informazzjoni oħra | ||
| Fondazzjoni | 1680 | |
| Kodiċi tat-telefon |
452 | |
| Żona tal-Ħin |
America/Montevideo (en) | |
| bliet ġemellati | Pelotas, Feltreu Guimarães | |
Colonia del Sacramento (bl-Ispanjol: [koˈlonja ðel sakɾaˈmento]; bil-Portugiż: Colônia do Sacramento) hija belt fil-Lbiċ tal-Urugwaj, max-xmara Río de la Plata, faċċata ta' Buenos Aires, l-Arġentina. Hija waħda mill-eqdem bliet fl-Urugwaj u hija l-belt kapitali tad-Dipartiment ta' Colonia. Għandha popolazzjoni ta' madwar 27,000 ruħ.
Il-kwartier storiku tal-belt tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995.[1][2] Colonia del Sacramento moderna tipproduċi t-tessuti u għandha żona tal-kummerċ ħieles, kif ukoll ċentru politekniku u diversi binjiet tal-gvern.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li l-monarkija Portugiża reġgħet ħadet il-poter, ir-Re Pietru II fittex li jsolvi l-kwistjoni tal-fruntiera tan-Nofsinhar tal-Brażil. Manuel Lobo, b'ħames bastimenti li kien fihom madwar 400 suldat, artiġjani, mastrudaxxi u naġġara, u 18-il arma tan-nar, irnexxielu jasal fuq il-Gżira ta' San Gabriel fl-20 ta' Jannar 1680. Fit-28 ta' Jannar, dawn bdew jistabbilixxu postazzjoni.
José de Garro bagħat spjuni minn Santo Domingo de Soriano fit-22 ta' Frar 1680, wara li ngħata rispons negattiv fl-10 ta' Frar għall-ultimatum tiegħu biex jitilqu mis-sit. Garro bagħat qawwa ta' 3,400 raġel taħt il-kmand ta' Antonio de Vera Mujica, u ħakem il-belt assedjata fil-lejla tas-6–7 ta' Awwissu 1680. Lobo ttieħed bħala priġunier lejn Buenos Aires, fejn miet fis-7 ta' Jannar 1683. Permezz ta' trattat iffirmat fl-1681 bejn Spanja u l-Portugall, Colonia ġiet irritornata lill-Portugall.
Il-Marexxall Duarte Teixeira Chaves wasal fuq il-Gżira ta' San Gabriel fil-25 ta' Jannar 1683, u beda l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-insedjament. Il-Marexxall Cristóvão Dornelas Abreu kien il-gvernatur tal-post sal-1690, meta Dom Francisco Naper de Lencastre ħa r-riedni f'idejh. Il-kuntrabbandu u l-kaċċa tal-bhejjem tal-ifrat mill-Banda Oriental kienu l-komponenti prinċipali tal-ekonomija ta' Colonia. Lencastre ordna l-kostruzzjoni ta' djar tal-ġebel u tat-tajn bi bjut bil-madum, it-tkabbir tas-swar tal-belt, u ż-żieda ta' torri ffortifikat. Il-kolonjalisti kienu jkabbru l-qamħ, il-qanneb, il-kittien u l-vinji tal-għeneb, u kienu jesportaw il-ġlud tal-bhejjem tal-ifrat lejn Rio de Janeiro, filwaqt li kienu jimportaw l-injam u l-oġġetti tal-ikel. Sebastião da Veiga Cabral sar gvernatur fl-1699.
Bħala konsegwenza tal-Gwerra tas-Suċċessjoni Spanjola, il-gvernatur ta' Buenos Aires, Valdes Incian, beda l-Assedju ta' Colonia del Sacramento. Il-qawwiet tal-gvernatur Spanjol kien taħt il-kmand ta' Baltazar García Ros mit-18 ta' Ottubru 1704 sal-14 ta' Marzu 1705, meta l-kolonjalisti ġew evakwati mill-bastimenti Portugiżi. Il-knejjes u l-pont biss ma ġewx meqrudin.
Il-kolonja reġgħet ingħatat lill-Portugall permezz tat-Trattat ta' Utrecht. Manuel Gomes Barbosa ħadha f'idejh fl-10 ta' Frar 1718 flimkien ma' 1,040 kolonjalist. Iktar kolonjalisti waslu fl-1721. Antonio Pedro de Vasconcellos sar il-gvernatur fl-14 ta' Marzu 1722 u ttrasformaha fl-iżjed belt għanja u difiża sew fir-reġjun ta' Rio de la Plata. Dan kien jinkludi l-bastjuni kostali ta' São Pedro de Alcântara, São Miguel, Santo António, São João, Carmo, u Santa Rita.

Attakk ieħor matul il-Gwerra bejn l-Ispanjoli u l-Portugiżi (1735–1737) ma rnexxiex. Don Luis Garcia de Bivar sar il-gvernatur fl-1749, iżda miet fil-5 ta' Marzu 1760. Matul dak iż-żmien, qatt ma kien hemm konformità mat-Trattat ta' Madrid (it-13 ta' Jannar 1750) u finalment ma baqax jitqies iktar. Il-Brigadier Vicente da Silva da Fonseca mbagħad sar il-gvernatur. Fonseca ġie mġiegħel jarrendi u jċedi l-kolonja lil Pedro Antonio de Cevallos fil-11 ta' Ottubru 1762. Spanja rritornat il-kolonja fl-1762 permezz tat-Trattat ta' Fontainebleau, u Dom José Pedro de Figueiredo Sarmento sar il-gvernatur fis-27 ta' Diċembru 1763. Huwa ġie sostitwit minn Francisco José da Rocha fil-15 ta' Marzu 1777.
Permezz tat-Trattat ta' San Ildefonso fl-1777, il-kolonja għaddiet f'idejn l-Ispanjoli għal darb'oħra.
Imbagħad ġiet ittrasferita taħt il-kontroll tal-Portugiżi, u iktar 'il quddiem ġiet inkorporata fil-Brażil wara l-1816, meta l-Banda Oriental (l-Urugwaj) kollha nħatfet mill-gvern tar-Renju Unit tal-Portugall, il-Brażil u l-Algarves u bdiet tissejjaħ bħala l-provinċja ta' Cisplatina.
Fl-10 ta' Jannar 1809, qabel l-indipendenza tal-Urugwaj, ġiet iddeżinjata bħala "Vila" ("raħal" bil-Portugiż tas-seklu 19) u minn dak iż-żmien 'l hawn ġiet elevata għall-istatus ta' "Ciudad" ("belt" bl-Ispanjol).
Mill-indipendenza, Colonia del Sacramento kibret lejn it-Tramuntana u l-Lvant, iżda l-Bairro Histórico oriġinali ("kwartier storiku" bil-Portugiż jew Barrio Histórico bl-Ispanjol attwali) għad għandu l-pjanta b'toroq irregolari kif inbnew mill-Portugiżi, b'kuntrast mal-calles (toroq) usa' u ortogonali fiż-żona Spanjola iktar ġdida.
Fl-2022 ġie kkonfermat li l-Urugwaj kien qed jippjana li tinħoloq belt ġdida bl-istil ta' Silicon Valley f'Colonia bl-isem ta' Colonia Ala Este, sabiex l-immigranti Arġentini jitħajru jmorru jgħixu u jaħdmu hemmhekk fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika batuta tal-Arġentina. B'hekk il-popolazzjoni ta' Colonia mistennija tirdoppja għal madwar 60,000 ruħ. B'investiment inizjali ta' iktar minn US$100 miljun, ġie ppjanat li tinbena belt sostenibbli miftuħa għall-komunità bħala ċentru għall-industrija tal-ekonomija bbażata fuq l-għarfien b'erja ta' 500 ettaru, li tinkludi l-foresti u 7 kilometri ta' kosta, b'bajjiet bħal Calabrés u Fernando.
Kronoloġija tat-tmexxija
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-1680 sal-preżent il-belt ġiet immexxija kif ġej:
| Minn | Sa | Tmexxija | Raġuni tal-bidla fit-tmexxija |
|---|---|---|---|
| 1680 | 1680 | Portugall | ħakma ta' José de Garro |
| 1680 | 1681 | Spanja | trattat bejn Spanja u l-Portugall |
| 1681 | 1705 | Portugall | ħakma fil-Gwerra tas-Suċċessjoni Spanjola |
| 1705 | 1713 | Spanja | Trattat ta' Utrecht |
| 1714 | 1762 | Portugall | l-Ewwel spedizzjoni ta' Cevallos |
| 1762 | 1763 | Spanja | Trattat ta' Pariġi (1763) |
| 1763 | 1777 | Portugall | it-Tieni spedizzjoni ta' Cevallos |
| 1777 | 1811 | Spanja | rewwixta mmexxija minn José Gervasio Artigas |
| 1811 | 1817 | Liga Federal | ħakma Portugiża |
| 1817 | 1822 | Renju Unit tal-Portugall, il-Brażil u l-Algarves | Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Brażil |
| 1822 | 1828 | Brażil | Gwerra ta' Cisplatine |
| 1828 | preżent | Urugwaj |
Popolazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2011 Colonia del Sacramento kellha popolazzjoni ta' 26,231 ruħ.[3]
| Sena | Popolazzjoni |
|---|---|
| 1908 | 8,021 |
| 1963 | 12,846 |
| 1975 | 17,046 |
| 1985 | 19,102 |
| 1996 | 22,200 |
| 2004 | 21,714 |
| 2011 | 26,231 |
Sors: l-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika tal-Urugwaj.[4]
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Colonia del Sacramento għandha klima subtropikali umduża miti, deskritta mill-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen bħala Cfa. Is-sjuf ikunu sħan u x-xtiewi jkunu friski, bi ġlata u ċpar relattivament frekwenti. Il-preċipitazzjoni hija mqassma b'mod uniformi mas-sena kollha, b'medja ta' 1,039 millimetru (40.91 pulzier), u t-temperatura medja annwali hija 17 °C (63 °F).
| Data klimatika Colonia del Sacramento, l-Urugwaj (1991–2020, temp. estremi fl-1940–2020) | |||||||||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
| Temp. għolja rekord °C (°F) | 39.7 (103.5) |
37.4 (99.3) |
36.8 (98.2) |
34.6 (94.3) |
30.8 (87.4) |
36.0 (96.8) |
29.0 (84.2) |
35.0 (95.0) |
32.8 (91.0) |
36.4 (97.5) |
38.0 (100.4) |
38.7 (101.7) |
39.7 (103.5) |
| Medja massima kuljum °C (°F) | 28.7 (83.7) |
27.6 (81.7) |
25.8 (78.4) |
22.4 (72.3) |
18.7 (65.7) |
15.6 (60.1) |
14.6 (58.3) |
16.9 (62.4) |
18.6 (65.5) |
21.4 (70.5) |
24.6 (76.3) |
27.4 (81.3) |
21.9 (71.4) |
| Medja kuljum °C (°F) | 23.7 (74.7) |
23.0 (73.4) |
21.4 (70.5) |
18.3 (64.9) |
14.9 (58.8) |
12.0 (53.6) |
11.0 (51.8) |
12.7 (54.9) |
14.3 (57.7) |
16.9 (62.4) |
19.7 (67.5) |
22.3 (72.1) |
17.5 (63.5) |
| Medja minima kuljum °C (°F) | 18.8 (65.8) |
18.5 (65.3) |
17.0 (62.6) |
14.1 (57.4) |
11.2 (52.2) |
8.3 (46.9) |
7.3 (45.1) |
8.5 (47.3) |
9.9 (49.8) |
12.6 (54.7) |
14.9 (58.8) |
17.3 (63.1) |
13.2 (55.8) |
| Temp. baxxa rekord °C (°F) | 10.4 (50.7) |
9.9 (49.8) |
7.9 (46.2) |
4.4 (39.9) |
1.1 (34.0) |
−0.4 (31.3) |
−3.0 (26.6) |
−0.2 (31.6) |
1.5 (34.7) |
2.7 (36.9) |
5.3 (41.5) |
7.6 (45.7) |
−3.0 (26.6) |
| Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) | 100.5 (3.96) |
111.1 (4.37) |
125.8 (4.95) |
100.6 (3.96) |
82.5 (3.25) |
68.8 (2.71) |
75.8 (2.98) |
68.9 (2.71) |
78.3 (3.08) |
112.9 (4.44) |
103.5 (4.07) |
115.8 (4.56) |
1,144.5 (45.06) |
| Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 6 | 6 | 7 | 7 | 6 | 5 | 5 | 6 | 6 | 7 | 7 | 7 | 75 |
| Medja tal-umdità relattiva (%) | 66 | 70 | 73 | 74 | 75 | 77 | 76 | 73 | 71 | 71 | 68 | 66 | 72 |
| Medja fix-xahar għas-siegħat bid-dawl tax-xemx | 288.3 | 237.3 | 235.6 | 180.0 | 167.4 | 132.0 | 151.9 | 179.8 | 198.0 | 223.2 | 240.0 | 272.8 | 2,506.3 |
| Medja kuljum għas-siegħat bid-dawl tax-xemx | 9.3 | 8.4 | 7.6 | 6.0 | 5.4 | 4.4 | 4.9 | 5.8 | 6.6 | 7.2 | 8.0 | 8.8 | 6.8 |
| Sors 1: L-Istitut tal-Meteoroloġija tal-Urugwaj. | |||||||||||||
| Sors 2: NOAA (preċipitazzjoni fl-1991–2020). | |||||||||||||
Nisġa urbana
[immodifika | immodifika s-sors]Il-belt ġiet żviluppata fuq peniżola li tibqa' ħierġa 'l barra lejn Río de la Plata. Il-kwartier storiku ta' 16-il ettaru, jew iċ-ċentru storiku Portugiż, ġie mdawwar bi swar iffortifikati tul il-peniżola fejn issa hemm Calle Ituzaingó. Il-biċċa l-kbira tas-swar tneħħew fl-1777 u xi partijiet oħra li kien għad fadal tneħħew fl-1859. Il-parti Portugiża tal-belt għandha network ta' toroq irregolari.
'Il barra mis-swar, il-parti storika tal-belt ġiet ippjanat bl-istil kolonjali Spanjol u bi pjanta karatteristika ta' grilja.
It-tim tal-futbol professjonali lokali huwa Plaza Colonia, li ġie stabbilit fl-1917, u li jilgħab fl-Estadio Profesor Alberto Suppici. It-tim rebaħ il-Clausura tal-2016, l-ikbar suċċess tiegħu sa issa.
Deportivo Colonia, li ġie stabbilit fl-1999, tilef l-istatus ta' tim professjonali fl-2007. It-tim jilgħab fl-Estadio Miguel Campomar.
Il-klabb Club Atlético Plaza għandu timijiet tal-futsal, tal-volleyball u tal-basketball, kif ukoll tim tal-futbol li jilgħab fl-Estadio Néstor Naviliat.
Il-Plaza de Toros Real de San Carlos tal-belt hija arena li ma għadhiex tintuża għall-ġlied kontra l-barrin. Minflok ġiet rinnovata u issa tintuża bħala post biex jittellgħu l-ispettakli.
Attrazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Barrio Histórico (kwartier storiku) ta' Colonia del Sacramento tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995.[1] Fih xi toroq biċ-ċagħaq li nbnew mill-Portugiżi fis-seklu 17, u jinsab ftit 'il bogħod bil-mixi mit-terminal tal-laneċ tal-belt. Fost l-attrazzjonijiet turistiċi tal-belt madwar il-pjazza prinċipali bis-siġar ta' Plaza Mayor hemm:
- Portón de Campo – id-Daħla tal-Belt bil-pont tal-injam li jitla' u jinżel;
- il-fdalijiet tal-Fanal u tal-Kunvent ta' San Franġisk tas-seklu 17;
- il-Basílica del Santísimo Sacramento – il-Bażilika tas-Sagrament Imqaddes, li nbniet bil-ġebel mill-Portugiżi fl-1808;
- il-Mużew tal-Portugiżi – li nbena fis-seklu 18, b'għamara, ġojjellerija, uniformijiet u mapep antiki Portugiżi għall-wiri tal-ispedizzjonijiet navali Portugiżi;
- il-Casa de Nacarello – dar Portugiża tas-seklu 18;
- Calle de los Suspiros, triq storika;
- il-Mużew Muniċipali – li reġa' nbena mill-Ispanjoli fl-1835 bħala l-Casa del Almirante Brown, b'artefatti u dokumenti għall-wiri tal-perjodi u tal-kulturi differenti tal-belt;
- id-Dar tal-Viċirè – jew Casa del Virrey, li ġiet rikostruwita mill-fdalijiet oriġinali;
- il-Plaza de Toros Real de San Carlos, li qabel kienet arena tal-ġlied tal-barrin u issa saret post fejn jittellgħu l-ispettakli.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Kwartier Storiku tal-Belt ta' Colonia del Sacramento ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Trasport
[immodifika | immodifika s-sors]Colonia del Sacramento hija moqdija minn tliet linji ta' laneċ minn Buenos Aires, l-Arġentina: "Buquebus", "Seacat Colonia" u "Colonia Express".
Żewġ awtostradi prinċipali jintemmu f'Colonia: ir-Rotta Nru 1 tikkollega lil Colonia ma' Montevideo u tibqa' sejra lejn il-Lvant; ir-Rotta Nru 21 tikkollega l-belt mat-Tramuntana, inkluż l-Park Nazzjonali ta' Aarón de Anchorena, 30 kilometru (19-il mil) 'il bogħod u Fray Bentos. Hemm ukoll ajruport lokali għall-ajruplani ż-żgħar. Għaddej ukoll proġett biex il-mitjar jittawwal biex ikun jista' jakkomoda t-titjiriet kummerċjali lejn Buenos Aires (kif kien isir fl-imgħoddi) u bliet oħra fl-Urugwaj.
Il-belt hija moqdija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Laguna de los Patos li jinsab 6 kilometri (4 mili) minn Colonia tul ir-Rotta Nru 1.
Rappreżentanzi konsulari
[immodifika | immodifika s-sors]L-Arġentina u l-Portugall għandhom konsolat f'Colonia del Sacramento.
Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]- Veduti tal-Kwartier Storiku
- The Portuguese led attack on Nova Colonia, 6 January 1763
- Portón de Campo, the City Gate
- Another view of the City Gate
- Calle San Pedro, a typical street in the historic district
- The 1866 Wharf of Colonia
- The water front
- Old car parked on Calle Real in the historic district
- Night at the historic quarter district - "Misiones de los Tapes" Street
- The Buquebus seen from the Paseo San Gabriel
- Restaurant on a corner
- Wall art in Colonia del Sacramento
- Remains of Portuguese Azulejo
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1 2 3 4 "Historic Quarter of the City of Colonia del Sacramento - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2025-02-15.
- ↑ "21 amazing World Heritage Sites you've probably never heard of" (bl-Ingliż). 2016-02-04. Miġbur 2025-02-15.
- ↑ "Instituto Nacional de Estadística". Instituto Nacional de Estadística (bl-Ispanjol). Miġbur 2025-02-15.
- ↑ "Statistics of urban localities (1963–2004)" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-11-13. Miġbur 2025-02-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)