Charles Flores

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Charles Flores twieled il-Kalkara f’Marzu tal-1948. Studja f’St Albert the Great College, De la Salle College u l-Universita’ ta’ Malta minn fejn iggradwa fit-Teoloġija. Fis-Snin Sittin kien wieħed mill-ko-fundaturi u l-ewwel uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Moviment Qawmien Letterarju. Membru tal-Akkademja tal-Malti. Kittieb ta’ bosta xogħlijiet ġurnalistiċi u letterarji f’ġurnali u rivisti Maltin u barranin kif ukoll għadd ġmielu ta’ versi għal kanzunetti Maltin. Awtur ta’ diversi kotba bil-Malti u bl-Ingliż. Poeżiji tiegħu nqalbu wkoll għat-Taljan, l-Għarbi, l-Franċiż, l-Albaniż, u s-Serbo-Kroat. Fl-1996 rebaħ l-ewwel premju fil-Commonwealth Short Story Competition għar-reġjun tal-Ewropa u l-Kanada.

Beda l-karriera ġurnalistika tiegħu mal-gazzetti ta’ kuljum u kompla fil-Kamra tal-Aħbarijiet tad-Dipartiment tal-Informazzjoni qabel għadda għall-qasam tax-xandir nazzjonali fejn, għal xejn inqas minn sitta u għoxrin sena sħaħ, mexxa taqsimiet varji, fosthom dawk tal-Aħbarijiet, tar-Radju, tar-Reklami, tal-Publikazzjoni u tal-Arkivji. Korrispondent regolari ta’ diversi ġurnali u rivisti internazzjonali.

Studja l-ġurnaliżmu stampat u l-ħidma tal-aġenziji tal-aħbarijiet fl-Istitut tal-Ġurnaliżmu ta’ Belgrad, l-eks-Jugoslavja, u l-aħbarijiet għar-radju u t-televiżjoni f’Syracuse University ta’ New York, l-Istati Uniti.

Ċermen tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, eks-Viċi-Ċermen tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM), u Viċi-Ċermen tal-Kusill Nazzjonali tal-Ilsien Malti


Miżżewweġ lil Margaret imwielda Ciantar. Għandhom żewġ ulied: Rona u Davida.