Aqbeż għall-kontentut

Charlene Vella

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Charlene Vella hija Professur Assoċjat, storika tal-arti Maltija, akkademika u awtriċi li tiffoka fuq l-arti medjevali u rinaxximentali. Vella tmexxi r-riċerka dwar l-arti Medjevali Tardiva u Rinaxximentali fl-Università ta’ Malta.[1]

Charlene Vella studjat l-istorja tal-arti fl-Università ta’ Malta. Fl-2016, kisbet dottorat mill-Università ta’ Warwick. Vella hija l-ewwel mara li saret lettur full-time fl-Istorja tal-arti fl-Università ta’ Malta u l-ewwel mara li ġiet promossa għal professur assoċjat fl-istess qasam.[2]

  1. "Prof. Charlene Vella". L-Università ta' Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2025-04-04.
  2. "PhD degree from University of Warwick". Times of Malta (bl-Ingliż). 2016-08-14. Miġbur 2025-04-04.